Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0590

Kawża T-590/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Clariant u Clariant International vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-etilen – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Koordinazzjoni fuq element tal-prezz tax-xiri – Proċedura ta’ tranżazzjoni – Multa – Aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa – Paragrafu 37 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi – Reċidiva – Paragrafu 28 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi – Ġurisdizzjoni sħiħa – Kontrotalba għal żieda fl-ammont tal-multa”)

ĠU C, C/2023/1135, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1135/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1135/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1135

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Clariant u Clariant International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-590/20) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-etilen - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Koordinazzjoni fuq element tal-prezz tax-xiri - Proċedura ta’ tranżazzjoni - Multa - Aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa - Paragrafu 37 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi - Reċidiva - Paragrafu 28 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi - Ġurisdizzjoni sħiħa - Kontrotalba għal żieda fl-ammont tal-multa”)

(C/2023/1135)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clariant AG (Muttenz, l-Isvizzera), Clariant International AG (Muttenz) (rappreżentanti: F. Montag u M. Dreher, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boitos, I. Rogalski u J. Szczodrowski, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom, ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, b’mod prinċipali, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4817 final tal-14 ta’ Lulju 2020 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE (AT.40410 – Etilen) u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom “konġuntament u in solidum ” fl-imsemmija deċiżjoni. Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel kontrotalba għaż-żieda fl-ammont tal-imsemmija multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

3)

Clariant AG u Clariant International AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C 399, 23.11.2020.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1135/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top