Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0578

Kawża C-578/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fl-4 ta’ Novembru 2020 – NM, NR, BA, XN, FA vs Sata Air Açores – Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos, SA

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fl-4 ta’ Novembru 2020 – NM, NR, BA, XN, FA vs Sata Air Açores – Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos, SA

(Kawża C-578/20)

(2021/C 28/42)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NM, NR, BA, XN, FA

Konvenut: Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos, SA

Domanda preliminari

Strajk ta’ ħaddiema ta’ manutenzjoni ta’ ajruplani ta’ kumpannija tal-ajru għandu jiġi kklassifikat bħala ċirkustanza straordinarja skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), meta l-kumpannija tal-ajru tkun ipproċediet b’laqgħat u negozjati bil-għan tas-sospensjoni rispettiva tiegħu, liema ħaġa ma rnexxietx?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Top