EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0576

Kawża C-576/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Novembru 2020 – CC vs Pensionsversicherungsanstalt

OJ C 35, 1.2.2021, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Novembru 2020 – CC vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-576/20)

(2021/C 35/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CC

Konvenut: Pensionsversicherungsanstalt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi milli perijodi ta’ trobbija tat-tfal mgħoddija fi Stati Membri oħra jittieħdu inkunsiderazzjoni minn Stat Membru kompetenti sabiex tingħata pensjoni tal-irtirar – li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-applikant għal pensjoni wettaq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha tul il-ħajja tax-xogħol tiegħu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-perijodi ta’ trobbija tat-tfal – biss abbażi tal-fatt li l-applikant għal pensjoni ma kienx qiegħed iwettaq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fid-data meta, taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, il-perijodu ta’ trobbija tat-tfal beda jittieħed inkunsiderazzjoni għall-wild ikkonċernat?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

2)

L-ewwel klawżola tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 987/2009 għandha tiġi interpretata fis-sens li, taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu, l-Istat Membru li huwa kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), ġeneralment ma għandux jieħu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ trobbija tat-tfal, jew li ma għandux jeħodhom inkunsiderazzjoni biss f’każijiet speċifiċi?


(1)  ĠU 2009, L 284, p. 1.


Top