Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0530

Kawża C-530/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – SIA “EUROAPTIEKA” vs Ministru kabinets

ĠU C 443, 21.12.2020, pp. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – SIA “EUROAPTIEKA” vs Ministru kabinets

(Kawża C-530/20)

(2020/C 443/17)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “EUROAPTIEK”

Konvenut: Ministru kabinets

Domandi preliminari

1)

L-attivitajiet previsti mir-regoli inklużi fid-dispożizzjoni kontenzjuża għandhom jitqiesu bħala reklamar għal prodotti mediċinali fis-sens tat-Titolu VIII tad-Direttiva 2001/83 (1), intitolat “Reklamar”?

2)

L-Artikolu 90 tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li testendi l-lista tal-forom ta’ reklamar ipprojbiti u li timponi limitazzjonijiet iktar stretti li ma humiex previsti espressament minn din id-dispożizzjoni?

3)

Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies bħala li tillimta r-reklamar magħmul fir-rigward tal-prodotti mediċinali bil-ħsieb li jiġi promoss l-użu razzjonali ta’ dawn tal-aħħar fis-sens tal-Artikolu 87(3) tad-Direttiva 2001/83?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


Top