EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0300

Kawża C-300/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2020 – BUND Naturschutz in Bayern e.V. vs Landkreis Rosenheim

OJ C 304, 14.9.2020, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2020 – BUND Naturschutz in Bayern e.V. vs Landkreis Rosenheim

(Kawża C-300/20)

(2020/C 304/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BUND Naturschutz in Bayern e.V.

Konvenut: Landkreis Rosenheim

Intervenjenti: Landesanwaltschaft Bayern, Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li qafas li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/93/UE (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva SEA”) tista’ tiġi awtorizzata fil-futur huwa stabbilit meta regolament għall-finijiet tal-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ jipprevedi projbizzjonijiet ġenerali bil-possibbiltà ta’ eżenzjoni kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni li ma għandhomx rabta speċifika mal-proġetti msemmija fl-annessi tad-Direttiva SEA?

2)

L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn il-pjanijiet u programmi ġew imfassla għas-setturi tal-agrikoltura, tas-silvikultura, tal-użu tal-art eċċ., meta huma intiżi sabiex jiddefinixxu qafas ta’ riferiment preċiżament għal dan is-settur jew diversi minnhom? Jew huwa biżżejjed li dawn jipprevedu, għall-finijiet tal-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ, projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni li għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni li jirrigwardaw numru kbir ta’ proġetti u ta’ użijiet u li jistgħu jkollhom effett indirett (“b’mod riflessiv”) fuq dan is-settur jew diversi minnhom?

3)

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2001/42/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li qafas għall-awtorizzazzjoni fil-futur ta’ proġetti huwa stabbilit, meta regolament adottat għall-finijiet tal-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ jistabbilixxi għal numru kbir ta’ proġetti u miżuri fiż-żona ta’ protezzjoni, deskritti b’mod astratt, projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni, iżda li proġetti konkreti ma huma la prevedibbli u lanqas maħsuba waqt l-adozzjoni tiegħu u b’hekk ma hemmx rabta speċifika ma’ proġetti konkreti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.

(2)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44).


Top