EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0295

Kawża C-295/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Lulju 2020 – “Sanresa” UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

OJ C 329, 5.10.2020, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Lulju 2020 – “Sanresa” UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

(Kawża C-295/20)

(2020/C 329/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fil-kassazzjoni: ‘Sanresa’ UAB

Parti oħra fil-proċedura: Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

Domandi preliminari

1)

Għandhom jiġu interpretati l-Artikolu 18(2), il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(1), l-Artikolu 58(1)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2014/24 (1), kif ukoll l-Artikoli 3 sa 6 tar-Regolament Nru 1013/2006 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan tal-aħħar (moqrija flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitu), fis-sens li l-kunsens mogħti lil operatur ekonomiku, neċessarju biex jiġi ttrasferit skart ta’ Stat Membru lejn ieħor, għandu jiġi kklassifikat bħala kundizzjoni tal-implimentazzjoni tas-suq u mhux bħala kundizzjoni marbuta mad-dritt li tiġi eżerċitata l-attività kkonċernata?

2)

Jekk wieħed jippreżumi li l-kunsens għat-trasferiment tal-iskart imsemmi hawn fuq għandu jitqies bħala kriterju ta’ għażla tal-fornituri (kapaċità li wieħed jeżerċita l-attività professjonali), għandhom jiġu interpretati u applikati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ kompetizzjoni leali stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, fl-Artikolu 58(1)(a), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(2) ta’ din l-istess direttiva, il-prinċipji ta’ moviment liberu tal-persuni, merkanzija u servizzi stabbiliti fl-Artikolu 26(2) TFUE, kif ukoll fl-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament Nru 1013/2006 (moqrija flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitu), fis-sens li l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart għandhom, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna t-termini ta’ preżentazzjoni tal-offerti, jippermettu lill-operaturi ekonomiċi, nazzjonali jew barranin, li jixtiequ jittrasportaw l-iskart lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jipparteċipaw bis-sħiħ għal dan il-kuntratt pubbliku u b’mod partikolari li jippreżentaw kunsens li jkun ingħata għal data wara l-iskadenza tal-preżentazzjoni tal-offerti?

3)

Jekk wieħed jippreżumi li l-kunsens għat-trasferiment ta’ skart imsemmi hawn fuq għandu jiġi kkunsidrat bħala kundizzjoni ta’ implimentazzjoni tal-kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 49, tal-punt 17 tal-Parti C tal-Anness V, kif ukoll tal-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24, il-prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti stabbiliti fl-Artikolu 18 ta’ din l-istess direttiva kif ukoll il-prinċipji ġenerali ta’ għoti ta’ kuntratti stabbiliti fl-Artikolu 56 tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-offerta ta’ offerent li ma pproduċiex dan il-kunsens ma tistax tiġi miċħuda?

4)

Għandhom jiġu interpretati l-Artikolu 18, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(1), l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2014/24, fis-sens li jostakolaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti li jiddefinixxu minn qabel, fid-dokumenti tal-kuntratt, proċedura ta’ evalwazzjoni tal-offerti li skont din id-dritt tal-fornituri li jeżerċitaw l-attività kkonċernata (il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw l-attività professjonali) ser tkun ivverifikata parzjalment jew mhux ser tkun ivverifikata xejn, minkejja li t-tgawdija ta’ dan id-dritt hija kundizzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni leċita tal-kuntratt u li huwa possibbli għall-awtorità kontraenti li jkollha konjizzjoni li dan id-dritt huwa neċessarju qabel ma jiġu stabbiliti d-dokumenti tal-kuntratt?

5)

Għandhom jiġu interpretati l-Artikolu 18, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva 2014/24, il-punt 35 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament Nru 1013/2006 kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan tal-aħħar, fis-sens li, fir-rigward ta’ kuntratt pubbliku tal-immaniġġar ta’ skart, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiksbu tali servizzi b’mod leċitu biss jekk jiddefinixxu l-kwantità u l-kompożizzjoni tal-iskart, kif ukoll il-kundizzjonijiet importanti l-oħra tal-implimentazzjoni tal-kuntratt (pereżempju, l-ippakkjar), b’mod ċar u preċiż fid-dokumenti tal-kuntratt?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).

(2)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2006, L 190, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 334, p. 46 u fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).


Top