This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0288
Case C-288/20: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Judiciaire — Bobigny (France) lodged on 30 June 2020 — BNP Paribas Personal Finance SA v ZD
Kawża C-288/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire – Bobigny (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD
Kawża C-288/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire – Bobigny (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD
ĠU C 297, 7.9.2020, p. 32–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire – Bobigny (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD
(Kawża C-288/20)
(2020/C 297/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judiciaire – Bobigny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BNP Paribas Personal Finance SA
Konvenut: ZD
Domandi preliminari
1) |
Klawżoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu b’mod partikolari li l-frank Svizzeru hija l-munita tal-kont u li l-euro hija l-munita tal-ħlas, li għandhom l-effett li jitfgħu r-riskju tal-kambju fuq min jissellef, jaqgħu taħt il-kwistjoni prinċipali tal-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1) fl-assenza ta’ kontestazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż tal-kambju u fil-preżenza ta’ klawżoli li jipprevedu, f’dati fissi, il-possibbiltà għal min jissellef li jeżerċita għażla ta’ konverżjoni f’euros skont formola ddeterminata minn qabel? |
2) |
Id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju, tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u li jinftiehmu” fis-sens tad-direttiva, minħabba li:
u minkejja li fl-offerta, b’mod partikolari, la jissemma b’mod speċifiku ir-“riskju tal-kambju” li jaqa’ fuq min jissellef fid-dawl tal-assenza ta’ ġbir tad-dħul fil-munita tal-kont, u lanqas ma jissemma b’mod espliċitu r-“riskju tar-rata ta’ interessi”? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju, tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u li jinftiehmu” fis-sens tad-direttiva, meta mal-elementi msemmija fir-raba’ domanda tiżdied biss simulazzjoni ta’ waqgħa ta’ 5,27 % tal-munita tal-ħlas meta mqabbla mal-munita tal-kont, f’kuntratt ta’ tul inizjali ta’ iktar minn 20 sena, u mingħajr ebda riferiment ieħor għat-termini bħal “riskju” jew “diffikultà”? |
4) |
L-oneru tal-prova tan-natura “ċara u li tinftiehem” ta’ klawżola fis-sens tad-Direttiva 93/13 jaqa’, inkluż dwar iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni tal-kuntratt, fuq il-professjonist jew fuq il-konsumatur? |
5) |
Jekk l-oneru tal-prova tan-natura ċara u li tinftiehem tal-klawżola jaqa’ fuq il-professjonist, id-Direttiva 93/13 tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, fil-preżenza ta’ dokumenti dwar it-tekniki tal-bejgħ, tqis li huma l-persuni li jissellfu li għandhom jipproduċu l-prova, minn naħa, li huma kienu d-destinatarji tal-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li huwa l-bank li bagħthielhom, jew, għall-kuntrarju, teħtieġ li dawn l-elementi jikkostitwixxu preżunzjoni li l-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dokumenti ġiet trażmessa, inkluż verbalment, lill-persuni li jissellfu, preżunzjoni sempliċi li huwa l-professjonist, li għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni kkomunikata mill-intermedjarji li huwa għażel, li għandu jikkonfuta? |
6) |
L-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv tista’ tkun ikkaratterizzata f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fih iż-żewġ partijiet jinkorru riskju ta’ kambju, peress li, minn naħa, il-professjonist għandu mezzi superjuri mill-konsumatur sabiex jantiċipa r-riskju tal-kambju u peress li, min-naħa l-oħra, ir-riskju sostnut mill-professjonist huwa suġġett għal limitu massimu filwaqt li dak sostnut mill-konsumatur ma huwiex? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)