EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0262

Kawża C-262/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – VB vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

OJ C 279, 24.8.2020, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – VB vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

(Kawża C-262/20)

(2020/C 279/49)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Lukovit

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VB

Konvenut: Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

Domandi preliminari

1)

Il-protezzjoni effettiva taħt l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tirrikjedi li t-tul normali tax-xogħol ta’ bil-lejl għall-pulizija u għall-persunal tat-tifi tan-nar ikun iqsar mit-tul normali tax-xogħol matul il-ġurnata?

2)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza, irrikonoxxut fl-Artikoli 20 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li t-tul normali tax-xogħol ta’ bil-lejl ta’ seba’ sigħat ta’ xogħol għall-ħaddiema fis-settur privat, kif iffissat fid-dritt nazzjonali, għandu japplika wkoll għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, inkluż għall-pulizija u għall-persunal tat-tifi tan-nar?

3)

Sabiex jintlaħaq b’mod effettiv l-għan iddikjarat fil-premessa 8 tal-preambolu tad-Direttiva 2003/88, jiġifieri li jiġi llimitat it-tul tax-xogħol ta’ bil-lejl, huwa meħtieġ li d-dispożizzjoni nazzjonali legali tispeċifika t-tul normali tax-xogħol ta’ bil-lejl, inkluż għall-membri tal-persunal fis-settur pubbliku?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


Top