EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0245

Kawża C-245/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2020 – X u Z vs Autoriteit Persoonsgegevens

OJ C 297, 7.9.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2020 – X u Z vs Autoriteit Persoonsgegevens

(Kawża C-245/20)

(2020/C 297/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X u Z

Konvenuta: Autoriteit Persoonsgegevens

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 55(3) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“attivitajiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom” jistgħu jinkludu l-aċċess mogħti minn qorti għal annessi tal-proċess li jkun fihom data personali, meta dan l-aċċess jingħata billi kopji ta’ dawn l-annessi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalist, bħal fil-każ deskritt f’din id-deċiżjoni tar-rinviju?

a)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti jekk l-eżerċizzju ta’ superviżjoni mill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni fuq din il-forma ta’ pproċessar ta’ data jkunx jaffettwa l-indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjoni tal-qorti f’kawżi speċifiċi?

b)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li l-ipproċessar ikollu, skont il-qorti, in-natura u l-għan li jinforma lil ġurnalist sabiex dan jitqiegħed f’pożizzjoni li jirrapporta aħjar dwar is-seduta pubblika fi proċedura ġudizzjarja u li jservi l-interess ta’ aċċess pubbliku u ta’ trasparenza tal-ġustizzja?

c)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, hija rilevanti l-kwistjoni dwar jekk l-ipproċessar ta’ data jkunx ibbażat fuq bażi legali espliċita fid-dritt nazzjonali?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).


Top