EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0030

Kawża C-30/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil n° 2 de Madrid (Spanja) fit-22 ta’ Jannar 2020 – RH vs AB Volvo et

OJ C 161, 11.5.2020, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (Spanja) fit-22 ta’ Jannar 2020 – RH vs AB Volvo et

(Kawża C-30/20)

(2020/C 161/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RH

Konvenuti: AB Volvo, Volvo Group Trucks Central Europ GmbH, Volvo Lastvagnar AB uVolvo Group España S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), inkwantu jistabbilixxi li persuna ddomiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor: “[…] fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jistabbilixxi biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-korpi ġudizzjarji tal-Istat Membru li fih jinsab l-imsemmi post, b’mod li sabiex tiġi ddeterminata l-qorti nazzjonali li territorjalment ikollha ġurisdizzjoni fi ħdan dan l-Istat għandu jsir riferiment għar-regoli proċedurali nazzjonali, jew għandu jiġi interpretat bħala regola mħallta li, għaldaqstant, tiddetermina direttament kemm il-ġurisdizzjoni internazzjonali kif ukoll il-ġurisdizzjoni territorjali nazzjonali, mingħajr il-ħtieġa li jsiru riferimenti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


Top