EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CJ0208
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 9 September 2021.#« Toplofikatsia Sofia » EAD and Others.#Requests for a preliminary ruling from the Sofiyski rayonen sad.#Reference for a preliminary ruling – Article 20(2)(a) TFEU – Second paragraph of Article 47 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union – Regulation (EC) No 1206/2001 – Cooperation between the courts of the Member States in the taking of evidence in civil and commercial matters – Article 1(1)(a) – Regulation (EU) No 1215/2012 – Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters – Article 5(1) – Outstanding debts – Legal decisions – Orders for payment – Service – Debtor residing at an unknown address in a Member State other than that of the court seised.#Joined Cases C-208/20 and C-256/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sofiyski rayonen sad.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 20(2)(a) TFUE – Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 1206/2001 – Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali – Artikolu 1(2)(a) – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Artikolu 5(1) – Djun mhux imħallsa – Deċiżjonijiet ġudizzjarji – Ordnijiet ta’ ħlas – Notifika – Debitur residenti f’indirizz mhux magħruf fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti adita.
Kawżi magħquda C-208/20 u C-256/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sofiyski rayonen sad.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 20(2)(a) TFUE – Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 1206/2001 – Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali – Artikolu 1(2)(a) – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Artikolu 5(1) – Djun mhux imħallsa – Deċiżjonijiet ġudizzjarji – Ordnijiet ta’ ħlas – Notifika – Debitur residenti f’indirizz mhux magħruf fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti adita.
Kawżi magħquda C-208/20 u C-256/20.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:719
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
9 ta’ Settembru 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 20(2)(a) TFUE – Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 1206/2001 – Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali – Artikolu 1(2)(a) – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Artikolu 5(1) – Djun mhux imħallsa – Deċiżjonijiet ġudizzjarji – Ordnijiet ta’ ħlas – Notifika – Debitur residenti f’indirizz mhux magħruf fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti adita”
Fil-Kawżi magħquda C‑208/20 u C‑256/20,
li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sofiyski Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-14 ta’ Mejju 2020 (C‑208/20) u tal-10 ta’ Ġunju 2020 (C‑256/20), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, fl-14 ta’ Mejju 2020 u fl-10 ta’ Ġunju 2020, fil-proċeduri
“Toplofikatsia Sofia” EAD
“Chez Elektro Bulgaria” AD,
“Agentsia za control na prosrocheni zadalzhenia” EOOD (C‑208/20),
u
“Toplofikatsia Sofia” EAD (C‑256/20),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President ta’ Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, u M. Safjan, Imħallef,
Avukat Ġenerali: M. Bobek,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal “Agentsia za control na prosrocheni zadalzhenia” EOOD, minn Y. B. Yanakiev, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u I. Zaloguin, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(a) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta’ l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4, p. 121), kif ukoll tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012 L 351, p. 1). |
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, fil-Kawża C 208/20, “Toplofikatsia Sofia” EAD, “CHEZ Elektro Bulgaria” AD u “Agentsia za control na prosrocheni zadalzhenia” EOOD kif ukoll, fil-Kawża C‑256/20, Toplofikatsia Sofia u persuni fiżiċi, mhux ikkostitwiti partijiet fil-proċedura, dwar l-irkupru ta’ krediti mhux imħallsa. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru 1206/2001.
3 |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1206/2001: “1. Dan ir-Regolament għandu japplika f’materji ċivili jew kummerċjali fejn il-qorti ta’ Stat Membru, bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ dak l-Istat, titlob:
2. M’għandhiex issir talba biex tinkiseb xhieda li m‘hijiex maħsuba għall-użu fi proċedimenti ġudizzjarji, li jkunu bdew jew li hemm il-ħsieb li jinbdew. […]” |
4 |
L-Artikolu 4(1)(b) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi: “It-talba għandha ssir permezz ta’ formola A jew, fejn xieraq, formola I fl-Anness. Għandu jkollha d-dettalji li ġejjin: […]
|
Ir-Regolament Nru 1215/2012.
5 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprevedi: “Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).” |
6 |
L-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li ġej: “Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.” |
7 |
L-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej: “Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla fit-Taqsimiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.” |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
Il-Kawża C‑208/20
8 |
Il-qorti tar-rinviju, is-Sofiyski Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija, il-Bulgarija), hija adita bi tliet kawżi. |
9 |
L-ewwel kawża tikkonċerna rikors ippreżentat minn Toplofikatsia Sofia sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ kreditu dwar il-provvista tal-enerġija termali fi proprjetà immobbli li tinsab f’Sofija (il-Bulgarija) fir-rigward ta’ persuna fiżika, wara li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ħruġ ta’ ordni għal ħlas kontra din il-persuna, din tal-aħħar ma nstabitx fl-indirizz indikat fir-rikors. Ir-riċerki mwettqa minn din il-qorti kkonfermaw li dan l-indirizz kien l-indirizz permanenti u attwali tiegħu, kif irreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-popolazzjoni. Madankollu, skont ġar, l-imsemmija persuna ilha seba’ snin tgħix fi Franza. |
10 |
Fit-tieni kawża, l-imsemmija qorti, fuq talba ta’ CHEZ Elektro Bulgaria, ħarġet ordni ta’ ħlas kontra persuna fiżika għal fatturi mhux imħallsa dwar il-provvista tal-elettriku fi proprjetà immobbli f’Sofija u ordnat li din tiġi nnotifikata lilha fl-indirizz indikat minn CHEZ Elektro Bulgaria, li jikkorrispondi għall-indirizz permanenti u attwali ta’ din il-persuna, kif jinsab fir-reġistru nazzjonali tal-popolazzjoni. Madankollu, kien impossibbli li tinstab hemmhekk l-imsemmija persuna, li, skont l-informazzjoni pprovduta minn ġar, ilha sena tgħix fil-Ġermanja. |
11 |
Fit-tielet kawża, il-qorti tar-rinviju, fuq talba ta’ kumpannija ta’ rkupru ta’ djun, Agentsia za control na prosrocheni zadalzhenia, ħarġet ordni ta’ ħlas kontra persuna fiżika, li ma ħalsitx lura s-self tagħha lil stabbiliment ta’ kreditu stabbilit f’Sofija, u ordnat li tiġi nnotifikata lilha fl-indirizz indikat minn din il-kumpannija, li jikkorrispondi għall-indirizz permanenti u attwali ta’ din il-persuna, kif jinsab fir-reġistru nazzjonali tal-popolazzjoni. Madankollu, kien impossibbli li tinsab hemmhekk l-imsemmija persuna, li, skont l-informazzjoni pprovduta minn ommha, ilha tliet snin tgħix fil-Ġermanja. |
12 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, skont id-dritt Bulgaru, bl-istess mod bħalma hija obbligata twettaq verifiki ex officio fir-rigward tal-indirizz fil-Bulgarija tal-persuni li lilhom għandu jiġi nnotifikat att ġudizzjarju, hija għandhiex ukoll twettaq tali verifiki mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, meta jkun jidher li d-destinatarju ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jgħix f’dan l-aħħar Stat Membru. |
13 |
Barra minn hekk, din il-qorti tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012. F’dan ir-rigward, hija tistaqsi, essenzjalment, jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ li jkun jidher probabbli jew ċert li debitur ma għandux ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju ġurisdizzjonali tiegħu, hija tipprekludi l-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas fil-konfront ta’ dan id-debitur jew li din l-ordni tikseb saħħa eżekuttiva. Hija tistaqsi wkoll jekk, f’dan il-każ, l-imsemmija dispożizzjoni timponilha li tinvalida tali ordni ex officio. |
14 |
Huwa f’dawn il-kundizzjonijiet li s-Sofiyski Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Il-Kawża C‑256/20
15 |
F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju, is-Sofiyski Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija), fuq talba ta’ Toplofikatsia Sofia, ħarġet ordni ta’ ħlas kontra persuna fiżika għal fatturi mhux imħallsa relatati mal-provvista ta’ enerġija termali f’proprjetà immobbli li tinsab f’Sofija u ordnat li din tiġi nnotifikata lilha fl-indirizz permanenti u attwali tagħha. Wara żewġ tentattivi, madankollu ma kienx possibbli li tinstab hemmhekk din il-persuna, li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-amministratur ta’ din il-proprjetà immobbli, tgħix fil-Ġermanja u hija rarament preżenti fl-imsemmi indirizz. |
16 |
Huwa f’dawn il-kundizzjonijiet li s-Sofiyski Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja t-tliet domandi preliminari, ifformulati fi kliem identiku għal dawk tat-tieni sar-raba’ domandi fil-Kawża C‑208/20. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑208/20
17 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑208/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20(2)(a) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47(2) tal-Karta, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ekwivalenza, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1206/2001 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fl-ipoteżi fejn, skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, il-qrati tiegħu huma obbligati li jfittxu ex officio l-indirizz, f’dan l-Istat Membru, tal-persuni li għalihom ikun jidher li dawn il-qrati għandhom ukoll ikunu nnotifikati, dawn il-qrati huma meħtieġa wkoll, fejn jidher li persuna li lilha għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni tal-qorti tgħix fi Stat Membru ieħor, biex tfittex l-indirizz ta’ dik il-persuna mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar Stat Membru. |
18 |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-interpretazzjoni mitluba tal-Artikolu 20(2)(a) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47(2) tal-Karta, kif ukoll tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ekwivalenza, għandu jitfakkar qabelxejn li, fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE, għandu jkun hemm bejn it-tilwima li biha l-qorti tar-rinviju hija adita u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba rabta ta’ konnessjoni tali li din l-interpretazzjoni tissodisfa bżonn oġġettiv għad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju għandha tieħu (digriet tal-20 ta’ Jannar 2021, Bezirkshauptmannschaft Kirchdorf, C‑293/20, mhux ippubblikat, EU:C:2021:44, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
19 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tinsisti li huwa importanti għall-qorti nazzjonali li tindika r-raġunijiet preċiżi li wassluha sabiex ikollha dubju dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tqis li huwa meħtieġ li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. F’dan ir-rigward, huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali tagħti minimu ta’ spjegazzjonijiet fuq ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom titlob l-interpretazzjoni kif ukoll fuq ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża mressqa quddiemha (sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Adusbef et, C‑686/18, EU:C:2020:567, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
20 |
Dawn ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn il-qorti tar-rinviju hija meqjusa, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, li għandha konjizzjoni tiegħu u li hija obbligata tosserva bir-reqqa. Dawn huma mfakkra fil-punt 15 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-qrati nazzjonali, dwar l-introduzzjoni ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari (ĠU 2019, C 380, p. 1) (sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Adusbef et, C-686/18, EU:C:2020:567, punt 38 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
21 |
Issa, f’dan il-każ, minn naħa, mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑208/20 bl-ebda mod ma jirriżulta li l-kawżi prinċipali għandhom xi rabta mal-Artikolu 20(2)(a) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47(2) tal-Karta, kif ukoll mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ekwivalenza. |
22 |
Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju ma tindikax ir-raġunijiet li għalihom, fil-fehma tagħha, interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u ta’ dawn il-prinċipji hija neċessarja għall-finijiet tas-soluzzjoni ta’ dawn il-kawżi u lanqas ma tispjega r-rabta li hija tistabbilixxi bejniethom u l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
23 |
Konsegwentement, l-ewwel domanda hija inammissibbli sa fejn tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet u tal-imsemmija prinċipji. |
24 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1206/2001, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, dan ir-regolament huwa applikabbli f’materji ċivili jew kummerċjali, meta qorti ta’ Stat Membru, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tagħha, titlob lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tipproċedi għal kumpilazzjoni ta’ xhieda. |
25 |
Issa, it-tfittxija tal-indirizz ta’ persuna li lilha għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni ġudizzjarja ma tikkostitwixxix “kumpilazzjoni ta’ xhieda”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament. |
26 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(1)(b) tal-istess regolament, tali talba għandha, b’mod partikolari, tindika l-isem u l-indirizz tal-partijiet. |
27 |
Minn dan isegwi li talba ta’ qorti ta’ Stat Membru li għandha bħala suġġett it-tfittxija, fi Stat Membru ieħor, tal-indirizz ta’ persuna li lilha għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni ġudizzjarja ma hijiex irregolata mir-Regolament Nru 1206/2001, b’tali mod li dan tal-aħħar ma huwiex applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
28 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑208/20 għandha tkun li l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1206/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal sitwazzjoni li fiha qorti ta’ Stat Membru tfittex l-indirizz, fi Stat Membru ieħor, ta’ persuna li lilha għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni ġudizzjarja. |
Fuq it-tieni sar-raba’ domanda fil-Kawża C‑208/20 u fuq it-tliet domandi fil-Kawża C‑256/20
29 |
Permezz tat-tieni sar-raba’ domandi tagħha fil-Kawża C‑208/20 u t-tliet domandi tagħha fil-Kawża C‑256/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti ta’ Stat Membru toħroġ ordni fil-konfront ta’ debitur u, jekk ikun il-każ, li din l-ordni tikseb is-saħħa eżekuttiva jew li huwa jobbligaha tinvalida l-imsemmija ordni, meta jidher probabbli jew ċert li dan id-debitur ma għandux ir-residenza abitwali tiegħu fil-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti. |
30 |
Skont din id-dispożizzjoni, il-persuni ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 2 sa 7 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament. |
31 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 267 TFUE, id-deċiżjoni preliminari mitluba għandha tkun “meħtieġ” sabiex il-qrati tar-rinviju “ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza” fil-kawża li jkunu adita biha. Għalhekk, il-proċedura għal deċiżjoni preliminari tippreżumi, b’mod partikolari, li tilwima tkun effettivament pendenti quddiem il-qrati nazzjonali, li fil-kuntest tagħha huma jintalbu jagħtu deċiżjoni li tista’ tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni preliminari (sentenza tal-24 ta’ Novembru 2020, Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti), C‑510/19, EU:C:2020:953, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
32 |
Issa, f’dan il-każ, mit-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju diġà ħarġet ordnijiet ta’ ħlas fil-konfront tal-konvenuti fil-kawża prinċipali u li kien biss fl-istadju tan-notifika ta’ dawn l-ordnijiet lil dawn il-konvenuti li din il-qorti kkonstatat li dawn ma kinux għadhom jirrisjedu fit-territorju tagħha, iżda probabbilment fi Stat Membru ieħor, f’indirizzi mhux magħrufa. |
33 |
Konsegwentement, f’dawn iċ-ċirkustanzi, interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma tidhirx manifestament neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tibbaża l-ġurisdizzjoni tagħha sabiex toħroġ l-imsemmija ordnijiet, peress li din il-qorti diġà ħarġet dawn tal-aħħar u li, għalhekk, qabel ma ħarġet dawn id-deċiżjonijiet, hija neċessarjament irrikonoxxiet din il-ġurisdizzjoni. |
34 |
Minn dan isegwi li t-tieni domanda fil-Kawża C‑208/20 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑256/20 huma inammissibbli sa fejn jirrigwardaw il-punt dwar jekk din id-dispożizzjoni tipprekludix li, f’tali ċirkustanzi, qorti ta’ Stat Membru toħroġ ordni sabiex tagħmel fil-konfront ta’ debitur, meta jidher probabbli jew ċert li dan id-debitur ma għandux ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju ta’ din il-qorti. |
35 |
F’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet dwar jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-ordnijiet ta’ ħlas maħruġa mill-qorti kkonċernata jiksbu saħħa eżekuttiva jew li jimponi fuq din il-qorti li tinvalida dawn l-ordnijiet, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma għandha ebda rabta mar-regoli proċedurali tal-Istati Membri li jirregolaw, minn naħa, il-kundizzjonijiet li fihom id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiksbu saħħa eżekuttiva u, min-naħa l-oħra, il-validità ta’ dawn id-deċiżjonijiet. |
36 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 1215/2012 ma għandux l-għan li jgħaqqad ir-regoli proċedurali tal-Istati Membri, iżda li jirregola l-ġurisdizzjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim f’materji ċivili u kummerċjali fir-relazzjonijiet bejn dawn l-Istati u li jiffaċilita l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ġudizzjarji (sentenza tal-31 ta’ Mejju 2018, Nothartová, C‑306/17, EU:C:2018:360, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
37 |
Peress li dan ir-regolament la jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiksbu saħħa eżekuttiva u lanqas dawk li jirregolaw il-validità ta’ dawn id-deċiżjonijiet, dawn il-kundizzjonijiet jaqgħu, għaldaqstant, taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri (sentenza tal-31 ta’ Mejju 2018, Nothartová, C‑306/17, EU:C:2018:360, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
38 |
Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma huwiex applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jitqies li s-soluzzjoni li sejra tieħu inkunsiderazzjoni l-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-kisba ta’ saħħa eżekuttiva ta’ ordni sabiex tagħmel jew fir-rigward tal-validità ta’ tali ordni f’tali sitwazzjoni tista’ ċċaħħad l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni minn kull effettività. |
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għat-tieni sar-raba’ domandi fil-Kawża C‑208/20 u għat-tliet domandi fil-Kawża C‑256/20 għandha tkun li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li ordni li ssir fil-konfront ta’ debitur tikseb saħħa eżekuttiva u li ma jimponix li tali ordni tiġi invalidata. |
Fuq l-ispejjeż
40 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.