EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CJ0094
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 10 June 2021.#Land Oberösterreich v KV.#Request for a preliminary ruling from the Landesgericht Linz.#Reference for a preliminary ruling – Directive 2003/109/EC – Status of third-country nationals who are long-term residents – Article 11 – Right to equal treatment as regards social security, social assistance and social protection – Derogation from the principle of equal treatment in respect of social assistance and social protection – Concept of ‘core benefits’ – Directive 2000/43/EC – Principle of equal treatment between persons irrespective of racial or ethnic origin – Article 2 – Concept of discrimination – Article 21 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union – Legislation of a Member State subjecting the grant of housing assistance to third-country nationals who are long-term residents to the condition that they provide proof, in a form specified by that legislation, that they have a basic command of the language of that Member State.#Case C-94/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021.
Land Oberösterreich vs KV.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landesgericht Linz.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/109/KE – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil – Artikolu 11 – Dritt għal ugwaljanza fit-trattament f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-għajnuna soċjali u l-protezzjoni soċjali – Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali – Kunċett ta’ ‘benefiċċji prinċipali’ – Direttiva 2000/43/KE – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Artikolu 2 – Kunċett ta’ diskriminazzjoni – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku tal-lingwa ta’ dan l-Istat Membru.
Kawża C-94/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021.
Land Oberösterreich vs KV.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landesgericht Linz.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/109/KE – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil – Artikolu 11 – Dritt għal ugwaljanza fit-trattament f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-għajnuna soċjali u l-protezzjoni soċjali – Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali – Kunċett ta’ ‘benefiċċji prinċipali’ – Direttiva 2000/43/KE – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Artikolu 2 – Kunċett ta’ diskriminazzjoni – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku tal-lingwa ta’ dan l-Istat Membru.
Kawża C-94/20.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:477
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
10 ta’ Ġunju 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/109/KE – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil – Artikolu 11 – Dritt għal ugwaljanza fit-trattament f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-għajnuna soċjali u l-protezzjoni soċjali – Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali – Kunċett ta’ ‘benefiċċji prinċipali’ – Direttiva 2000/43/KE – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Artikolu 2 – Kunċett ta’ diskriminazzjoni – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku tal-lingwa ta’ dan l-Istat Membru”
Fil-Kawża C‑94/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesgericht Linz (il-Qorti Reġjonali ta’ Linz, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑6 ta’ Frar 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑25 ta’ Frar 2020, fil-proċedura
Land Oberösterreich
vs
KV,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: G. Hogan,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal-Land Oberösterreich, minn K. Holzinger, Rechtsanwältin, |
– |
għal KV, minn S. Scheed, Rechtsanwältin, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga, D. Martin u B.‑R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑2 ta’ Marzu 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad‑29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23), u tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn KV u l-Land Oberösterreich (il-Land ta’ Oberösterreich, l-Awstrija), dwar talba għal kumpens għad-dannu li KV allegatament ġarrab minħabba r-rifjut ta’ għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni (iktar ’il quddiem l-“għajnuna għall-akkomodazzjoni”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2000/43
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/43, intitolat “L-Għan”, jistabbilixxi: “L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi qafas sabiex tiġi kkumbattuta d-diskriminazzjoni għar-raġunijiet ta’ l-oriġini tar-razza jew l-etniċità, bl-għan li jseħħ fl-Istati Membri l-prinċipju ta’ trattament ugwali.” |
4 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, bit-titolu “Il-kunċett tad-diskriminazzjoni”, jippreċiża: “1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-prinċipju ta’ trattament ugwali għandu jfisser illi ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta msejsa fuq l-oriġini tar-razza jew l-etniċità. 2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:
[…]” |
5 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Il-Qasam ta’ Applikazzjoni”, jiddisponi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Din id-Direttiva ma’ tkoprix id-differenza tat-trattamenti msejsa fuq in-nazzjonalità u hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi u ta’ persuni mingħajr stat fit-territorju ta’ l-Istati Membri, u għal kull trattament li jinħoloq mill-istat legali taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi u l-persuni bla stat interessati.” |
Id-Direttiva 2003/109
6 |
Il-premessi 2, 4, 12 u 13 tad-Direttiva 2003/109 jistabbilixxu:
[…]
[…]
|
7 |
Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
[…]” |
8 |
L-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, bit-titolu “Trattament ugwali”, jiddisponi: “1. Ir-residenti għat-tul għandhom igawdu trattament ugwali ma’ dak taċ-ċittadini fir-rigward ta’: […] […]
[…] 4. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali fir-rigward ta’ assistenza soċjali u protezzjoni soċjali għall-benefiċċji prinċipali. […]” |
Id-dritt Awstrijak
L-oöWFG
9 |
Il-Land ta’ Oberösterreich jagħti l-għajnuna għall-akkomodazzjoni, li l-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha kienu rregolati mid-dispożizzjonijiet segwenti tal-Oberösterreichisches Wohnbauförderungsgesetz (il-Liġi ta’ Oberösterreich dwar Appoġġ għall-Kostruzzjoni ta’ Akkomodazzjoni) (LGBl. 6/1993), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-“oöWFG”). L-Artikolu 6 tal-oöWFG kien jipprevedi: “[…] 9. Sostenn b’din il-liġi għandu jingħata liċ-ċittadini Awstrijaċi li jkunu ċittadini ta’ Stat Membru taż-[Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)] u liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom, fis-sens tad-Direttiva 2004/38/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)]. Sakemm konvenzjoni internazzjonali ma teżiġix li huma jingħataw sostenn bl-istess mod bħaċ-ċittadini Awstrijaċi, ikun jista’ jingħata sostenn biss lil persuni oħra jekk huma
[…] 11. Il-kundizzjoni stabbilita fis-subparagrafu 9(3) għandha titqies issodisfatta jekk l-applikant
[…]” |
10 |
L-Artikolu 23 tal-oöWFG kien jiddisponi: “(1) Għajnuna għall-akkomodazzjoni tista’ tingħata lill-kerrej prinċipali, lix-xerrej li jkun mistenni jlesti fil-ġejjieni u lis-sid ta’ dar li fir-rigward tagħha jkun ingħata sostenn, jekk
(2) L-għajnuna għall-akkomodazzjoni tista’ tingħata lill-kerrej prinċipali ta’ dar li fir-rigward tagħha jkun ingħata benefiċċju jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-subparagrafu 1(1) sa (3) ikunu ssodisfatti u l-kirja ma tkunx ġiet konkluża ma’ persuna relatata. […]” |
L-oberösterreichische Wohnbeihilfen-Verordnung
11 |
Skont l-Artikolu 2(3) tal-oberösterreichische Wohnbeihilfen-Verordnung (l-Ordinanza ta’ Oberösterreich dwar l-Għajnuna Soċjali għall-Akkomodazzjoni tal-Awstrija ta’ Fuq), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, l-ammont ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni ma kienx jaqbeż EUR 300 fix-xahar. |
L-oöBMSG
12 |
Il-persuni li kienu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ diffikultà soċjali setgħu jirċievu garanzija ta’ riżorsi minimi sabiex jiżguraw il-kopertura tal-bżonnijiet tagħhom, bis-saħħa tal-oberösterreichisches Mindestsicherungsgesetz (il-Liġi ta’ Oberösterreich dwar Benefiċċji Minimi Ggarantiti) (BGBl. 74/2011), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-“oöBMSG”), li l-Artikolu 1 tagħha jippreċiża li din il-garanzija kellha l-għan li tiggarantixxi lil dawk li kellhom bżonn l-għajnuna tal-komunità f’dan ir-rigward kundizzjonijiet ta’ eżistenza dinjitużi kif ukoll l-integrazzjoni fit-tul fis-soċjetà li din kienet timplika. Taħt ċerti kundizzjonijiet, wieħed seta’ jirċievi tali benefiċċju flimkien ma’ għajnuna għall-akkomodazzjoni jew din tal-aħħar kienet parzjalment titnaqqas mill-ewwel waħda. L-ammont bażiku ta’ dan il-benefiċċju, matul is-sena 2018, kien ta’ EUR 921.30 fix-xahar għal persuna li tgħix waħedha, u ta’ EUR 649.10 għal adulti li jgħixu taħt saqaf wieħed, b’benefiċċji komplementari għat-tfal. |
13 |
L-Artikolu 4 tal-oöBMSG kien jiddisponi: “(1) Sa fejn din il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, il-garanzija ta’ riżorsi minimi biex ikunu koperti ħtiġijiet tista’ tingħata biss lil dawk li
|
14 |
Skont l-Artikolu 5 tal-oöBMSG: “L-għoti ta’ garanzija ta’ riżorsi minimi biex tkopri ħtiġijiet għandha tkun bla ħsara għall-kundizzjoni li persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4
|
15 |
L-Artikolu 6 tal-oöBMSG jistabbilixxi: “(1) Persuni jkunu f’sitwazzjoni ta’ faqar soċjali meta ma jkunux jistgħu jipprovdu
jew li jipprovdu, f’dik il-qagħda, sabiex ikunu koperti kif meħtieġ fil-każ ta’ mard, tqala jew twelid. (2) Il-ħtiġijiet ta’ sussistenza msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu nfiq b’rabta ma’ ħtiġijiet perjodiċi relatati ma’ ħajja dinjituża, b’mod partikolari ikel, ilbies, iġjene personali, għamara u tagħmir tad-dar, tisħin, elettriku, u ħtiġijiet oħra personali, bħall-ħtieġa li wieħed jieħu parti b’mod xieraq fil-ħajja soċjali u kulturali. (3) Il-ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu kera kull tant żmien, ħlasijiet u taxxi ġenerali meħtieġa sabiex tkun żgurata akkomodazzjoni xierqa. […]” |
L-oöADG
16 |
L-oberösterreichisches Antidiskriminierungsgesetz (il-Liġi ta’ Oberösterreich kontra d-Diskriminazzjoni) (LGBl. 50/2005), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-“oöADG”), ittrasponiet id-Direttiva 2000/43 fid-dritt Awstrijak. L-Artikolu 1 tal-oöADG’, bit-titolu “Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni”, jipprojbixxi kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta kontra persuni fiżiċi minħabba, inter alia, etniċità. Dan l-Artikolu 1 ma japplikax, skont l-Artikolu 3 tal-oöADG, għal inugwaljanzi fit-trattament minħabba nazzjonalità, bil-kundizzjoni li dawn ikunu imposti mil-liġi jew ikunu ġġustifikati oġġettivament u li ma jkunux preklużi minn regoli tal-Unjoni jew minn konvenzjonijiet internazzjonali li jagħmlu parti mill-qafas ta’ integrazzjoni Ewropea b’rabta mal-ugwaljanza tal-persuni. |
17 |
Skont l-Artikolu 8 tal-oöADG: “(1) Fil-każ ta’ ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1, il-persuna inkwistjoni […] ikollha d-dritt għal kumpens xieraq […] Minbarra l-kumpens għal ħsara materjali, [huwa jew hija] jkunu intitolati għal kumpens xieraq għal offiża personali mġarrba. L-ammont ta’ kumpens għall-offiża personali mġarrba ma jistax ikun inqas minn EUR 1000. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
18 |
KV, ta’ nazzjonalità Torka, ilu jgħix mis-sena 1997 ma’ martu u mat-tliet uliedhom fl-Awstrija fejn huwa għandu “status ta’ residenti għal żmien twil”, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2003/109. Huwa bbenefika sal-aħħar tas-sena 2017 mill-għajnuna għall-akkomodazzjoni, skont l-oöWFG. Peress li l-għoti ta’ din l-għajnuna liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kien suġġett, mill‑1 ta’ Jannar 2018, bis-saħħa tal-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG, għall-kundizzjoni li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jipproduċi l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandu għarfien bażiku tal-lingwa Ġermaniża, KV ġie rrifjutat minn din id-data l-benefiċċju tal-imsemmija għajnuna, għar-raġuni li huwa ma kienx ipproduċa l-prova meħtieġa. |
19 |
KV għalhekk adixxa lill-Bezirksgericht Linz (il-Qorti Distrettwali ta’ Linz, l-Awstrija) sabiex il-Land ta’ Oberösterreich jiġi kkundannat iħallaslu d-danni li jikkorrispondu għall-ammont tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni mhux imħallsa għall-perijodu mix-xahar ta’ Jannar sax-xahar ta’ Novembru 2018, fl-ammont ta’ EUR 281.54 fix-xahar, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu morali tiegħu li jammonta għal EUR 1000. Insostenn tat-talbiet tiegħu, huwa invoka l-Artikolu 8 tal-oöADG u sostna, minn naħa, li l-punt 3 tal-Artikolu 6(9) u l-Artikolu 6(11) tal-oöWFG kienu jiżvantaġġawh minħabba l-oriġini etnika tiegħu, mingħajr ma dan kien iġġustifikat, u, min-naħa l-oħra, li l-għajnuna għall-akkomodazzjoni kienet tikkostitwixxi “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109. |
20 |
Peress li dawn it-talbiet intlaqgħu mill-Bezirksgericht Linz (il-Qorti Distrettwali ta’ Linz), il-Land Oberösterreich ippreżenta appell quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Landesgericht Linz (il-Qorti Reġjonali ta’ Linz, l-Awstrija). |
21 |
Din il-qorti tindika, preliminarjament, li risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda hija neċessarja għaliha, indipendentement minn xulxin, sabiex tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha. Fil-fatt, għalkemm l-għajnuna għall-akkomodazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, risposta għat-tieni domanda magħmula tkun madankollu utli għaliha, peress li KV ibbaża l-azzjoni tiegħu fuq id-dritt tiegħu għal kumpens skont l-Artikolu 8(1) tal-oöADG u jitlob kemm il-ħlas tal-ammont tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni mhux riċevut kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali tiegħu peress li ġie ddiskriminat minħabba l-appartenenza etnika tiegħu. Għalkemm din l-għajnuna ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, huwa madankollu konċepibbli, fil-fehma tagħha, li r-regola stabbilita fl-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita skont id-Direttiva 2000/43 jew tmur kontra l-Karta. Hija tqis li, billi tuża l-possibbiltà li tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, il-Land ta’ Oberösterreich kellha, fl-għażla tagħha tal-modalitajiet preċiżi tal-għoti tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni, tosserva r-rekwiżiti l-oħra tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tad-Direttiva 2000/43 u tal-Karta, u ma kellhiex tapplika kriterji diskriminatorji. Konsegwentement, skont il-qorti tar-rinviju, hemm lok li jiġi eżaminat l-eventwali ksur mill-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG tad-Direttiva 2000/43 jew tal-Karta, indipendentement mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109. |
22 |
Qabel kollox, filwaqt li tfittex li tiddetermina jekk l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkostitwixxix “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Kumitat “għall-Akkomodazzjoni, il-Liġi tal-Kostruzzjoni u l-Protezzjoni tal-Ambjent” tal-oberösterreichischer Landtag (il-Parlament tal-Land ta’ Oberösterreich, l-Awstrija) iddikjara, fir-rapport tiegħu dwar abbozz ta’ liġi li jemenda l-oöWFG matul is-sena 2013, li s-sostenn għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni, inkluż l-għajnuna għall-akkomodazzjoni, ma kienx jikkostitwixxi tali benefiċċju. Hija tikkunsidra li dan il-kumitat għalhekk esprima r-rieda tal-Parlament tal-Land ta’ Oberösterreich li jagħmel użu mill-fakultà li japplika d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni. Hija tosserva li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil madankollu ma ġewx esklużi b’mod ġenerali mill-benefiċċju tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni, iżda li ġew previsti kundizzjonijiet supplimentari għal dawn iċ-ċittadini. Hija tippreċiża li hija madankollu ma hijiex marbuta bl-interpretazzjoni magħmula mill-imsemmi kumitat tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109. |
23 |
Filwaqt li tirreferi għas-sentenza tal‑24 ta’ April 2012, Kamberaj (C‑571/10, EU:C:2012:233), il-qorti tar-rinviju tqis li l-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti f’din is-sentenza għall-għajnuna għall-akkomodazzjoni ma hijiex evidenti. |
24 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li l-garanzija ta’ riżorsi minimi prevista mill-oöBMSG hija intiża, min-naħa tagħha, sabiex tippermetti lil persuni f’sitwazzjoni ta’ diffikultà soċjali li jkollhom kundizzjonijiet ta’ għajxien xierqa b’mod ġenerali, li jinkludi l-aċċess għal akkomodazzjoni. L-għoti ta’ tali benefiċċju huwa suġġett għal kundizzjonijiet ħafna iktar stretti minn dawk ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni, peress li dan il-benefiċċju jista’ jiġi rċevut biss minn persuni li ma għandhomx dħul jew li għandhom dħul estremament baxx. Konsegwentement, l-imsemmi benefiċċju jippreżupponi sitwazzjoni ta’ neċessità soċjali nettament iktar ċara minn dik li tista’ tiġġustifika l-għoti tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni. Minħabba f’hekk, persuni li jkollhom dħul baxx, iżda li jippermetti li jiġi kopert l-ammont minimu ta’ sussistenza, jistgħu jirċievu l-għajnuna għall-akkomodazzjoni mingħajr ma jirċievu l-benefiċċju mogħti taħt il-garanzija ta’ riżorsi minimi. F’ċerti każijiet, huwa possibbli li jiġi rċevut kemm dan il-benefiċċju tal-aħħar kif ukoll l-għajnuna għall-akkomodazzjoni, fejn l-ewwel benefiċċju b’hekk parzjalment jitnaqqas mit-tieni, iżda l-pubbliku kkonċernat minn dawn madankollu ma huwiex identiku. |
25 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk humiex biss il-benefiċċji previsti mill-oöBMSG li għandhom jiġu kklassifikati bħala “benefiċċji prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, jew jekk jistax ikollhom ukoll tali klassifikazzjoni l-għajnuna għall-akkomodazzjoni, peress li din tal-aħħar hija intiża wkoll sabiex tnaqqas il-piż li jirriżulta mill-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni meta din tkun irraġonevoli u dan minkejja li, b’differenza mill-garanzija ta’ riżorsi minimi, din l-għajnuna ma tkunx suġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun tinsab f’sitwazzjoni ta’ diffikultà. |
26 |
F’dak li jirrigwarda, sussegwentement, l-allegata diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, il-qorti tar-rinviju tindika li l-oöADG tittrasponi fid-dritt Awstrijak, sa fejn dan huwa rilevanti għall-finijiet tal-kawża prinċipali, id-Direttiva 2000/43, minkejja li din il-liġi tuża l-espressjoni “etniċità”. Filwaqt li tirrileva li, skont l-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, inugwaljanza fit-trattament ibbażata fuq il-kriterju tal-kwalità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz ma taqax, bħala prinċipju u bħala tali, taħt l-imsemmija direttiva, hija tistaqsi jekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, kriterju ta’ nazzjonalità jistax madankollu jikkostitwixxi “diskriminazzjoni indiretta” bbażata fuq l-oriġini etnika, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tal-istess direttiva. Hija tosserva, f’dan ir-rigward, li hija għandha tiddeċiedi dwar regola li timponi li wieħed ikollu għarfien bażiku tal-lingwa Ġermaniża u li tiġi prodotta l-prova ta’ dan b’mod speċifiku sew. Fil-każ li jkun hemm lok li jiġi eżaminat jekk l-oöWFG twettaqx diskriminazzjoni indiretta, hija jkollha, barra minn hekk, tivverifika jekk din tal-aħħar hijiex iġġustifikata. L-għan tal-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG huwa li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jingħataw aċċess iktar ristrett għall-għajnuna għall-akkomodazzjoni u r-raġuni għal dak li jikkonċerna li wieħed ikollu għarfien bażiku tal-lingwa Ġermaniża hija li dan l-għarfien huwa importanti għall-integrazzjoni soċjali tal-persuna interessata. Ir-rekwiżit li jiġi pprovat tali għarfien jistħoqqlu diskussjoni, skont il-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-kundizzjonijiet l-oħra meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika mill-għajnuna għall-akkomodazzjoni u r-rekwiżiti li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jissodisfa sabiex jikseb l-“istatus ta’ resident għal żmien twil”, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2003/109. |
27 |
Fl-aħħar, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li d-Direttiva 2000/43 ma tapplikax għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tqum, skont il-qorti tar-rinviju, il-kwistjoni dwar jekk ir-regola stabbilita fl-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG għandhiex tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta. Fil-fatt jidhrilha li l-modalitajiet preċiżi ta’ tali regola għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Karta, billi jitqies li l-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha minħabba l-fatt li jeżistu regoli tad-dritt tal-Unjoni li jippreskrivu l-ħlas ta’ benefiċċji soċjali liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil u li s-sistema nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ titqies li tikkostitwixxi implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli. |
28 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landesgericht Linz (il-Qorti Reġjonali ta’ Linz) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura
29 |
Wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, il-Land ta’ Oberösterreich talab, permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑12 ta’ Marzu 2021, li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Insostenn tat-talba tiegħu, il-Land ta’ Oberösterreich essenzjalment isostni li l-klassifikazzjoni ta’ l-għajnuna għall-akkomodazzjoni bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, magħmula mill-Avukat Ġenerali hija żbaljata. Fil-fatt, din il-klassifikazzjoni tmur kontra kemm din id-dispożizzjoni kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-għan ta’ dan il-benefiċċju. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma kontradittorji u huma bbażati fuq elementi li ma humiex ipprovati jew li ma ġewx invokati. Barra minn hekk, fir-rigward tal-prova li wieħed ikollu konoxxenza bażika fil-lingwa Ġermaniża li l-applikant għall-għajnuna għall-akkomodazzjoni għandu jipproduċi, il-Land Oberösterreich jikkontesta li jistgħu jeżistu mezzi ta’ prova oħra minbarra dawk diġà aċċettati bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
30 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà, għall-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan l-Istatut, li jippreżentaw osservazzjonijiet bi tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2021, A.B. et (Ħatra tal-imħallfin fil-Qorti Suprema – Rikors), C‑824/18, EU:C:2021:153, punt 63 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
31 |
Min-naħa l-oħra, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, konformement mal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta b’dawn il-konklużjonijiet u lanqas bil-motivazzjoni li biha huwa jkun wasal għalihom. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu liema jkunu l-kwistjonijiet li huwa jeżamina fihom, ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura (sentenzi tal‑4 ta’ Diċembru 2019, Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena, C‑432/18, EU:C:2019:1045, punt 21, kif ukoll tat‑2 ta’ Marzu 2021, A.B. et (Ħatra tal-imħallfin fil-Qorti Suprema – Rikors), C‑824/18, EU:C:2021:153, punt 64). |
32 |
Madankollu, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi tal-proċedura, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
33 |
F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, madankollu, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li hija għandha, wara l-fażi bil-miktub tal-proċedura, l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni. Hija tirrileva, barra minn hekk, li din il-kawża ma għandhiex tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex iddibattut bejn il-persuni kkonċernati. Hija tikkunsidra, fl-aħħar, li t-talbiet għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura ma juru ebda fatt ġdid ta’ natura li jista’ jeżerċita influwenza fuq id-deċiżjoni li hija msejħa tagħti fl-imsemmija kawża. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
34 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kuntest tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li l-għajnuna għall-akkomodazzjoni taqa’ taħt il-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 u li l-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva esprimew b’mod ċar li huma kellhom l-intenzjoni li jinvokaw id-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat minn din il-qorti. |
35 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, anki meta tkun intużat il-possibbiltà li tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, għal leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru. |
36 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, prinċipalment, dwar jekk l-għajnuna għall-akkomodazzjoni għandhiex tiġi kklassifikata bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 11(4). |
37 |
Konformement ma’ din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw għall-benefiċċji prinċipali, fil-qasam tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza fit-trattament bejn ir-“residenti għal żmien twil”, fis-sens ta’ din id-direttiva, u ċ-ċittadini nazzjonali. L-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti għal żmien twil fl-Istati Membri u d-dritt ta’ dawn iċ-ċittadini għall-benefiċċju tal-ugwaljanza fit-trattament fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 11(1) tal-imsemmija direttiva huma r-regola ġenerali, id-deroga prevista fl-Artikolu(11) 4 tal-istess direttiva għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ April 2012, Kamberaj, C‑571/10, EU:C:2012:233, punt 86). |
38 |
Fir-rigward tal-kunċett ta’ “benefiċċju prinċipali’”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, għandu jitfakkar li, fl-assenza ta’ definizzjoni ta’ dan il-kunċett f’din id-direttiva u ta’ riferiment għad-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward, is-sens u l-portata tal-imsemmi kunċett għandhom jiġu mfittxija billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih tidħol din id-dispożizzjoni u l-għan imfittex mill-imsemmija direttiva, jiġifieri, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 2, 4 u 12 tagħha, l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu rrisjedew legalment u għal żmien twil fl-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tippermetti lill-Istati Membri li jillimitaw l-ugwaljanza fit-trattament li minnha jibbenefika min għandu l-istatus mogħti mill-istess direttiva, bl-eċċezzjoni tal-benefiċċji ta’ għajnuna soċjali jew ta’ protezzjoni soċjali mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, kemm jekk fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jikkontribwixxu sabiex l-individwu jkun jista’ jista’ jieħu ħsieb il-bżonnijiet bażiċi tiegħu bħall-ikel, l-akkomodazzjoni u s-saħħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ April 2012, Kamberaj, C‑571/10, EU:C:2012:233, punti 90 u 91). |
39 |
Barra minn hekk, meta jiddeterminaw il-miżuri ta’ sigurtà soċjali, ta’ għajnuna soċjali u ta’ protezzjoni soċjali ddefiniti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u suġġetti għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-drittijiet u josservaw il-prinċipji previsti mill-Karta, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 34 tagħha. Konformement ma’ dan l-aħħar artikolu, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal għajnuna soċjali u għal għajnuna għall-akkomodazzjoni maħsuba sabiex tiġi żgurata l-eżistenza dinjituża għal dawk kollha li ma għandhomx riżorsi suffiċjenti. Minn dan isegwi li, sa fejn benefiċċju jissodisfa l-għan stabbilit minn dan l-artikolu tal-Karta, dan ma jistax jiġi kkunsidrat, fid-dritt tal-Unjoni, bħala li ma jagħmilx parti mill-“benefiċċji prinċipali” fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109 (sentenza tal‑24 ta’ April 2012, Kamberaj, C‑571/10, EU:C:2012:233, punti 80 u 92). |
40 |
Minn dan jirriżulta li, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, benefiċċju intiż sabiex jippermetti lil persuni li ma għandhomx riżorsi suffiċjenti sabiex jaffrontaw il-bżonn ta’ akkomodazzjoni, sabiex jiżgurawlhom kundizzjonijiet ta’ għajxien dinjitużi, jikkostitwixxi “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109. |
41 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li l-għajnuna għall-akkomodazzjoni għandha l-għan li tipprekludi li l-ispejjeż dovuti għall-akkomodazzjoni jikkostitwixxu piż irraġonevoli. Limitata għal ammont ta’ EUR 300, din hija kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni li hija maħsuba mhux sabiex tkopri kompletament l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna, iżda sabiex tkopri parti minn dawn l-ispejjeż sabiex persuni bi dħul baxx ma jkollhomx jagħmlu użu minn parti kbira wisq mid-dħul tagħhom sabiex ikunu jistgħu jirrisjedu b’mod xieraq. |
42 |
Mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jidher li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkontribwixxi sabiex tiggarantixxi lil dawn il-persuni eżistenza dinjituża billi tippermettilhom joqogħdu b’mod xieraq, mingħajr ma jkollhom jagħmlu użu minn parti kbira wisq tad-dħul tagħhom għall-akkomodazzjoni b’detriment, eventwalment, tas-sodisfazzjon ta’ bżonnijiet bażiċi oħra. B’hekk jidher li jikkostitwixxi benefiċċju li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, intiż sabiex jiżgura l-eżistenza dinjituża għal dawk kollha li ma għandhomx riżorsi suffiċjenti, kif previst fl-Artikolu 34(3) tal-Karta. Jekk dan ikun il-każ, l-għoti tiegħu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil huwa, konsegwentement, ukoll neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ integrazzjoni mfittex mid-Direttiva 2003/109. Għaldaqstant, l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tidher li hija ta’ natura li tikkostitwixxi “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva. |
43 |
Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan u li tagħmel il-konstatazzjonijiet neċessarji, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-għan tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-post ta’ din l-għajnuna fis-sistema ta’ għajnuna soċjali nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ April 2012, Kamberaj, C‑571/10, EU:C:2012:233, punt 92). |
44 |
F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil ikunu eliġibbli, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha, għal għajnuna soċjali oħra bħall-garanzija ta’ riżorsi minimi prevista mill-oöBMSG, intiża sabiex tippermetti lil persuni f’sitwazzjoni ta’ diffikultà soċjali li jkollhom kundizzjonijiet ta’ eżistenza dinjituża, inkluż l-akkomodazzjoni, u li jistgħu jiġu kklassifikati bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, ma jistax jeskludi li l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tirċievi l-istess klassifikazzjoni jekk tissodisfa wkoll il-kriterji stabbiliti fil-punti 38 sa 40 ta’ din is-sentenza. |
45 |
Fil-każ fejn l-għajnuna għall-akkomodazzjoni ma tiġix ikklassifikata bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 2003/109 ma tipprevedi ebda obbligu speċifiku għall-każ fejn, wara li jkun għamel użu mill-fakultà li japplika d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) tagħha, Stat Membru madankollu jagħti benefiċċju li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “benefiċċju prinċipali” liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil. |
46 |
Tali sitwazzjoni hija differenti minn dik li fiha att tal-Unjoni jagħti lill-Istati Membri libertà ta’ għażla bejn diversi modalitajiet ta’ applikazzjoni jew ta’ setgħa diskrezzjonali jew ta’ evalwazzjoni li tagħmel parti integrali mis-sistema stabbilita minn dan l-att, jew ukoll mis-sitwazzjoni li fiha tali att jawtorizza l-adozzjoni, mill-Istati Membri, ta’ miżuri speċifiċi intiżi sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għan tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2019, TSN u AKT, C‑609/17 u C‑610/17, EU:C:2019:981, punt 50). |
47 |
Għaldaqstant, jekk jitqies li l-għajnuna għall-akkomodazzjoni ma tikkostitwixxix “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan il-benefiċċju, bħall-prova li wieħed ikollu konoxxenza bażika fil-lingwa Ġermaniża li għandha tiġi prodotta b’mod speċifiku, imposti mill-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG, jaqgħu taħt il-kompetenza miżmuma mill-Istati Membri, mingħajr ma jkunu rregolati minn din id-direttiva u mingħajr ma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2019, TSN u AKT, C‑609/17 u C‑610/17, EU:C:2019:981, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
48 |
Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni previsti fl-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG ma għandhomx jiġu evalwati fid-dawl tad-Direttiva 2003/109. |
49 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, anki meta tkun intużat il-possibbiltà li tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, għal leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru, jekk dik l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkostitwixxi “benefiċċju prinċipali” fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa. |
Fuq it-tieni domanda
50 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2000/43 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru. |
51 |
Konformement mal-Artikolu 1 u mal-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2000/43, din tapplika unikament għad-diskriminazzjonijiet diretti jew indiretti minħabba r-razza jew l-oriġini etnika. L-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva jippreċiża li din tal-aħħar ma tkoprix id-differenzi fit-trattament ibbażati fuq in-nazzjonalità u hija bla ħsara għad-dispożizzjonijiet u għall-kundizzjonijiet relatati mad-dħul u mar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni mingħajr Stat fit-territorju tal-Istati Membri, u għal kull trattament li jirriżulta mill-istatus legali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-persuni mingħajr Stat ikkonċernati. |
52 |
Issa, f’dan il-każ, id-differenza fit-trattament li huma suġġetti għaliha ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, meta mqabbla maċ-ċittadini nazzjonali, li tirriżulta mill-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG, hija bbażata fuq dan l-istatus. |
53 |
Tali differenza fit-trattament ma taqax, konsegwentement, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/43 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ April 2012, Kamberaj, C‑571/10, EU:C:2012:233, punt 50). |
54 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, differenza fit-trattament ibbażata fuq kriterju ta’ nazzjonalità jew, bħal fil-kawża prinċipali, fuq l-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz residenti għal żmien twil tistax ukoll tikkostitwixxi “diskriminazzjoni indiretta” ibbażata fuq l-oriġini etnika, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43, peress li l-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG jagħmel distinzjoni mhux biss skont il-kriterju tal-kwalità ta’ resident għal perijodu twil, iżda wkoll skont il-kriterju li wieħed ikollu għarfien bażiku tal-lingwa nazzjonali. |
55 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43, ikun hemm diskriminazzjoni indiretta meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tista’ twassal għal żvantaġġ partikolari għal persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika meta mqabbla ma’ persuni oħra. L-espressjoni “żvantaġġ partikolari” imsemmija f’din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tfisser li huma partikolarment il-persuni ta’ oriġini etnika partikolari li jinsabu fi żvantaġġ minħabba l-miżura inkwistjoni. Il-kunċett ta’ “diskriminazzjoni indiretta”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, japplika biss jekk il-miżura allegatament diskriminatorja jkollha bħala effett li tiżvantaġġa oriġini etnika b’mod partikolari (sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, punt 100; tas‑6 ta’ April 2017, Jyske Finans, C‑668/15, EU:C:2017:278, punti 27 u 31, kif ukoll tal‑15 ta’ Novembru 2018, Maniero, C‑457/17, EU:C:2018:912, punti 47 u 48). |
56 |
Issa, l-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG, li japplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi mingħajr distinzjoni, ma jiżvantaġġax lill-persuni ta’ oriġini etnika b’mod partikolari. Konsegwentement, ma jikkostitwixxix “diskriminazzjoni indiretta” bbażata fuq l-oriġini etnika fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43. |
57 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda magħmula għandha tkun li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/43 leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi mingħajr distinzjoni u li permezz tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru. |
Fuq it-tielet domanda
58 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 21 tal-Karta, sa fejn jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru. |
59 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 51(1) tal-Karta jipprevedi li d-dispożizzjonijiet ta’ dan jindirizzaw lill-Istati Membri biss fil-każ fejn jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. L-Artikolu 6(1) TUE, l-istess bħall-Artikolu 51(2) tal-Karta, jippreċiża li d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar ma għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi tal-Unjoni kif iddefiniti mit-Trattati. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tinterpreta, fid-dawl tal-Karta, id-dritt tal-Unjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha u ma tistax, konsegwentement, tevalwa, fid-dawl tal-Karta, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma taqax fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑6 ta’ Marzu 2014, Siragusa, C‑206/13, EU:C:2014:126, punti 20 u 21, kif ukoll tal‑10 ta’ Lulju 2014, Julián Hernández et, C‑198/13, EU:C:2014:2055, punt 32). |
60 |
Issa, minn naħa, kif jirriżulta mir-risposta għat-tieni domanda magħmula, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/43. |
61 |
Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn l-għajnuna għall-akkomodazzjoni ma tiġix ikklassifikata bħala “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, għandu jitfakkar li din tal-aħħar, kif ġie rrilevat fil-punti 45 u 47 ta’ din is-sentenza, ma timponi ebda obbligu speċifiku fuq l-Istati Membri meta, wara li jkunu għamlu użu mill-fakultà li japplikaw id-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, dawn jagħtu madankollu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil benefiċċju mhux prinċipali li jaqa’ taħt l-għajnuna soċjali jew il-protezzjoni soċjali. Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tali benefiċċju, bħall-prova li wieħed ikollu konoxxenza bażika fil-lingwa Ġermaniża li għandha tiġi prodotta b’mod speċifiku, imposta fl-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
62 |
Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, dispożizzjoni bħall-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG tinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta u ma tistax, konsegwentement, tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar, b’mod partikolari tal-Artikolu 21 tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2019, TSN u AKT, C‑609/17 u C‑610/17, EU:C:2019:981, punt 53 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
63 |
Min-naħa l-oħra, jekk l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkostitwixxi “benefiċċju prinċipali”, fis-sens tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-punt 39 ta’ din is-sentenza, il-Karta hija intiża li tapplika. Madankollu, dispożizzjoni bħall-Artikolu 6(9) u (11) tal-oöWFG, li tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi mingħajr distinzjoni u li minnha ma jirriżultax li tqiegħed fi żvantaġġ il-persuni ta’ oriġini etnika partikolari, ma tistax titqies li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika, fis-sens tal-Artikolu 21 tal-Karta li tagħha d-Direttiva 2000/43 tikkostitwixxi l-espressjoni konkreta fl-oqsma materjali koperti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, punt 58). |
64 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li, meta tkun intużat il-possibbiltà li tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 21 tal-Karta ma huwiex intiż li japplika fil-preżenza ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru, jekk dik l-għajnuna għall-akkomodazzjoni ma tikkostitwixxix “benefiċċju prinċipali” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 11(4). Jekk l-imsemmija għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkostitwixxi tali benefiċċju prinċipali, l-Artikolu 21 tal-Karta, sa fejn jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika, ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
65 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.