EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0462

Kawża C-462/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Associazione per gli Studi Giuridici sull’Immigrazione (ASGI), Avvocati per niente onlus (APN), Associazione NAGA – Organizzazione di volontariato per l’Assistenza Socio-Sanitaria e per i Diritti di Cittadini Stranieri, Rom e Sinti vs Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per le politiche della famiglia, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/109/KE – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil – Artikolu 11 – Direttiva 2011/98/UE – Drittijiet tal-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku – Artikolu 12 – Direttiva 2009/50/KE – Drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom il-karta blu tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 14 – Direttiva 2011/95/UE – Drittijiet tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali – Artikolu 29 – Ugwaljanza fit-trattament – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali – Artikolu 3 – Benefiċċji tal-familja – Assistenza soċjali – Protezzjoni soċjali – Aċċess għal oġġetti u għal servizzi – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-benefiċċju ta’ “karta tal-familja”)

OJ C 2, 3.1.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Associazione per gli Studi Giuridici sull’Immigrazione (ASGI), Avvocati per niente onlus (APN), Associazione NAGA – Organizzazione di volontariato per l’Assistenza Socio-Sanitaria e per i Diritti di Cittadini Stranieri, Rom e Sinti vs Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per le politiche della famiglia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-462/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil - Artikolu 11 - Direttiva 2011/98/UE - Drittijiet tal-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku - Artikolu 12 - Direttiva 2009/50/KE - Drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom il-karta blu tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 14 - Direttiva 2011/95/UE - Drittijiet tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali - Artikolu 29 - Ugwaljanza fit-trattament - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Artikolu 3 - Benefiċċji tal-familja - Assistenza soċjali - Protezzjoni soċjali - Aċċess għal oġġetti u għal servizzi - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-benefiċċju ta’ “karta tal-familja”)

(2022/C 2/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione per gli Studi Giuridici sull’Immigrazione (ASGI), Avvocati per niente onlus (APN), Associazione NAGA – Organizzazione di volontariato per l’Assistenza Socio-Sanitaria e per i Diritti di Cittadini Stranieri, Rom e Sinti

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per le politiche della famiglia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Dispożittiv

L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru u l-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dawn id-direttivi mill-benefiċċju ta’ karta mogħtija lill-familji li tagħti il-possibbiltà li jinkisbu skontijiet jew tnaqqis tariffarju waqt ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi jew privati li jkunu kkonkludew ftehim mal-gvern ta’ dan l-Istat Membru.

L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li dan lanqas ma jipprekludi tali leġiżlazzjoni sakemm tali karta ma taqax, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, taħt il-kunċetti ta’ “sigurtà soċjali”, ta’ “għajnuna soċjali” jew ta’ “protezzjoni soċjali”.

L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni jekk l-imsemmija karta taqa’ taħt skema ta’ għajnuna stabbilita minn awtoritajiet pubbliċi li jirrikorri għaliha individwu li ma jkollux riżorsi suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tiegħu kif ukoll dawk tal-familja tiegħu.

L-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98 u l-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 433, 14.10.2020.


Top