Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0315

Kawża C-315/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione Veneto vs Plan Eco Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Vjeġġi ta’ skart – Artikolu 3(5) u Artikolu 11(1)(i) – Direttiva 2008/98/KE – Immaniġġar ta’ skart – Artikolu 16 – Prinċipji ta’ awtosuffiċjenza u ta’ prossimità – Deċiżjoni 2000/532/KE – Katalogu ta’ Skart Ewropew (KSE) – Skart muniċipali mħallat suġġett għal trattament mekkaniku li ma jbiddilx in-natura tiegħu)

ĠU C 11, 10.1.2022, pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione Veneto vs Plan Eco Srl

(Kawża C-315/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Vjeġġi ta’ skart - Artikolu 3(5) u Artikolu 11(1)(i) - Direttiva 2008/98/KE - Immaniġġar ta’ skart - Artikolu 16 - Prinċipji ta’ awtosuffiċjenza u ta’ prossimità - Deċiżjoni 2000/532/KE - Katalogu ta’ Skart Ewropew (KSE) - Skart muniċipali mħallat suġġett għal trattament mekkaniku li ma jbiddilx in-natura tiegħu)

(2022/C 11/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Regione Veneto

Konvenut: Plan Eco Srl

fil-preżenza ta’: Futura Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fid-dawl tal-prinċipji ta’ awtosuffiċjenza u ta’ prossimità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’, billi tibbaża ruħha, b’mod partikolari, fuq ir-raġuni msemmija fl-Artikolu 11(1)(i) ta’ dan ir-regolament, topponi vjeġġ ta’ skart muniċipali mħallat li, wara trattament mekkaniku bil-għan tal-irkupru tal-enerġija tiegħu, li madankollu ma bidilx il-proprjetajiet inizjali tiegħu b’mod sostanzjali, ġie kklassifikat taħt il-kodiċi 19 12 12 tal-lista ta’ skart prevista fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


Top