EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0007

Kawża T-7/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

ĠU C, C/2024/2604, 22.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2604/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2604/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2604

22.4.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-7/19)  (1)

(Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-proġett ta’ konnessjoni fissa tal-ferrovija-triq tal-istrett ta’ Fehmarn - Għajnuna mogħtija mid-Danimarka lil Fermern u lil Fermern Landanlæg - Deċiżjoni li tikkonstata li ċerti miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna illegali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Irtirar parzjali tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok parzjalment li tingħata deċiżjoni - Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ eżami - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(C/2024/2604)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, C. Georgieva u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV (Fehmarn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u W. Mecklenburg, avukati), Naturschutzbund Deutschland eV (NABU) (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u T. Hohmuth, avukati), Trelleborg Hamn AB (Trelleborg, l-Isvezja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat), Föreningen Svensk Sjöfart (FSS) (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Søndahl Wolff, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni C(2018) 6268 final tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Settembru 2018, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.51981 (2018/FC), li permezz tagħha din ikkunsidrat li l-miżuri adottati mir-Renju ta’ Danimarka fir-rigward ta’ Fermern A/S u Fermern Landanlæg A/S ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali u li ma kienx hemm lok li jitqajmu l-oġġezzjonijiet dwar l-injezzjoni ta’ kapital għall-benefiċċju ta’ Fermern, peress li din tkun, fi kwalunkwe każ, kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata sentenza fuq il-konklużjoni intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2018) 6268 final tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Settembru 2018, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.51981 (2018/FC), sa fejn din tikkonċerna l-miżuri approvati favur Fermern A/S.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

5)

Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV, Naturschutzbund Deutschland eV (NABU), Trelleborg Hamn AB, Föreningen Svensk Sjöfart (FSS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom rispettivi.


(1)   ĠU C 72, 25.2.2019.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2604/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top