EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CO0859

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2022.
Ministerul Public - Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia Naţională Anticorupţie et vs FX et.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-korruzzjoni – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Artikolu 325(1) TFUE – Konvenzjoni PIF – Deċiżjoni 2006/928/KE – Proċeduri kriminali – Sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni serja – Obbligu għall-imħallfin nazzjonali li jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) – Responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-deċiżjonijiet – Setgħa li jitħallew mhux applikati deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni.
Kawżi magħquda C-859/19 u C-926/19.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:878

 DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)

7 ta’ Novembru 2022 ( *1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-korruzzjoni – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Artikolu 325(1) TFUE – Konvenzjoni PIF – Deċiżjoni 2006/928/KE – Proċeduri kriminali – Sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni serja – Obbligu għall-imħallfin nazzjonali li jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) – Responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-deċiżjonijiet – Setgħa li jitħallew mhux applikati deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni”

Fil-Kawżi Magħquda C‑859/19, C‑926/19 u C‑929/19,

li għandhom bħala suġġett tliet talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjonijiet tad‑19 ta’ Novembru 2019 (C‑859/19), tas‑6 ta’ Novembru 2019 (C‑926/19) u tas‑16 ta’ Diċembru 2019 (C‑929/19), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Novembru 2019 (C‑859/19) u fit‑18 ta’ Diċembru 2019 (C‑926/19 u C‑929/19), fil-proċeduri kriminali kontra

FX,

CS,

ND (C‑859/19),

BR,

CS,

DT,

EU,

FV,

GW (C‑926/19),

CD,

CLD,

GLO,

ŞDC,

PVV (C‑929/19),

fil-preżenza ta’:

Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia Națională Anticorupție (C‑859/19, C‑926/19 u C‑929/19),

Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia de Investigare a Infracțiunilor de Criminalitate Organizată și Terorism – Structura Centrală (C‑926/19),

Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Secția pentru Investigarea Infracțiunilor din Justiţie (C‑926/19),

Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (C‑926/19 u C‑929/19),

SC Complexul Energetic Oltenia SA (C‑929/19),

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),

komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, A. Kumin u I Ziemele, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: N. Emiliou,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,

tagħti l-preżenti

Digriet

1

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw, essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, tal-Artikolu 325(1) TFUE, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmata fi Brussell fis‑26 ta’ Lulju 1995 u annessa mal-Att tal-Kunsill tas‑26 ta’ Lulju 1995 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57, iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni PIF”), kif ukoll tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni.

2

Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra FX, CS u ND (Kawża C‑859/19), BR, CS, DT, EU, FV u GW (Kawża C‑926/19) kif ukoll CD, CLD, GLO, ȘDC u PVV (Kawża C‑929/19) għal reati b’mod partikolari ta’ korruzzjoni u ta’ frodi fiskali dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt tal-Unjoni

Il-Konvenzjoni PIF

3

L-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni PIF huwa fformulat kif ġej:

“Għall-għanijiet ta’ din il-Konvenzjoni, frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej tikkonsisti fir-

(a)

rigward l-infiq, kwalunkwe att jew omissjoni b’intenzjoni dwar:

l-użu jew presentazzjoni ta’ stqarrijiet jew dokumenti mhux korretti jew mhux kompluti, li għandhom bħala effett il-misapproprjazzjoni jew iż-żamma mhux korretta ta’ fondi mill-bilanċ ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej jew bilanċi mħaddma minn, jew f’isem, il-Komunitajiet Ewropej,

ma tkunx żvelata informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku, bl-istess effett,

l-applikazzjoni ħażina ta’ dawn il-fondi għall-għanijiet barra dawk li għalihom ingħataw oriġinarjament;

(b)

rigward dħul, kwalunkwe att jew omissjoni intenzjonali dwar:

l-użu jew preżentazzjoni ta’ stqarrijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li għandhom bħala effett it-tnaqqis illegali ta’ fondi mill-bilanċ ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej jew bilanċi mħaddma minn, jew f’isem, il-Komunitajiet Ewropej,

[…]”

4

L-Artikolu 2(1) ta’ din il-konvenzjoni jipprovdi:

“Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-kondotta msemmija fl-Artikolu 1, u parteċipazzjoni f’instigazzjoni jew attentat tal-kondotta msemmija fl-Artikolu 1 (1), huma puniti b’penalitajiet kriminali effettivi, proporzjonati u disważivi, inklużi, għal inqas f’każi ta’ frodi serja, penalitajiet li jinvolvu depravazzjoni ta’ libertà li tista’ tagħti lok għal estradizzjoni, u jinftiehem li frodi serja titqies frodi li tinvolvi ammont minimu li għandu jkun stabbilit f’kull Stat Membru. Dan l-ammont minimu ma jistax ikun stabbilit għas-somma li taqbeż 50000 ECU.”

5

Permezz ta’ att tas‑27 ta’ Settembru 1996, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stabbilixxa l-Protokoll dwar il-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 19). Konformement mal-Artikoli 2 u 3 tiegħu, dan il-protokoll ikopri l-atti ta’ korruzzjoni passiva u attiva.

L‑Att ta’ Adeżjoni

6

L-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2005, L 157, p. 203, iktar ‘il quddiem l-“Att ta’ Adeżjoni”), li daħal fis-seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2007, jipprevedi, fl-Artikolu 39 tiegħu:

“1.   Jekk, abbażi tal-monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni ta’ impenji meħuda mill-Bulgarija u mir-Rumanija fil-kuntest tan-negozjati ta’ l-adeżjoni u b’mod partikolari r-rapporti ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni, hemm evidenza ċara li l-istat tat-tħejjijiet għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-acquis fil-Bulgarija u fir-Rumanija hu tali li hemm riskju serju li wieħed minn dawk l-Istati jinsab li huwa manifestament mhux ippreparat sabiex jilħaq il-ħtiġiet ta’ sħubija sad-data ta’ l-adeżjoni ta’ l‑1 ta’ Jannar 2007 f’numru ta’ oqsma importanti, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jiddeċiedi li d-data ta’ l-adeżjoni ta’ dak l-Istat tiġi posposta b’sena waħda sa l‑1 ta’ Jannar 2008.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata abbazi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-Rumanija jekk nuqqasijiet serji ġew osservati fit-twettiq mir-Rumanija ta’ wieħed jew iżjed mill-impenji u l-ħtiġijiet elenkati fl-Anness IX, punt I.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata abbazi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara valutazzjoni dettaljata li għandha ssir fil-ħarifa ta’ l‑2005 tal-progress magħmul mir-Rumanija fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-Rumanija jekk nuqqasijiet serji ġew osservati fit-twettiq mir-Rumanija ta’ l-obbligi assunti taħt il-Ftehim Ewropew jew ta’ wieħed jew iżjed mill-impenji u ħtiġijiet elenkati fl-Anness IX, punt II.”

7

L-Anness IX tal-Att ta’ Adeżjoni, intitolat “Impenji speċifiċi assunti, u rekwiżiti aċċettati, mir-Rumanija fil-konklużjoni tan-negozjati dwar l-adeżjoni fl‑14 ta’ Diċembru 2004 (imsemmija fl-Artikolu 39 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni)”, fih, fil-punt I tiegħu, is-silta li ġejja:

“Fir-rigward ta’ l-Artikolu 39(2)

[…]

(4)

Sabiex tiġi intensifikata konsiderevolment il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u partikolarment kontra l-korruzzjoni fi gradi għolja billi jiġu żgurati l-infurzar rigoruż tal-leġislazzjoni ta’ kontra l-korruzzjoni u l-indipendenza effettiva ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Prosekuturi Anti-Korruzzjoni (NAPO) u billi jiġi preżentat fuq bażi annwali, minn Novembru 2005, rendikont konvinċenti ta’ servizz dwar l-attivitajiet tan-NAPO fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi gradi għolja. In-NAPO għandu jingħata l-persunal, ir-riżorsi finanzjarji u ta’ taħriġ, kif ukoll it-tagħmir meħtieġ sabiex iwettaq il-funzjoni vitali tiegħu.

5)

[…] [L-istrateġija nazzjonali tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni] għandha tinkludi l-impenn li tiġi riveduta sa tmiem l‑2005 il-proċedura kriminali protratta sabiex jiġi żgurat li każijiet ta’ korruzzjoni jiġu trattati rapidament u b’mod trasparenti, sabiex jiġu żgurati sanzjonijiet adegwati b’effett deterrenti; […]

[…]”

Id-Deċiżjoni 2006/928/KE

8

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat‑13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (ĠU 2006, L 354, p. 56) ġiet adottata, fil-kuntest tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea prevista għall‑1 ta’ Jannar 2007, abbażi, b’mod partikolari, tal-Artikoli 37 u 38 tal-Att tal-Adeżjoni. Il-premessi 1 sa 6 u 9 ta’ din id-deċiżjoni huma fformulati kif ġej:

“(1)

L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq l-istat ta’ dritt, prinċipju komuni għall-Istati Membri kollha.

(2)

Il-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u s-suq intern, maħluq mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huma bbażati fuq il-fiduċja reċiproka li d-deċiżjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji u l-prattiċi ta’ l-Istati Membri kollha jirrispettaw b’mod sħiħ l-istat ta’ dritt.

(3)

Dan jimplika għall-Istati Membri kollha l-eżistenza ta’ sistema ġudizzjarja u amministrattiva imparzjali, indipendenti w effettiva mgħammra b’mod xieraq, inter alia, sabiex tiġġieled il-korruzzjoni.

(4)

Fl‑1 ta’ Jannar 2007, ir-Rumanija se ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni, filwaqt li tinnota l-isforzi konsiderevoli sabiex jitlestu l-preparazzjonijiet tar-Rumanija għas-sħubija, identifikat kwistjonijiet pendenti fir-Rapport tagħha tas‑26 ta’ Settembru 2006, b’mod partikolari l-kontabilità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja u l-entitajiet ta’ l-infurzar tal-liġi, fejn hemm bżonn ta’ aktar progress sabiex tiġi assigurata l-kapaċità tagħhom sabiex jimplimentaw u japplikaw il-miżuri adottati sabiex jiġu mwaqqafa s-suq intern u l-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(5)

L-Artikolu 37 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jagħti setgħa lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa f’każ ta’ riskju imminenti li r-Rumanija tikkawża ksur fil-funzjoni tas-suq intern b’nuqqas li jiġu implimentati l-impenji li ntrabtet bihom. L-Artikolu 38 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jagħti setgħa lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa f’każ imminenti ta’ nuqqasijiet serji mir-Rumanija fit-traspożizzjoni, l-istat ta’ implimentazzjoni, jew l-applikazzjoni ta’ atti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat ta’ l-UE u ta’ l-atti adottati taħt it-Titolu IV tat-Trattat tal-KE.

(6)

Il-kwistjonijiet li għad fadal fil-kontabilità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja u l-entitajiet ta’ l-infurzar jiġġustifikaw it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għal kooperazzjoni u verifika tal-progress tar-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

[…]

(9)

Id-Deċiżjoni preżenti għandha tiġi emendata jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tkun indika bżonn ta’ aġġustament fil-punti ta’ riferiment. Id-Deċiżjoni preżenti għandha titħassar meta il-punti ta’ riferiment kollha jiġu mwettqa b’mod sodisfaċenti.”

9

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/928 jipprevedi:

“Ir-Rumanija għandha, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill‑31 ta’ Marzu 2007, tirraporta lill-Kummissjoni dwar il-progress magħmul fl-indirizzar tal-punti ta’ riferiment kollha pprovduti fl-Anness.

Il-Kummisjoni tistà, f’kull ħin, tipprovdi assistenza teknika permezz ta’ attivitajiet differenti jew tiġbor u tpartat informazzjoni dwar il-punti ta’ riferiment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tistà, f’kull ħin, torganizza missjonijiet ta’ l-esperti lejn ir-Rumanija għal dan l-iskop. L-awtoritajiet Rumeni għandhom jagħtu l-appoġġ neċessarju f’dan il-kuntest.”

10

L-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni jipprovdi:

“Il-Kummissjoni se tikkomunika lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill il-kummenti u r-riżultati tagħha dwar ir-rapport tar-Rumanija għall-ewwel darba f’Ġunju 2007.

Il-Kummissjoni se terġa tirraporta minn hemm ‘il quddiem kif u meta jkun meħtieġ u mill-inqas kull sitt xhur.”

11

L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni jistipula:

“Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri kollha.”

12

L-anness tal-istess deċiżjoni huwa fformulat kif ġej:

“Punti ta’ riferiment li għandhom jiġu indirizzati mir-Rumanija, imsemmija f’Artikolu 1:

(1)

Tassigura proċess ġudizzjarju aktar trasparenti u effiċjenti partikolarment billi jiġu mtejba l-kapaċità u l-kontabilità tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Tirraporta u tissorvelja l-impatt tal-kodiċi ġodda tal-proċeduri ċivili u penali.

(2)

Tistabbilixxi, kif previst, aġenzija ta’ integrità b’responsabbiltajiet ta’ verifikar ta’ assi, inkompatibbiltajiet u kunflitti potenzjali ta’ interess, u sabiex tagħti deċiżjonijiet mandatorji abbażi ta’ liema jistgħu jingħataw sanzjonijiet ta’ deterrent.

(3)

Tibni fuq il-progress li diġà sar, tkompli tagħmel investigazzjonijiet professjonali u mhux partiġjani dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli.

(4)

Tieħu aktar miżuri sabiex timpedixxi u tiġġieled il-korruzzjoni, b’mod partikolari fi ħdan il-gvern lokali.”

Id‑dritt Rumen

Il‑Kostituzzjoni Rumena

13

It-Titolu III tal-Costituția României (il-Kostituzzjoni Rumena), intitolat “L-Awtoritajiet Pubbliċi”, jinkludi, b’mod partikolari, il-Kapitolu VI, dwar l-“awtorità ġudizzjarja”, li fih hemm l-Artikolu 126 ta’ din il-kostituzzjoni. Dan l-artikolu jipprovdi:

“(1)   Il-ġustizzja għandha tiġi amministrata mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie [(il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem il-“Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja”)] u mill-korpi ġudizzjarji l-oħra stabbiliti bil-liġi.

[…]

(3)   Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għandha tiżgura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-liġi mill-qrati l-oħra, konformement mal-kompetenza tagħha.

Il-kompożizzjoni tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u r-regoli tal-funzjonament tagħha huma stabbiliti b’liġi organika.

[…]

(6)   L-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-kontenzjuż amministrattiv huwa żgurat, bl-eċċezzjoni tal-atti relatati mar-relazzjonijiet mal-Parlament kif ukoll atti ta’ kmand militari. Il-qrati amministrattivi huma kompetenti sabiex jisimgħu rikorsi ppreżentati mill-persuni leżi, skont il-każ, b’digrieti jew bid-dispożizzjonijiet ta’ digrieti ddikjarati inkostituzzjonali.”

14

It-Titolu V tal-Kostituzzjoni Rumena, dwar il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem il-“Qorti Kostituzzjonali”, jinkludi l-Artikoli 142 sa 147 tagħha. L-Artikolu 146 ta’ din il-Kostituzzjoni jipprevedi:

“Il-Qorti Kostituzzjonali għandha d-dmirijiet segwenti:

[…]

d) hija tiddeċiedi dwar eċċezzjonijiet fuq l-inkostituzzjonalità ta’ liġijiet u digrieti, imqajma quddiem il-korpi ġudizzjarji jew ta’ arbitraġġ kummerċjali; l-eċċezzjoni tal-inkostituzzjonalità tista’ titqajjem direttament mill-Avukat tal-Poplu;

e) hija tiddeċiedi dwar il-kunflitti ġuridiċi ta’ natura kostituzzjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi, fuq it-talba tal-President tar-Rumanija, tal-President ta’ wieħed miż-żewġt ikmamar, tal-primului-ministru [(il-Prim Ministru)] jew tal-President tal-[Kunsill Superjuri tal-Maġistratura];

[…]”

Il‑Kodiċi Kriminali

15

L-Artikolu 154(1) tal-Codul penal (il-Kodiċi Kriminali) jipprevedi:

“It-termini ta’ preskrizzjoni tar-responsabbiltà kriminali huma ta’:

a) 15‑il sena, meta l-liġi tipprevedi għar-reat imwettaq piena ta’ priġunerija għall-għomor jew piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn 20 sena;

b) 10 snin, meta l-liġi tipprevedi għar-reat imwettaq piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn 10 snin iżda mhux iktar minn 20 sena;

c) 8 snin, meta l-liġi tipprevedi għar-reat imwettaq piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn 5 snin iżda mhux iktar minn 10 snin;

d) 5 snin, meta l-liġi tipprevedi għar-reat imwettaq piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena iżda mhux iktar minn 5 snin;

e) 3 snin, meta l-liġi tipprevedi għar-reat imwettaq piena ta’ priġunerija li ma teċċedix sena jew multa.”

16

L-Artikolu 155(4) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:

“It-termini previsti fl-Artikolu 154, jekk huma diġà nqabżu darbtejn, għandhom jitqiesu ssodisfatti indipendentement min-numru ta’ interruzzjonijiet.”

Il‑Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali

17

L-Artikolu 40(1) tal-Codul de procedură penală (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali) jipprovdi:

“Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tisma’, fl-ewwel istanza, reati ta’ tradiment serju, u reati mwettqa mis-senaturi, id-deputati u l-membri Rumeni tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Gvern, l-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali, il-membri tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, l-imħallfin tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u l-prosekuturi tal-Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție (l-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija)].”

18

Skont l-Artikolu 281(1) ta’ dan il-kodiċi:

“Huwa dejjem ssanzjonat bin-nullità l-ksur tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw:

[…]

b)

il-kompetenza ratione materiae u personali tal-qrati, meta tkun qorti ta’ grad inferjuri għal dik kompetenti li tkun iddeċidiet il-kawża;

[…]”

19

L-Artikolu 426(1) tal-imsemmi kodiċi jipprovdi:

“Jista’ jiġi ppreżentat rikors straordinarju għal annullament kontra s-sentenzi finali fi proċeduri kriminali fil-każijiet segwenti:

[…]

(d) meta l-qorti tal-appell ma tkunx ġiet komposta konformement mal-liġi jew meta kien hemm każ ta’ inkompatibbiltà;

[…]”

20

L-Artikolu 428(1) tal-istess kodiċi jipprevedi:

“Ir-rikors għal annullament għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 426(a) u (c) sa (h) jista’ jiġi ppreżentat f’terminu ta’ 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti tal-appell.”

Il‑Liġi Nru 78/2000

21

L-Artikolu 5 tal-Legea nr. 78/2000 pentru prevenirea, descoperirea și sancționarea faptelor de corupție (il-Liġi Nru 78/2000 dwar il-Prevenzjoni, l-Iskopertura u r-Repressjoni ta’ Atti ta’ Korruzzjoni) tat‑18 ta’ Mejju 2000 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 219 tat‑18 ta’ Mejju 2000), jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:

“Fis-sens ta’ din il-liġi, ir-reati previsti fl-Artikoli 289 sa 292 tal-Kodiċi Kriminali huma reati ta’ korruzzjoni, inkluż meta jitwettqu mill-persuni previsti fl-Artikolu 308 tal-Kodiċi Kriminali.”

22

L-artikoli tal-Kodiċi Kriminali msemmija fl-Artikolu 5(1) tal-Liġi Nru 78/2000 jikkonċernaw ir-reati ta’ korruzzjoni passiva (Artikolu 289), ta’ korruzzjoni attiva (Artikolu 290), ta’ abbuż mill-influwenza (Artikolu 291) u abbuż mill-influwenza taħt forma attiva (Artikolu 292), rispettivament.

23

L-Artikolu 29(1) ta’ din il-liġi jipprevedi:

“Huma mwaqqfa kulleġġi ġudikanti speċjalizzati sabiex jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar ir-reati previsti minn din il-liġi.”

Il‑Liġi Nru 303/2004

24

L-Artikolu 99 tal-Legea nr. 303/2004 privind statutul judecătorilor şi procurorilor (il-Liġi Nru 303/2004 dwar l-Istatut tal-Imħallfin u tal-Prosekuturi) tat‑28 ta’ Ġunju 2004 (ippubblikata mill-ġdid fil-Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 826 tat‑13 ta’ Settembru 2005), kif emendata bil-Legea Nr. 24/2012 (il-Liġi Nru 24/2012) tas‑17 ta’ Jannar 2012 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 51 tat‑23 ta’ Jannar 2012) (iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 303/2004”), jipprevedi:

“Jikkostitwixxu ksur dixxiplinari:

[…]

o)

in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet relatati mal-assenjazzjoni każwali tal-kawżi;

[…]

ș)

in-nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali […];

[…]”.

25

L-Artikolu 100 ta’ din il-liġi jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:

“Is-sanzjonijiet dixxiplinari li jistgħu jiġu imposti fuq l-imħallfin u fuq il-prosekuturi, fi proporzjon mas-serjetà tal-ksur, huma:

[…]

e)

l-esklużjoni mill-maġistratura.”

26

L-Artikolu 101 tal-imsemmija liġi jipprovdi:

“Is-sanzjonijiet dixxiplinarji previsti fl-Artikolu 100 għandhom jiġu imposti mis-sezzjonijiet tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-liġi organika tiegħu.”

Il‑Liġi Nru 304/2004

27

Il-Legea nr. 304/2004 privind organizarea judiciară (il-Liġi Nru 304/2004 dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja) tat‑28 ta’ Ġunju 2004 (ippubblikata mill-ġdid fil-Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 827 tat‑13 ta’ Settembru 2005) ġiet emendata, b’mod partikolari, minn:

il-Legea nr. 202/2010 privind unele măsuri pentru accelerarea soluționării proceselor (il-Liġi Nru 202/2010 li Tipprevedi Miżuri għall-Aċċellerazzjoni tas-Soluzzjoni tat-Tilwim) tal‑25 ta’ Ottubru 2010 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 714 tas‑26 ta’ Ottubru 2010);

il-Legea nr. 255/2013 pentru punerea în aplicare a Legii nr. 135/2010 privind Codul de procedură penală şi pentru modificarea şi completarea unor acte normative care cuprind dispoziţii procesual penale (il-Liġi Nru 255/2013 li Timplimenta l-Liġi Nru 135/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u li Temenda u Tissupplimenta Ċerti Atti Regolatorji li Jinkludu Dispożizzjonijiet fil-Qasam tal-Proċedura Kriminali) tad‑19 ta’ Lulju 2013 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 515 tal‑14 ta’ Awwissu 2013);

il-Legea nr. 207/2018 pentru modificarea și completarea Legii nr. 304/2004 privind organizarea judiciară (il-Liġi Nru 207/2018 li Temenda u Tissupplimenta l-Liġi Nru 304/2004 dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja) tal‑20 ta’ Lulju 2018 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 636 tal‑20 ta’ Lulju 2018).

28

L-Artikolu 19(3) tal-Liġi Nru 304/2004, kif l-aħħar emendata bil-Liġi Nru 207/2018 (iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 304/2004 kif emendata”), jipprovdi:

“Fil-bidu ta’ kull sena, il-kulleġġ tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, fuq proposta tal-President jew tal-Viċi-President tagħha, jista’ japprova l-kostituzzjoni ta’ kulleġġi ġudikanti speċjalizzati fil-qafas tal-awli tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, skont in-numru u n-natura tal-kawżi, tal-volum ta’ attività ta’ kull awla, kif ukoll l-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin u l-ħtieġa li jużaw l-esperjenza professjonali tagħhom.”

29

L-Artikolu 24(1) ta’ din il-liġi jipprevedi:

“Il-kulleġġi ta’ ħames imħallfin jisimgħu appelli mid-deċiżjonijiet mogħtija fl-ewwel istanza mis-sezzjoni kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, jiddeċiedu dwar l-appelli fil-kassazzjoni mid-deċiżjonijiet mogħtija fl-appell mill-kulleġġi ta’ ħames imħallfin wara l-ammissjoni minn qabel tagħhom, jittrattaw l-appelli mid-deċiżjonijiet mogħtija waqt il-proċess fl-ewwel istanza mis-sezzjoni kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, jiddeċiedu fuq kwistjonijiet dixxiplinari konformement mal-liġi u fuq kawżi oħrajn fil-qafas tal-kompetenzi li tagħtihom il-liġi.”

30

L-Artikolu 29(1) tal-imsemmija liġi huwa fformulat kif ġej:

“Il-Kulleġġ tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għandu l-kompetenzi li ġejjin:

a) japprova r-regolament dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament amministrattiv kif ukoll il-pjanijiet tal-istabbiliment u tal-persunal tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja;

[…]

f) jeżerċita l-kompetenzi l-oħrajn previsti fir-regolament dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament amministrattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.”

31

L-Artikolu 31(1) tal-istess liġi jistipula:

“Fi kwistjonijiet kriminali, il-kulleġġi ġudikanti huma komposti kif ġej:

a) fil-kawżi mogħtija, konformement mal-liġi, lill-kompetenza tal-ewwel istanza tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, il-kulleġġ ġudikanti huwa kompost minn tliet imħallfin;

[…]”

32

L-Artikolu 32 tal-Liġi Nru 304/2004 kif emendata jipprevedi:

“(1)   Fil-bidu ta’ kull sena, fuq proposta tal-President jew tal-Viċi-Presidenti tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, il-Kulleġġ għandu japprova n-numru u l-kompożizzjoni tal-kulleġġi ta’ ħames imħallfin.

[…]

(4)   L-imħallfin li jagħmlu parti minn dawn il-kulleġġi ġudikanti għandhom jiġu maħtura, billi jittellgħu bix-xorti, matul seduta pubblika, mill-President jew, fl-assenza tiegħu, minn wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja. Il-membri tal-kulleġġi ġudikanti jistgħu jiġu mibdula b’mod eċċezzjonali biss, fid-dawl tal-kriterji oġġettivi stabbiliti fir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament Amministrattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

(5)   Il-kulleġġ ta’ ħames imħallfin huwa ppresjedut mill-President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, minn wieħed mill-Viċi Presidenti jew mill-Presidenti tal-Awli jekk dawn ikunu ġew maħtura sabiex jagħmlu parti mill-kulleġġ ġudikanti konformement mal-punt 4.

(6)   Jekk l-ebda wieħed minnhom ma jkun ġie maħtur sabiex jagħmel parti minn kulleġġi ta’ ħames imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti jkun ippresjedut minn kull Imħallef fuq bażi ta’ rotazzjoni, skont l-ordni tat-tul tas-servizz tagħhom fi ħdan il-maġistratura.

(7)   Il-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza tal-kulleġġi ta’ ħames imħallfin għandhom jiġu allokati b’mod każwali permezz ta’ sistema kkompjuterizzata.”

33

Fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi Nru 202/2010, l-Artikolu 32 tal-Liġi Nru 304/2004 kien jipprovdi:

“Fi kwistjonijiet kriminali, żewġ kulleġġi ta’ ħames imħallfin li jikkonsistu biss minn membri tal-Awla Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għandhom jiġi kkostitwiti fil-bidu ta’ kull sena.

[…]

(4)   Il-kulleġġ tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja japprova l-kompożizzjoni tal-kulleġġi ta’ ħames imħallfin. L-imħallfin li jagħmlu parti minn dawn il-kulleġġi ġudikanti jinħatru mill-President jew, fin-nuqqas tiegħu, mill-Viċi-President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja. Il-membri tal-kulleġġi ġudikanti jistgħu jiġu mibdula b’mod eċċezzjonali biss, fid-dawl tal-kriterji oġġettivi stabbiliti fir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament Amministrattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

(5)   Il-kulleġġ ta’ ħames imħallfin huwa ppresjedut mill-President jew mill-Viċi-President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja. Fin-nuqqas tagħhom, il-kulleġġ ġudikanti jista’ jkun ippresjedut minn President ta’ Awla maħtur għal dan l-għan mill-President jew, fin-nuqqas tiegħu, mill-Viċi-President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

(6)   Il-kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-kulleġġi ġudikanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma assenjati b’mod każwali permezz ta’ sistema kompjuterizzata.”

34

Fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mil-Liġi Nru 255/2013, il-paragrafi 1 u 6 tal-Artikolu 32 tal-Liġi Nru 304/2004 kienu fformulati f’termini kważi identiċi ma’ dawk tal-verżjoni msemmija fil-punt preċedenti, filwaqt li l-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-artikolu kienu jipprevedu:

“(4)   Il-Kunsill Governattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja japprova n-numru u l-kompożizzjoni tal-kulleġġi ta’ ħames imħallfin, fuq proposta tal-President tal-Awla Kriminali. L-imħallfin li jagħmlu parti minn dawn il-kulleġġi ġudikanti jinħatru, bix-xorti, matul seduta pubblika, mill-President jew, fl-assenza tiegħu, mill-Viċi President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja. Il-membri tal-kulleġġi ġudikanti jistgħu jiġu mibdula biss b’mod eċċezzjonali, fid-dawl tal-kriterji oġġettivi stabbiliti fir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament Amministrattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

(5)   Il-kulleġġ ta’ ħames imħallfin huwa ppresjedut mill-President jew mill-Viċi-President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, jekk dan jagħmel parti mill-kulleġġ ġudikanti, konformement mal-paragrafu 4, mill-President tal-Awla Kriminali jew mill-iktar membru anzjan, skont il-każ.”

35

L-Artikolu 33 tal-Liġi 304/2004 kif emendata huwa fformulat kif ġej:

“(1)   Il-President jew, fl-assenza tiegħu, wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja jippresjedi l-Awli Magħquda, il-kulleġġ kompetenti biex jisma’ r-rikorsi ppreżentati fl-interess tal-liġi kif ukoll il-kulleġġ kompetenti biex jiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ dritt, il-kulleġġ ta’ ħames imħallfin, u kwalunkwe kulleġġ ġudikanti fi ħdan l-awli, meta huwa jipparteċipa fil-proċeduri.

[…]

(3)   Il-Presidenti tal-awli jistgħu jippresjedu kwalunkwe kulleġġ ġudikanti tal-awla, filwaqt li l-imħallfin l-oħra jippresjedu fuq bażi ta’ rotazzjoni.”

36

L-Artikolu 33(1) tal-Liġi Nru 304/2004, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi Nru 202/2010, kien jipprevedi:

“Il-President jew, fl-assenza tiegħu, il-Viċi-President tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja jippresjedi l-Awli Magħquda, il-kulleġġ ta’ ħames imħallfin, u kwalunkwe kulleġġ ġudikanti fi ħdan l-awli, meta huwa jipparteċipa fil-proċeduri.”

37

Skont dan l-Artikolu 33(1) tal-Liġi Nru 304/2004, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi Nru 255/2013:

“Il-President jew, fl-assenza tiegħu, wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja jippresjedi l-Awli Magħquda, il-kulleġġ kompetenti biex jisma’ r-rikorsi ppreżentati fl-interess tal-liġi kif ukoll il-kulleġġ kompetenti biex jiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ dritt, il-kulleġġ ta’ ħames imħallfin, u kwalunkwe kulleġġ ġudikanti fi ħdan l-awli, meta huwa jipparteċipa fil-proċeduri.

Ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament Amministrattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja

38

L-Artikolu 28 tar-Regulamentul privind organizarea şi funcţionarea administrativă a Înaltei Curţi de Casaţie şi Justiţie (ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament Amministrattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) tal‑21 ta’ Settembru 2004, kif emendat bil-Hotărârea nr. 3/2014 pentru modificarea și completarea Regulamentului privind organizarea și funcționarea administrativă a Înaltei Curți de Casație și Justiție (id-Deċiżjoni Nru 3/2014 li Temenda u Tissupplimenta r-Regolament dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament Amministrattiv) tat‑28 ta’ Jannar 2014 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 75 tat‑30 ta’ Jannar 2014) kien jipprovdi:

“1.   Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tinkludi kulleġġi ta’ ħames imħallfin li l-ġurisdizzjoni tagħhom hija stabbilita bil-liġi.

[…]

4.   Il-kulleġġi ta’ ħames imħallfin għandhom jiġu ppresjeduti, skont il-każ, mill-President, mill-Viċi Presidenti, mill-President tal-Awla Kriminali jew mill-iktar membru anzjan.”

39

L-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:

“Bl-għan li jiġu stabbiliti kulleġġi ta’ ħames imħallfin fi kwistjonijiet kriminali, il-President jew, fl-assenza tiegħu, wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Qorti Għolja tal- Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għandhom jaħtru annwalment, bix-xorti, matul seduta pubblika, erba’ jew, skont il-każ, ħames imħallfin tal-Awla Kriminali Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għal kull kulleġġ ġudikanti.”

Il-proċeduri fil-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

Kawża C‑859/19

40

Permezz ta’ sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017 mogħtija fl-ewwel istanza minn kulleġġ ta’ tliet Imħallfin, l-Awla Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja kkundannat lil FX, prokuratur fil-Parchetul de pe lângă Tribunalul Iași (l-Uffiċċju tal-Prosekutur fi ħdan il-Qorti tal-Kontea ta’ Iași, ir-Rumanija), għal piena globali ta’ sentejn u ħdax-il xahar priġunerija u għal multa għal reati ta’ korruzzjoni passiva, ta’ twettiq ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji, bħala atti kummerċjali, inkompatibbli mal-funzjoni tiegħu, bl-għan li jikseb għalih innifsu flus, oġġetti jew vantaġġi indebiti oħrajn, kif ukoll dikjarazzjonijiet foloz, imwettaq matul is-snin 2014 u 2015, filwaqt li ħelsitu mir-reat ta’ ħasil tal-flus. Permezz tal-istess sentenza kriminali, CS u ND ġew illiberati għar-reat ta’ xhieda falza.

41

FX u l-Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție – Direcția Națională Anticorupție (l-Uffiċċju tal-Prosekutur fi ħdan il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Direttorat Nazzjonali ta’ Kontra l-Korruzzjoni, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem id-“DNA”) appellaw mill-imsemmija sentenza. Il-kawża prinċipali ġiet inkluża fil-lista tal-kulleġġ ta’ ħames Imħallfin tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, bħala qorti tal-appell.

42

Filwaqt li l-proċedura tal-appell kienet pendenti, il-Qorti Kostituzzjonali tat, fis‑7 ta’ Novembru 2018, is-sentenza Nru 685/2018. Permezz ta’ din is-sentenza, din il-qorti, li kienet ġiet adita mill-Prim Ministru skont l-Artikolu 146(e) tal-Kostituzzjoni Rumena, ikkonstatat qabelxejn kunflitt ġuridiku ta’ natura kostituzzjonali bejn il-Parlament u l-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, iġġenerat mid-deċiżjonijiet meħuda mill-kulleġġ ta’ din tal-aħħar li jikkonsistu, konformement ma’ prattika pendenti fil-perijodu kkonċernat, f’li jinħatru bix-xorti erbgħa biss mill-ħames membri tal-kulleġġi ta’ ħames imħallfin li jiddeċiedu fl-appell, u mhux kollha kemm huma, bi ksur tal-Artikolu 32 tal-Liġi Nru 304/2004 kif emendata, sussegwentement, qieset li s-sentenza ta’ kawża fl-appell minn kulleġġ hekk ikkostitwit illegalment kienet issanzjonata bin-nullità assoluta tad-deċiżjoni mogħtija u, fl-aħħar, indikat li, skont l-Artikolu 147(4) tal-Kostituzzjoni Rumena, din is-sentenza kienet applikabbli mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha għall-kawżi pendenti, għall-kawżi li kienu ġew deċiżi, sa fejn il-partijiet fil-kawża kienu għadhom fit-terminu tal-eżerċizzju tar-rimedji straordinarji xierqa, kif ukoll għas-sitwazzjonijiet futuri. Wara l-imsemmija sentenza, il-kawża prinċipali tneħħiet mil-lista u ġiet assenjata b’mod każwali lil waħda mill-formazzjonijiet ta’ ħames imħallfin li kienu għadhom kif ġew ikkostitwiti.

43

Fit‑3 ta’ Lulju 2019, il-Qorti Kostituzzjonali tat is-sentenza Nru 417/2019, wara li ġiet adita mill-President tal-Kamra tad-Deputati li, dak iż-żmien, kien huwa stess is-suġġett ta’ proċeduri kriminali għal fatti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Nru 78/2000 quddiem kulleġġ ta’ ħames imħallfin tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja bħala qorti tal-appell. Permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Kostituzzjonali, qabelxejn, ikkonstatat l-eżistenza ta’ kunflitt ġuridiku ta’ natura kostituzzjonali bejn il-Parlament u l-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, iġġenerat mill-fatt li din tal-aħħar ma kinitx ikkostitwixxiet il-kulleġġi ġudikanti speċjalizzati fis-sentenza fl-ewwel istanza tar-reati previsti fl-Artikolu 29(1) tal-Liġi Nru 78/2000, sussegwentement, ikkunsidrat li l-iġġudikar ta’ kawża minn kulleġġ mhux speċjalizzat kien iwassal għan-nullità assoluta tad-deċiżjoni mogħtija u, finalment, ordnat li l-kawżi kollha li dwarhom il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet fl-ewwel istanza qabel it‑23 ta’ Jannar 2019 u li ma kinux saru finali jiġu eżaminati mill-ġdid minn kulleġġi speċjalizzati kkostitwiti konformement ma’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti Kostituzzjonali qieset li, minkejja li f’din id-data tat‑23 ta’ Jannar 2019, il-Kunsill Governattiv tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja kien adotta deċiżjoni skont liema l-kulleġġi ġudikanti kollha ta’ tliet imħallfin tagħha kellhom jitqiesu bħala speċjalizzati biex jisimgħu kawżi ta’ korruzzjoni, din id-deċiżjoni kienet ta’ natura li tevita l-inkostituzzjonalità biss mid-data tal-adozzjoni tagħha, mhux għall-passat.

44

Insostenn tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, tirrileva li r-reati inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħar-reati ta’ korruzzjoni mwettqa b’rabta ma’ proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi ffinanzjati prinċipalment minn fondi Ewropej, kif ukoll ir-reati ta’ ħasil tal-flus, jagħmlu ħsara jew jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

45

Skont din il-qorti, fl-ewwel lok, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU 2017, L 198, p. 29), kif ukoll l-Artikolu 58 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU 2015, L 141, p. 73), għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil qorti nazzjonali milli tapplika deċiżjoni mogħtija minn awtorità li ma hijiex parti mis-sistema ġudizzjarja, bħas-sentenza Nru 417/2019 tal-Qorti Kostituzzjonali, li ngħatat fuq il-fondatezza ta’ rimedju ordinarju billi imponiet ir-rinviju tal-kawżi, bil-konsegwenza li tpoġġew f’dubju l-prosekuzzjonijiet kriminali billi infetħet proċedura ġdida ta’ sentenza fl-ewwel istanza. Fil-fatt, l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu miżuri effettivi u dissważivi sabiex jiġġieldu l-attivitajiet illegali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

46

F’dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit ukoll jekk l-espressjoni “u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni” li tinsab fl-Artikolu 325(1) TFUE tkoprix ir-reati ta’ korruzzjoni bħala tali, b’mod partikolari sa fejn l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2017/1371 jiddefinixxi r-reati ta’ “korruzzjoni passiva” u “korruzzjoni attiva”.

47

Skont il-qorti tar-rinviju, bħal fil-Kawża C‑357/19, Euro Box Promotion et, tqum ukoll il-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju tal-Istat tad-dritt sanċit fl-Artikolu 2 TUE, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, jipprekludix li l-kors tal-ġustizzja jiġi affettwat minn intervent bħal dak li jirriżulta mis-sentenza Nru 417/2019. Permezz tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Kostituzzjonali, mingħajr ma kellha kompetenzi ġudizzjarji, implimentat miżuri vinkolanti li jinvolvu l-ftuħ ta’ proċeduri ġodda ta’ smigħ minħabba l-allegata assenza ta’ speċjalizzazzjoni fil-qasam ta’ reati ta’ korruzzjoni tal-kulleġġi ġudikanti tal-Awla Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, filwaqt li l-imħallfin kollha ta’ din l-awla kriminali kienu jissodisfaw, bil-kwalità tagħhom stess ta’ maġistrat ta’ din il-qorti, din il-kundizzjoni ta’ speċjalizzazzjoni.

48

Fit-tieni lok, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-importanza tal-prinċipju ta’ legalità, għandha tiġi ċċarata t-tifsira tal-kunċett ta’ “qorti […] stabbilita minn qabel bil-liġi”, li jinsab fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, sabiex jiġi ddeterminat jekk din id-dispożizzjoni tipprekludix l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali dwar in-natura illegali tal-kompożizzjoni tal-qorti.

49

Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk il-qorti nazzjonali hijiex obbligata li tħalli s-sentenza Nru 417/2019 mhux applikata sabiex jiġi żgurat l-effett sħiħ tar-regoli tal-Unjoni. B’mod iktar ġenerali, għandu jiġi kkunsidrat ukoll jekk huwiex xieraq li jitwarrbu l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali li jiksru l-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja f’kawżi rregolati biss mid-dritt nazzjonali. Dawn il-kwistjonijiet iqumu b’mod partikolari minħabba l-fatt li s-sistema dixxiplinari Rumena tipprevedi l-applikazzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari fuq imħallef meta dan iwarrab l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali.

50

Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li s-sentenza Nru 417/2019, li l-effett tagħha huwa li tannulla s-sentenzi mogħtija fl-ewwel istanza qabel it‑23 ta’ Jannar 2019 mill-kulleġġi ta’ tliet imħallfin tal-Awla Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, tikser il-prinċipju ta’ effettività tas-sanzjonijiet kriminali fil-każ ta’ attivitajiet illegali gravi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Fil-fatt, l-imsemmija sentenza toħloq, minn naħa, dehra ta’ impunità u, min-naħa l-oħra, tinvolvi riskju sistemiku ta’ impunità fi kwistjonijiet ta’ reati serji minħabba r-regoli nazzjonali dwar il-preskrizzjoni tal-prosekuzzjonijiet, minħabba l-kumplessità u t-tul tal-proċedura li tippreċedi l-għoti ta’ sentenza finali wara eżami mill-ġdid tal-kawżi kkonċernati. Fil-fatt, fil-kawża prinċipali, il-proċeduri ġudizzjarji, minħabba l-kumplessità tagħhom, diġà damu madwar erba’ snin għall-fażi tal-ewwel istanza.

51

Huwa f’dawn il-kundizzjonijiet li l-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin.

“1)

L-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE, l-Artikolu 58 tad-Direttiva [2015/849], l-Artikolu 4 tad-Direttiva [2017/1371], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, il-[Qorti Kostituzzjonali], li teħtieġ ir-rinviju għal eżami mill-ġdid ta’ kawżi ta’ korruzzjoni deċiżi matul perijodu speċifiku u li jinsabu fl-istadju tal-appell, minħabba li l-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti speċjalizzati f’dan il-qasam ma kinux fil-livell tal-qorti suprema, anki jekk l-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin li jagħmlu parti [mill-kulleġġi ġudikanti] hija rikonoxxuta minn din [id-deċiżjoni]?

2)

L-Artikolu 2 TUE u [t-tieni paragrafu ta]l-Artikolu 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-konstatazzjoni, minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, tal-illegalità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti ta’ awla tal-qorti suprema (kulleġġi komposti minn imħallfin fil-kariga, li fil-mument tal-promozzjoni tagħhom, kienu wkoll jissodisfaw b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ speċjalizzazzjoni meħtieġ għall-promozzjoni fl-awla kriminali tal-qorti suprema)?

3)

Is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali tħalli mhux applikata deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali, mogħtija f’kawża relatata ma’ tilwima kostituzzjonali, li hija vinkolanti taħt id-dritt nazzjonali?”

Kawża C‑926/19

52

Permezz ta’ sentenza tat‑30 ta’ Ġunju 2016 mogħtija fl-ewwel istanza minn kulleġġ ta’ tliet Imħallfin, l-Awla Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja kkundannat lil FV għal piena ta’ tliet snin u sitt xhur priġunerija għal reati ta’ frodi fiskali mwettqa matul is-snin 2010 sa 2013, filwaqt li ħellsitu għar-reat ta’ frodi tal-VAT, għar-reat ta’ ħasil tal-flus kif ukoll għal reati oħra li bihom ġiet akkużata. Permezz tal-istess sentenza, CS u EU, prosekuturi, u DT, uffiċjal tal-pulizija, ġew ikkundannati għal pieni ta’ seba’ snin, ta’ sentejn u ta’ erba’ snin, rispettivament, b’mod partikolari għal atti ta’ korruzzjoni, assimilati jew marbuta magħha, imwettqa mis-sena 2010. Fl-aħħar, dejjem permezz tal-istess sentenza, BR, GW, HX u IY kif ukoll SC Uranus Junior 2003 SRL inħelsu għall-ksur allegat fil-konfront tagħhom.

53

BR, CS, DT, EU, FV u GW kif ukoll DNA, il-Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia de Investigare a Infracțiunilor de Criminalitate Organizată și Terorism – Structura Centrală (l-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Direttorat ta’ Investigazzjoni tar-Reati ta’ Kriminalità Organizzata u ta’ Terroriżmu – Struttura Ċentrali, ir-Rumanija) u l-Agenția Națională de Administrare Fiscală (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali, ir-Rumanija) appellaw mill-imsemmija sentenza.

54

Il-kawża prinċipali ġiet inkluża fil-lista tal-kulleġġ ta’ ħames Imħallfin tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, bħala qorti tal-appell. Fis‑7 ta’ Mejju 2018, dan il-kulleġġ aċċetta xhieda u provi bil-miktub insostenn tal-aggravji tal-appell u sejjaħ lix-xhieda sabiex jinstemgħu.

55

Wara l-għoti, fis‑7 ta’ Novembru 2018, tas-sentenza Nru 685/2018 tal-Qorti Kostituzzjonali, imsemmija fil-punt 42 ta’ dan id-digriet, il-kawża ġiet assenjata mill-ġdid lil kulleġġ ieħor ta’ ħames imħallfin. Permezz ta’ digriet tat‑13 ta’ Mejju 2019, dan il-kulleġġ il-ġdid aċċetta xhieda u provi bil-miktub insostenn tal-aggravji tal-appell u sejjaħ lix-xhieda sabiex jinstemgħu.

56

Wara l-għoti, fit‑3 ta’ Lulju 2019, tas-sentenza Nru 417/2019 tal-Qorti Kostituzzjonali, imsemmija fil-punt 43 ta’ dan id-digriet, parti mill-appellanti talbu lill-qorti tar-rinviju tikkonstata n-nullità assoluta tas-sentenza tat‑30 ta’ Ġunju 2016, sa fejn din kienet ingħatat minn kulleġġ ta’ tliet Imħallfin mhux speċjalizzat fil-qasam ta’ korruzzjoni, u li tibgħat lura l-kawża għal eżami mill-ġdid quddiem il-qorti tal-ewwel istanza.

57

Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tas-sentenza Nru 417/2019 mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 19(1) TUE, mal-Artikolu 325(1) TFUE, mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2017/1371. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Artikolu 325 TFUE, din il-qorti tinvoka, essenzjalment, l-istess raġunijiet bħal dawk ifformulati fil-Kawża C‑859/19. L-imsemmija qorti żżid li, fit-tilwima fil-kawża prinċipali, il-proċedura kriminali fl-ewwel istanza damet iktar minn erba’ snin.

58

Il-qorti tar-rinviju tosserva li s-sentenza Nru 417/2019 daħħlet fis-seħħ miżuri proċedurali vinkolanti li jirrikjedu l-ftuħ ta’ proċeduri ġodda ta’ smigħ minħabba l-assenza ta’ speċjalizzazzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fl-ewwel istanza f’dak li jirrigwarda r-reati previsti mil-Liġi Nru 78/2000. Bħala riżultat ta’ din is-sentenza, hemm għalhekk riskju ta’ impunità f’numru kunsiderevoli ta’ kawżi li jikkonċernaw reati serji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rekwiżit ta’ effettività msemmi fl-Artikolu 325 TFUE u d-dritt fundamentali tal-akkużat li l-kawża tiegħu tiġi deċiża fi żmien raġonevoli jiġi ppreġudikat.

59

Bl-istess mod, il-qorti tar-rinviju tqis li, bħal fil-Kawża C‑859/19, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi mistoqsija dwar il-kompatibbiltà tal-intervent tal-Qorti Kostituzzjonali mal-prinċipju tal-Istat tad-dritt. Filwaqt li tenfasizza l-importanza tal-osservanza tas-sentenzi tal-imsemmija qorti, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li d-domanda tagħha ma tirrigwardax il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali b’mod ġenerali, iżda biss is-sentenza Nru 417/2019, li fiha din ikkuntrastat l-interpretazzjoni rispettiva tagħha ma’ dik tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet diverġenti li jinsabu rispettivament fil-Liġi Nru 78/2000 u fil-Liġi Nru 304/2004 kif emendata, dwar il-kostituzzjoni ta’ kulleġġi speċjalizzati, u interferiet fil-kompetenzi ta’ din il-qorti tal-aħħar billi ordnat l-eżami mill-ġdid ta’ ċerti kawżi.

60

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

“1)

L-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE, l-Artikolu 58 tad-Direttiva [2015/849] [kif ukoll] l-Artikolu 4 tad-Direttiva [2017/1371], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, il-[Qorti Kostituzzjonali], li tiddeċiedi dwar eċċezzjoni proċedurali li tirrigwarda kompożizzjoni eventwalment illegali tal-kulleġġi ġudikanti, b’rabta mal-prinċipju ta’ speċjalizzazzjoni tal-imħallfin [fil-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja] (li ma hijiex prevista fil-Kostituzzjoni Rumena) u li tobbliga lil qorti tibgħat lura kawżi li jinsabu fl-istadju tal-appell (rimedju ġudizzjarju b’effett devoluttiv), għal eżami mill-ġdid fil-kuntest tal-ewwel fażi tal-proċedura quddiem l-istess qorti?

2)

L-Artikolu 2 TUE u [t-tieni paragrafu ta]l-Artikolu 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-konstatazzjoni, minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, tal-illegalità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti ta’ awla tal-qorti suprema (kulleġġi komposti minn imħallfin fil-kariga, li fil-mument tal-promozzjoni tagħhom, kienu wkoll jissodisfaw b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ speċjalizzazzjoni meħtieġ għall-promozzjoni fl-awla kriminali tal-qorti suprema)?

3)

Is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali tħalli mhux applikata deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali, li tinterpreta regola inferjuri għall-Kostituzzjoni, li torganizza l-[Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja], inkluża fil-liġi nazzjonali dwar il-prevenzjoni, il-konstatazzjoni u s-sanzjonar ta’ atti ta’ korruzzjoni, regola li ġiet interpretata b’mod kostanti, f’dan l-istess sens, minn qorti għal sittax-il sena?

4)

Konformement mal-Artikolu 47 tal-[Karta], il-prinċipju ta’ aċċess liberu għall-ġustizzja jinkludi l-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin u t-twaqqif ta’ kulleġġi ġudikanti speċjalizzati fi ħdan qorti suprema?”

Kawża C‑929/19

61

Id-DNA beda, quddiem il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja proċeduri kriminali kontra CD, CLD, GLO, ȘDC kif ukoll id-deputat PVV.

62

L-att tal-akkuża kien jakkużahom, essenzjalment, li, matul il-perijodu ta’ bejn is-snin 2007 u 2009, kienu wettqu miżapproprjazzjoni ta’ somom kunsiderevoli li ġejjin mill-fondi ta’ investiment intiżi sabiex jitwettaq titjib teknoloġiku ta’ impjanti tal-enerġija sabiex jitnaqqsu, konformement mar-rekwiżiti fil-qasam tal-ambjent imposti fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit ta’ dawn l-impjanti. Għal dan l-għan u f’dan il-kuntest, l-akkużati kienu, skont l-att ta’ akkuża, wettqu reati ta’ korruzzjoni, ta’ frodi fiskali b’mod partikolari fil-qasam tal-VAT, ta’ ħasil tal-flus u ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti.

63

Permezz ta’ sentenza tal‑10 ta’ Mejju 2018 mogħtija fl-ewwel istanza minn kulleġġ ta’ tliet Imħallfin, l-Awla Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja kkundannat lil CD għal piena ta’ erba’ snin priġunerija għal ksur b’mod partikolari tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi u għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi mwettqa bejn is-snin 2007 u 2009.

64

CLD, GLO, PVV u ȘDC ġew illiberati għar-reati li ġew akkużati bihom.

65

Id-DNA, CD u l-Agenția Națională de Administrare Fiscală (l-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali) appellaw minn din is-sentenza.

66

Matul il-proċedura ta’ appell, il-Qorti Kostituzzjonali tat is-sentenza Nru 417/2019 tat‑3 ta’ Lulju 2019.

67

Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, tistaqsi dwar il-kompatibbiltà ta’ din is-sentenza mal-Artikolu 2 u l-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE, l-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2017/1371. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Artikolu 325 TFUE, din il-qorti tinvoka, essenzjalment, l-istess motivi bħal dawk ifformulati fil-Kawżi C‑859/19 u C‑926/19.

68

F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 19(1) TUE, il-prinċipju tal-istat tad-dritt sanċit fl-Artikolu 2 TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta, il-qorti tar-rinviju tenfasizza, fl-ewwel lok, id-dimensjoni politika tal-ħatra tal-membri tal-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll il-pożizzjoni partikolari tagħha fis-sistema tal-awtoritajiet tal-Istat.

69

Fit-tieni lok, il-proċedura għall-konstatazzjoni ta’ kunflitt legali ta’ natura kostituzzjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi, prevista fl-Artikolu 146(e) tal-Kostituzzjoni Rumena, hija problematika bħala tali, peress li, skont din l-istess dispożizzjoni, korpi politiċi għandhom is-setgħa li jibdew din il-proċedura. Barra minn hekk, id-differenza bejn l-illegalità ta’ att u l-eżistenza ta’ kunflitt legali ta’ natura kostituzzjonali hija partikolarment żgħira u tippermetti li ċirku ristrett ta’ suġġetti tad-dritt jeżerċita rimedji paralleli għal dawk organizzati quddiem il-qrati ordinarji.

70

Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tqis li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali fis-sentenza Nru 685/2018 tal-eżistenza ta’ kunflitt legali ta’ natura kostituzzjonali bejn is-setgħa ġudizzjarja u s-setgħa leġiżlattiva hija problematika. F’din is-sentenza, il-Qorti Kostituzzjonali kkuntrastat l-interpretazzjoni rispettiva tagħha ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi għal dik adottata mill-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha u ilmentat li din il-qorti tal-aħħar kisret b’mod sistematiku r-rieda tal-leġiżlatur, sabiex tkun tista’ tikkonstata l-eżistenza ta’ tali kunflitt legali ta’ natura kostituzzjonali.

71

Skont il-qorti tar-rinviju, tqum għalhekk il-kwistjoni dwar jekk l-Artikoli 2 u 19 TUE kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta jipprekludux, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-ġurisprudenza tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tkun tista’ tiġi kkontrollata u ssanzjonata b’intervent mill-Qorti Kostituzzjonali. Il-qorti tar-rinviju tqis li l-intervent ta’ din tal-aħħar, fil-forma ta’ stħarriġ tal-legalità tal-attività tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, li jieħu post il-proċeduri ġudizzjarji legali, jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-indipendenza ġudizzjarja u fuq il-pedamenti stess tal-Istat tad-dritt imsemmi fl-Artikolu 2 TUE, peress li l-Qorti Kostituzzjonali ma hijiex parti mis-sistema ġudizzjarja u ma hijiex vestita b’setgħat ta’ ġudizzju.

72

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

“1)

L-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva [2017/1371] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħuda minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, il-[Qorti Kostituzzjonali] li timponi de plano l-eżami mill-ġdid tal-kawżi kollha ta’ korruzzjoni li ġew deċiżi mill-awla kriminali tal-qorti suprema fl-ewwel istanza matul perijodu speċifikat (mill‑2003 sa Jannar 2019), u li jinsabu fl-istadju tal-appell?

2)

L-Artikolu 2 TUE u l-Artikolu 19(1) TUE, u [t-tieni paragrafu ta]l-Artikolu 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-konstatazzjoni, minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, tal-illegalità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti ta’ awla tal-qorti suprema, li tmur kontra l-interpretazzjoni li toħroġ mill-prattika organizzattiva u ġudizzjarja stabbilita u unanima ta’ din tal-aħħar?

3)

Is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali tħalli mhux applikata deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali, mogħtija f’kawża relatata ma’ tilwima kostituzzjonali, li hija vinkolanti taħt id-dritt nazzjonali?

4)

L-espressjoni ‘stabbilita minn qabel bil-liġi’ li tidher [fit-tieni paragrafu ta]l-Artikolu 47 tal-[Karta] tista’ tiġi interpretata fis-sens li tinkludi l-ħatra formali ta’ kulleġġi ġudikanti speċjalizzati distinti mill-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin li jagħmlu parti minn dawn il-kulleġġi ġudikanti?”

73

Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑19 ta’ Mejju 2022, il-Kawżi C‑859/19, C‑926/19 u C‑929/19 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.

Fuq it‑talba għal proċedura mħaffa

74

Il-qorti tar-rinviju talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex dawn il-kawżi jiġu suġġetti għall-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

75

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar din it-talba (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑17 ta’ Mejju 2022, Estaleiros Navais de Peniche, C‑787/21, mhux ippubblikat, EU:C:2022:414, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).

Fuq id‑domandi preliminari

76

Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat b’mod partikolari meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza.

77

Peress li r-risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mis-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034), u tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), (C‑430/21, EU:C:2022:99), hemm lok li tiġi applikata din id-dispożizzjoni f’dawn il-kawżi.

Fuq l‑ewwel domanda fil‑Kawża C‑859/19 kif ukoll fuq l-ewwel u r‑raba’ domanda fil-Kawżi C‑926/19 u C‑929/19

78

Permezz tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑859/19 kif ukoll permezz tal-ewwel u tar-raba’ domanda tagħha fil-Kawżi C‑926/19 u C‑929/19, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni PIF, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema s-sentenzi fil-qasam ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tal-VAT, li ma jkunux ngħataw, fl-ewwel istanza, minn kulleġġi ġudikanti speċjalizzati f’dan il-qasam jew, fl-appell, minn kulleġġi ġudikanti li l-membri kollha tagħhom intgħażlu bix-xorti, huma nulli b’mod assolut b’tali mod li l-kawżi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tal-VAT ikkonċernati għandhom, jekk meħtieġ wara rikors straordinarju kontra sentenzi finali, jiġu eżaminati mill-ġdid fl-ewwel u/jew fit-tieni istanza.

79

Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju f’dawn il-kawżi tenfasizza l-importanza tal-effetti li l-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali li toħroġ mis-sentenzi Nri 685/2018 u 417/2019, dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, jista’ jkollha fuq l-effettività tal-prosekuzzjonijiet, tas-sanzjonijiet u tal-eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet fil-qasam ta’ reati ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tal-VAT bħal dawk li għalihom huma suġġetti l-akkużati fil-kawżi prinċipali, li fosthom hemm persuni li kellhom l-ogħla pożizzjonijiet fl-Istat Rumen fiż-żmien tal-fatti allegati. Għalhekk hija tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, dwar il-kompatibbiltà ta’ tali ġurisprudenza mad-dritt tal-Unjoni.

80

Għalkemm id-domandi li hija tagħmel f’dan ir-rigward jirrigwardaw formalment l-Artikolu 325(1) TFUE, mingħajr ma jsir riferiment għad-Deċiżjoni 2006/928, din id-deċiżjoni tal-aħħar kif ukoll il-punti ta’ riferiment li jidhru fl-anness tagħha huma rilevanti għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għal dawn id-domandi. Min-naħa l-oħra, għalkemm il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment ukoll, fid-domandi tagħha, għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għall-Artikolu 58 tad-Direttiva 2015/849 u għall-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2017/1371, eżami li jkun jirrigwarda, barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar ma jidhirx li huwa meħtieġ sabiex tingħata tweġiba għall-kwistjonijiet li l-imsemmija domandi huma bbażati fuqhom. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ direttivi, għandu jiġi rrilevat li l-perijodu rilevanti fil-kawżi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali huwa preċedenti għad-dħul fis-seħħ tagħhom u, għaldaqstant, preċedenti għad-data li fiha d-Direttiva 2017/1371 issostitwixxiet il-Konvenzjoni PIF.

81

F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-imsemmija domandi għandha tingħata fid-dawl kemm tal-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni PIF, kif ukoll tad-Deċiżjoni 2006/928.

82

F’dan ir-rigward, kif tfakkar fil-punt 180 tas-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034), fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, dan id-dritt ma jipprevedix regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri u, b’mod partikolari, il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni u ta’ frodi. Għalhekk, dawn ir-regoli jaqgħu, bħala prinċipju, fil-kompetenza tal-Istati Membri. Madankollu, dawn l-Istati huma meħtieġa, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, li josservaw l-obbligi tagħhom taħt id-dritt tal-Unjoni.

83

Fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 325(1) TFUE, din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri jiġġieldu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri dissważivi u effettivi (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 181 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

84

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huma b’mod partikolari l-Istati Membri li għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji li huma d-dħul provenjenti mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-bażi armonizzata tal-VAT. Bl-istess mod, l-Istati Membri huma meħtieġa jadottaw miżuri effettivi li jippermettulhom jirkupraw is-somom imħallsa indebitament lill-benefiċjarju ta’ sussidju iffinanzjat parzjalment mill-baġit tal-Unjoni (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 182 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

85

Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-punt 183 tas-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034), li l-kunċett ta’ “interessi finanzjarji” tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 325(1) TFUE, jinkludi mhux biss id-dħul magħmul disponibbli għall-baġit tal-Unjoni, iżda wkoll in-nefqa koperta minn dan il-baġit. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji [tal-Unjoni]”, li tidher fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) tal-Konvenzjoni PIF u li tirrigwarda diversi atti jew ommissjonijiet intenzjonali fil-qasam kemm ta’ nefqa kif ukoll ta’ dħul.

86

Barra minn hekk, fir-rigward tal-espressjoni “attivitajiet illegali oħra” li tinsab fl-Artikolu 325(1) TFUE, għandu jitfakkar li t-termini “attività illegali” normalment jindikaw imġiba kuntrarja għal-liġi filwaqt li d-determinant “oħra” jindika li din l-imġiba kollha, mingħajr distinzjoni, hija fil-mira. Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza li għandha tingħata lill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tikkostitwixxi għan tagħha, dan il-kunċett ta’ “attività illegali” ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 184 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

87

Għalhekk, l-imsemmi kunċett ta’ “attività illegali” jkopri b’mod partikolari kull att ta’ korruzzjoni tal-uffiċjali jew kull abbuż minnhom ta’ servizz pubbliku, li jista’ jippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fil-forma, pereżempju, ta’ ġbir indebitu tal-fondi tagħha. F’dan il-kuntest, ftit jimporta li l-atti ta’ korruzzjoni jseħħu permezz ta’ att jew ta’ ommissjoni tal-uffiċjal ikkonċernat, fid-dawl tal-fatt li ommissjoni tista’ tkun ta’ dannu għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni daqs att u tkun intrinsikament marbuta ma’ tali att, bħalma huma, pereżempju, l-ommissjoni minn uffiċjal li jwettaq il-kontrolli u l-verifiki meħtieġa għal infiq kopert mill-baġit tal-Unjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ infiq mhux xieraq jew skorrett tal-fondi tal-Unjoni (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 185).

88

Il-fatt li l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni PIF, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) ta’ din il-konvenzjoni, jagħmel riferiment biss għall-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma huwiex ta’ natura li jinvalida din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 325(1) TFUE, li l-kliem tiegħu jagħmel riferiment espress għal “frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni”. Barra minn hekk, bħalma jsegwi mill-Artikolu 1(1)(a) tal-imsemmija konvenzjoni, miżapproprjazzjoni ta’ fondi provenjenti mill-baġit tal-Unjoni għal għanijiet differenti minn dawk li għalihom inizjalment ingħataw tikkostitwixxi frodi, filwaqt li tali miżapproprjazzjoni tista’ tkun ukoll l-oriġini jew ir-riżultat ta’ att ta’ korruzzjoni. Dan iwassal sabiex jintwera li atti ta’ korruzzjoni jistgħu jkunu marbuta ma’ każijiet ta’ frodi u, viċi versa, it-twettiq ta’ frodi jista’ jiġi ffaċilitat minn atti ta’ korruzzjoni, b’tali mod li eventwali preġudizzju għall-interessi finanzjarji jista’, f’ċerti każijiet, jirriżulta mill-konġunzjoni ta’ frodi tal-VAT u ta’ atti ta’ korruzzjoni, li huwa kkonfermat mill-Protokoll tal-Konvenzjoni PIF, li jkopri, skont l-Artikoli 2 u 3 tiegħu, l-atti ta’ korruzzjoni passiva u attiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 186).

89

Għandu jitfakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li anki irregolaritajiet li ma għandhomx impatt finanzjarju speċifiku jistgħu serjament jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’tali mod li l-Artikolu 325(1) TFUE jista’ jkopri mhux biss atti li jikkawżaw effettivament telf ta’ riżorsi proprji iżda wkoll it-tentattiv li jitwettqu tali atti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 187).

90

Għandu jingħad ukoll li, f’dak li jirrigwarda r-Rumanija, l-obbligu li tiġi miġġielda l-korruzzjoni li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bħalma tirriżulta mill-Artikolu 325(1) TFUE, huwa ssupplimentat mill-impenji speċifiċi li dan l-Istat Membru aċċetta mal-għeluq tan-negozjati ta’ adeżjoni fl‑14 ta’ Diċembru 2004. Fil-fatt, konformement mal-punt (I)(4) tal-Anness IX tal-Att ta’ Adeżjoni, l-imsemmi Stat Membru impenja ruħu b’mod partikolari li “tiġi intensifikata konsiderevolment il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u partikolarment kontra l-korruzzjoni fi gradi għolja billi jiġu żgurati l-infurzar rigoruż tal-leġislazzjoni ta’ kontra l-korruzzjoni”. Dan l-impenn speċifiku ġie sussegwentement ikkonkretizzat bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928, li stabbilixxiet punti ta’ riferiment sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet ikkonstatati mill-Kummissjoni qabel l-adeżjoni tar-Rumanija fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Għalhekk, l-anness ta’ din id-deċiżjoni, li fih huma stabbiliti dawn il-punti ta’ riferiment, jirrigwarda, fil-punt (3) tiegħu, l-għan li “tkompli tagħmel investigazzjonijiet professjonali u mhux partiġjani dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli”, u, fil-punt (4) tiegħu, l-għan li “[t]ieħu aktar miżuri sabiex timpedixxi u tiġġieled il-korruzzjoni, b’mod partikolari fi ħdan il-gvern lokali” (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 188).

91

Il-punti ta’ riferiment li r-Rumanija għalhekk impenjat ruħha li tilħaq huma ta’ natura vinkolanti għal dan l-Istat Membru, fis-sens li huwa suġġett għall-obbligu speċifiku li jilħaq dawn l-għanijiet u li jieħu l-miżuri xierqa sabiex jilħaqhom kemm jista’ jkun malajr. Bl-istess mod, l-imsemmi Stat Membru huwa obbligat li jastjeni milli jimplimenta kwalunkwe miżura li tista’ tikkomprometti l-kisba ta’ dawn l-istess għanijiet. Madankollu, l-obbligu li tiġi miġġielda b’mod effettiv il-korruzzjoni u, b’mod partikolari, il-korruzzjoni ta’ livell għoli, li jsegwi mill-punti ta’ riferiment stabbiliti fl-anness tad-Deċiżjoni 2006/928, moqrija flimkien mal-impenji speċifiċi tar-Rumanija, ma huwiex limitat biss għal każijiet ta’ korruzzjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 189).

92

Barra minn hekk, minn naħa, mir-rekwiżiti tal-Artikolu 325(1) TFUE, li jirrikjedu l-ġlieda kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, minn dawk tad-Deċiżjoni 2006/928, li jeħtieġu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni b’mod ġenerali, isegwi li r-Rumanija għandha tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi fil-każ ta’ tali reati (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 190 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

93

F’dan ir-rigward, għalkemm dan l-Istat Membru għandu l-libertà li jagħżel is-sanzjonijiet applikabbli, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ sanzjonijiet amministrattivi, ta’ sanzjonijiet kriminali jew ta’ taħlita tat-tnejn, huwa madankollu meħtieġ, konformement mal-Artikolu 325(1) TFUE, li jiżgura li r-reati ta’ frodi serja u ta’ korruzzjoni serja li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu punibbli b’sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva. Barra minn hekk, fir-rigward tar-reati ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali, l-obbligu li jiġu previsti sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva jirriżulta, għar-Rumanija, mid-Deċiżjoni 2006/928, sa fejn, bħalma ġie rrilevat fil-punt 91 ta’ dan id-digriet, din id-deċiżjoni tobbliga lill-imsemmi Stat Membru jiġġieled, b’mod effettiv u indipendentement minn preġudizzju eventwali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kontra l-korruzzjoni u, b’mod partikolari, kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 191 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

94

Barra minn hekk hija r-Rumanija li għandha tiżgura li r-regoli tagħha ta’ dritt kriminali u ta’ proċedura kriminali jippermettu repressjoni effettiva tar-reati ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali. Għalhekk, għalkemm is-sanzjonijiet previsti u l-proċeduri kriminali istitwiti biex jiġu miġġielda dawn ir-reati jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ dan l-Istat Membru, din il-kompetenza hija limitata mhux biss mill-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ekwivalenza, imma wkoll mill-prinċipju ta’ effettività, li jimponi li l-imsemmija sanzjonijiet ikunu ta’ natura effettiva u dissważiva. Dan ir-rekwiżit ta’ effettività jestendi neċessarjament kemm għall-prosekuzzjoni u għas-sanzjonijiet tar-reati ta’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali kif ukoll għall-applikazzjoni tal-pieni imposti, sa fejn, fl-assenza ta’ eżekuzzjoni effettiva tas-sanzjonijiet, dawn ma jistgħux ikunu ta’ natura effettiva u dissważiva (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 192 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

95

F’dan il-kuntest, hija primarjament ir-responsabbiltà tal-leġiżlatur nazzjonali li jieħu l-miżuri meħtieġa. Huwa għandu, jekk ikun meħtieġ, jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu u jiggarantixxi li s-sistema proċedurali applikabbli għall-prosekuzzjoni u għas-sanzjoni tar-reati ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll tar-reati ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali ma tkunx imfassla b’tali mod li tippreżenta, għal raġunijiet inerenti għaliha, riskju sistemiku ta’ impunità għall-fatti li jikkostitwixxu tali reati, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni akkużati (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 193 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

96

Fir-rigward tal-qrati nazzjonali, huwa l-obbligu tagħhom li jagħtu effett sħiħ lill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 325(1) TFUE kif ukoll mid-Deċiżjoni 2006/928 u li jħallu mhux applikati dispożizzjonijiet interni li, fil-kuntest ta’ proċedura li tikkonċerna reati serji ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew reati ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali, jipprevjenu l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi għall-ġlieda kontra tali reati (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 194 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

97

Fir-rigward, f’dan il-każ, tal-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tirriżulta mis-sentenzi Nri 685/2018 u 417/2019 tinkludix riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati gravi ta’ frodi li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali, għandu jiġi rrilevat li, fil-punti 195 sa 202 tas-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà eżaminat din il-kwistjoni billi bbażat ruħha, essenzjalment, fuq l-istess indikazzjonijiet bħal dawk inklużi f’dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu f’dawn il-punti, l-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza, flimkien mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-preskrizzjoni u, b’mod partikolari, tat-terminu ta’ preskrizzjoni assolut previst fl-Artikolu 155(4) tal-Kodiċi Kriminali, tikkostitwixxix tali riskju.

98

Minn dan isegwi li, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni tal-imsemmija ġurisprudenza, flimkien mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-preskrizzjoni, tinvolvi riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati serji ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali, is-sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali biex jiġu miġġielda tali reati ma jkunux jistgħu jitqiesu li huma effettivi u dissważivi, li jkun inkompatibbli mal-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni PIF, kif ukoll mad-Deċiżjoni 2006/928 (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 203).

99

Dan ingħad, sa fejn il-proċeduri kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu implimentazzjoni tal-Artikolu 325(1) TFUE u/jew tad-Deċiżjoni 2006/928 u, għalhekk, tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, din il-qorti tar-rinviju għandha wkoll tiżgura li d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta lill-persuni kkonċernati fit-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, b’mod partikolari dawk iggarantiti fl-Artikolu 47 tagħha, jiġu rrispettati. Fil-qasam kriminali, ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet għandu jkun iggarantit mhux biss matul il-fażi tal-investigazzjoni preliminari, mill-mument li l-persuna kkonċernata tiġi akkużata, iżda wkoll waqt il-proċeduri kriminali u fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-pieni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 204 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

100

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tistabbilixxi d-dritt ta’ kull persuna li jkollha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. Billi teħtieġ li l-qorti tkun “stabbilita minn qabel bil-liġi”, din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja tkun irregolata minn liġi adottata mis-setgħa leġiżlattiva b’mod konformi mar-regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha, sabiex jiġi evitat li din l-organizzazzjoni titħalla għad-diskrezzjoni tas-setgħa eżekuttiva. Dan ir-rekwiżit japplika għall-bażi legali tal-eżistenza stess tal-qorti kif ukoll għal kull dispożizzjoni oħra tad-dritt intern li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha jirrendi irregolari l-parteċipazzjoni ta’ Mħallef wieħed jew diversi fl-eżami tal-kawża inkwistjoni, bħad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 205 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

101

Issa, għandu jiġi osservat li irregolarità mwettqa matul il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti tikkostitwixxi ksur tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, b’mod partikolari meta din l-irregolarità tkun ta’ natura u ta’ gravità tali li toħloq riskju reali li fergħat oħra tal-poter, b’mod partikolari l-eżekuttiv, ikunu jistgħu jeżerċitaw setgħa diskrezzjonali indebita li jipperikola l-integrità tar-riżultat li jwassal għalih il-proċess ta’ kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti u għalhekk jitfa’ dubju leġittimu, fil-ħsieb tal-partijiet fil-kawża, fir-rigward tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-imħallef jew l-imħallfin ikkonċernati, li huwa l-każ meta jkunu inkwistjoni regoli fundamentali li jagħmlu parti integrali mill-istabbiliment u l-funzjonament ta’ din is-sistema ġudizzjarja (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 206 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

102

F’dan il-każ, għalkemm il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet, fis-sentenzi Nri 685/2018 u 417/2019 inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li l-prattika preċedenti tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ibbażata b’mod partikolari fuq ir-regolament dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament amministrattiv, dwar l-ispeċjalizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fi kwistjonijiet ta’ korruzzjoni, ma kinitx konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, ma jidhirx li din il-prattika kienet ivvizzjata bi ksur manifest ta’ regola fundamentali tas-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura ta’ qorti “stabbilita minn qabel bil-liġi” tal-kulleġġi ġudikanti fi kwistjonijiet ta’ korruzzjoni tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, kif ikkostitwiti konformement mal-imsemmija prassi preċedenti għal dawn is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali. Din l-evalwazzjoni hija kkorroborata, bħalma rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 208 tas-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034), mid-deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tat‑23 ta’ Jannar 2019, imsemmija fil-punt 43 ta’ dan id-digriet, u mill-interpretazzjoni ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Kostituzzjonali.

103

Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta ma jipprekludux li ma tiġix applikata l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Nri 685/2018 u 417/2019 f’dawn il-kawżi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 209).

104

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑859/19 kif ukoll għall-ewwel u r-raba’ domanda fil-Kawżi C‑926/19 u C‑929/19 għandha tkun li l-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni PIF, kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema s-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tal-VAT li ma jkunux ngħataw, fl-ewwel istanza, minn kulleġġi ġudikanti speċjalizzati f’dan il-qasam jew, fl-appell, minn kulleġġi ġudikanti li l-membri kollha tagħhom inħatru bix-xorti, huma nulli b’mod assolut b’tali mod li l-kawżi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tal-VAT ikkonċernati għandhom, jekk meħtieġ wara rikors straordinarju kontra sentenzi finali, jiġu eżaminati mill-ġdid fl-ewwel u/jew fit-tieni istanza, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni jew ta’ din il-prattika nazzjonali hija ta’ natura li toħloq riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati serji ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali. L-obbligu li jiġi żgurat li tali reati jkunu s-suġġett ta’ sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva ma jeżentax lill-qorti tar-rinviju milli tivverifika r-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta. Ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali ma tiġix applikata meta din tkun ta’ natura li toħloq tali riskju sistemiku ta’ impunità.

Fuq it‑tieni u t‑tielet domanda fil-Kawżi C‑859/19, C‑926/19 u C‑929/19

105

Permezz tat-tieni u t-tielet domanda tagħha fil-Kawżi C‑859/19, C‑926/19 u C‑929/19, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, minn naħa, l-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 47 tal-Karta, kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928 u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni flimkien mal-imsemmija dispożizzjonijiet u l-Artikolu 325(1) TFUE, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema l-qrati ordinarji huma marbuta bid-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, għalhekk u taħt piena li jwettqu ksur dixxiplinari, iħallu mhux applikata, bl-awtorità tagħhom stess, il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet, filwaqt li huma jqisu, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-ġurisprudenza hija kuntrarja għall-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.

– Fuq il‑garanzija tal‑indipendenza ġudizzjarja

106

Il-qorti tar-rinviju tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tirriżulta mis-sentenzi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tista’ tpoġġi fid-dubju l-indipendenza tagħha u hija, għalhekk, inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-garanziji previsti fl-Artikolu 2 u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll fl-Artikolu 47 tal-Karta u mad-Deċiżjoni 2006/928. F’dan ir-rigward, hija tqis li l-Qorti Kostituzzjonali, li ma hijiex parti mis-sistema ġudizzjarja Rumena, qabżet il-kompetenzi tagħha meta tat dawn is-sentenzi u indaħlet f’dawk tal-qrati ordinarji, li hija dik li jinterpretaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni infrakostituzzjonali. Il-qorti tar-rinviju tindika wkoll li n-nuqqas ta’ osservanza tas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali jikkostitwixxi fid-dritt Rumen ksur dixxiplinari, b’tali mod li din tistaqsi, essenzjalment, dwar jekk tistax, skont id-dritt tal-Unjoni, tħalli mhux applikati s-sentenzi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali mingħajr il-biża’ li l-membri tagħha jkunu s-suġġett ta’ proċedura dixxiplinari.

107

F’dan ir-rigward, bħalma tfakkar fil-punt 82 ta’ dan id-digriet, għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri, inkluż it-twaqqif, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ qorti kostituzzjonali, taqa’ taħt il-kompetenza ta’ dawn tal-aħħar, madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, dawn huma marbuta li josservaw l-obbligi li jirriżultaw, għalihom, mid-dritt tal-Unjoni.

108

L-Artikolu 19 TUE, li jikkonkretizza l-valur tal-Istat tad-dritt affermat fl-Artikolu 2 TUE, jafda lill-qrati nazzjonali u lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-kompitu li jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha kif ukoll il-protezzjoni ġudizzjarja li l-partijiet fil-kawża jisiltu minn dan id-dritt (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et,C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 217 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). B’mod partikolari, bħalma tikkonferma l-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2006/928, il-valur tal-Istat tad-dritt “jimplika għall-Istati Membri kollha l-eżistenza ta’ sistema ġudizzjarja u amministrattiva imparzjali, indipendenti w effettiva mgħammra b’mod xieraq, inter alia, sabiex tiġġieled il-korruzzjoni”.

109

L-eżistenza stess ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv intiż sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni hija inerenti fi Stat tad-dritt. Bħala tali, u kif iddikjarat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, huma l-Istati Membri li għandhom jipprovdu għal sistema ta’ rimedji u proċeduri li jiżguraw lill-partijiet fil-kawża r-rispett tad-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, li għalih jagħmel riferiment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, li ġie stabbilit fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950, u li huwa issa affermat fl-Artikolu 47 tal-Karta (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 219 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

110

Minn dan isegwi li, bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-istanzi li huma msejħa, bħala “qorti” fis-sens iddefinit mid-dritt tal-Unjoni, jiddeċiedu fuq kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt u li għalhekk jaqgħu fis-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji tiegħu fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, filwaqt li jiġi speċifikat li din id-dispożizzjoni tkopri “oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni”, irrispettivament mis-sitwazzjoni li fiha l-Istati Membri jimplimentaw dan id-dritt, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 220 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

111

Issa, sabiex jiġi żgurat li istanzi li jistgħu jintalbu jiddeċiedu dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkunu f’pożizzjoni li jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva meħtieġa mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, iż-żamma tal-indipendenza tagħhom hija essenzjali, bħalma jikkonferma t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jsemmi l-aċċess għal qorti “indipendenti” fost ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 221 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

112

Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza ġudizzjarja, li huwa inerenti għall-kompitu ta’ għoti ta’ deċiżjoni, jaqa’ taħt il-kontenut essenzjali tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq, li huwa ta’ importanza kardinali bħala garanti tal-protezzjoni tad-drittijiet kollha li l-individwi fil-kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni u miż-żamma tal-valuri komuni għall-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari l-valur tal-Istat tad-dritt (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 222 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Bl-istess mod, bħalma jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2006/928 u mill-punti ta’ riferiment imsemmija fil-punti (1) sa (3) tal-anness ta’ din id-deċiżjoni, l-eżistenza ta’ sistema ġudizzjarja imparzjali, indipendenti u effiċjenti għandha importanza partikolari fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari dik ta’ livell għoli.

113

Issa, ir-rekwiżit tal-indipendenza ġudizzjarja, li jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jinkludi żewġ aspetti. L-ewwel aspett, ta’ natura esterna, jeżiġi li l-istanza kkonċernata teżerċita l-funzjonijiet tagħha b’mod kompletament awtonomu, mingħajr ma tkun suġġetta għal ebda rabta ta’ ġerarkija jew ta’ subordinazzjoni fil-konfront ta’ kwalunkwe persuna u mingħajr ma tirċievi ordnijiet jew struzzjonijiet minn kwalunkwe sors li jkun, u li għalhekk tkun protetta mill-interventi jew il-pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw il-ġudizzju indipendenti tal-membri tagħha u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. It-tieni aspett, ta’ natura interna, huwa marbut mal-kunċett ta’ imparzjalità u huwa intiż li jiżgura distanza ugwali fil-konfront tal-partijiet fit-tilwima u tal-interessi rispettivi tagħhom fid-dawl tas-suġġett tagħha. Dan l-aspett tal-aħħar jeżiġi li l-osservanza tal-oġġettività u l-assenza ta’ kull interess fl-eżitu tat-tilwima għajr l-applikazzjoni stretta tar-regola tad-dritt (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).

114

Dawn il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jippreżumu l-eżistenza ta’ regoli li jippermettu li jiġi eskluż kull dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, dwar l-impermeabbiltà tal-istanza inkwistjoni fil-konfront ta’ elementi esterni u tan-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi konfliġġenti (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 82 u l-ġurisprudenza ċċitata).

115

F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-imħallfin ikunu ħielsa minn indħil jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tagħhom. Ir-regoli applikabbli għall-istatus tal-imħallfin u għall-eżerċizzju minnhom tal-funzjonijiet tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jippermettu li tiġi eskluża mhux biss kull influwenza diretta, fil-forma ta’ struzzjonijiet, iżda wkoll il-forom ta’ influwenza iktar indiretta li jistgħu jorjentaw id-deċiżjonijiet tal-imħallfin ikkonċernati, u għalhekk tiġi eliminata l-assenza ta’ dehra ta’ indipendenza jew ta’ imparzjalità ta’ dawn tal-aħħar li x’aktarx iddgħajjef il-fiduċja li l-ġustizzja għandha tispira fil-partijiet fil-kawżi f’soċjetà demokratika u fi Stat tad-dritt (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 226 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

116

Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tar-regoli li jirregolaw is-sistema dixxiplinari, ir-rekwiżit ta’ indipendenza jeħtieġ, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, li din is-sistema jkollha l-garanziji neċessarji sabiex jiġi evitat kull riskju li tali sistema tintuża bħala sistema ta’ kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Għal dan l-għan, jidher essenzjali li l-fatt li deċiżjoni ġudizzjarja jkun fiha żball eventwali fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, jew fil-kunsiderazzjoni tal-fatti u fl-evalwazzjoni tal-provi, ma jkunx jista’, fih innifsu, iwassal għar-responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallef ikkonċernat. Barra minn hekk, jikkostitwixxi garanzija inerenti għall-indipendenza ġudizzjarja nazzjonali l-fatt li l-imħallfin ma jkunux esposti għal proċeduri jew għal sanzjonijiet dixxiplinari talli jkunu eżerċitaw il-fakultà li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 267 TFUE, liema fakultà taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tagħhom (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 227 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

117

Barra minn hekk, konformement mal-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri li jikkaratterizza l-funzjonament ta’ Stat tad-dritt, l-indipendenza ġudizzjarja għandha b’mod partikolari tiġi żgurata fil-konfront tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).

118

Issa, għalkemm la l-Artikolu 2, la t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni ma jimponu fuq l-Istati Membri mudell kostituzzjonali preċiż li jirregola r-relazzjonijiet u l-interazzjoni bejn id-diversi setgħat tal-Istat, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni u d-delimitazzjoni tal-kompetenzi tagħhom, dawn l-Istati Membri għandhom madankollu josservaw, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti tal-indipendenza ġudizzjarja li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 229 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

119

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928 ma jipprekludux leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema d-deċiżjonijiet tal-qorti kostituzzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, sakemm id-dritt nazzjonali jiżgura l-indipendenza tal-imsemmija qorti kostituzzjonali fil-konfront b’mod partikolari tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, kif meħtieġ minn dawn id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, jekk id-dritt nazzjonali ma jiżgurax din l-indipendenza, dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jipprekludu tali leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali, peress li tali qorti kostituzzjonali ma tkunx f’pożizzjoni li tiżgura l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva meħtieġa mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19 TUE (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).

120

F’dan il-każ, id-domandi mqajma mill-qrati tar-rinviju fir-rigward tar-rekwiżit ta’ indipendenza ġudizzjarja li jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jirrigwardaw, minn naħa, l-istess aspetti relatati mal-istatut, il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Qorti Kostituzzjonali li tat is-sentenzi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali bħal dawk involuti fil-kawżi li taw lok għas-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034. Barra minn hekk, dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari fihom, f’dan ir-rigward, essenzjalment, l-istess indikazzjonijiet bħal dawk li jinsabu fid-domandi f’dawn il-kawżi. Issa, bħalma jsegwi mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 231 sa 237 ta’ din is-sentenza, dawn l-indikazzjonijiet ma humiex ta’ natura li jistabbilixxu li l-Qorti Kostituzzjonali ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità, imfakkra fil-punti 113 sa 119 ta’ dan id-digriet, u lanqas li s-sentenzi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali seħħew f’kuntest li jqajjem dubju leġittimu fir-rigward tal-osservanza sħiħa mill-Qorti Kostituzzjonali ta’ dawn ir-rekwiżiti.

121

F’dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, ir-responsabbiltà dixxiplinari li l-imħallfin tal-qrati ordinarji jistgħu jkunu suġġetti għaliha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, huwa minnu li s-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja ma tistax, b’mod partikolari, ikollha l-konsegwenza li teskludi totalment li r-responsabbiltà dixxiplinari ta’ mħallef tkun tista’, f’ċerti każijiet għal kollox eċċezzjonali, tinħoloq bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji adottati minnu. Fil-fatt, tali rekwiżit ta’ indipendenza, evidentement, ma huwiex intiż sabiex japprova eventwali aġir gravi u totalment ineskużabbli min-naħa tal-imħallfin, li jkun jikkonsisti, pereżempju, f’li deliberatament u b’mala fide, jew minħabba negliġenza partikolarment serja u gravi, jinjoraw ir-regoli tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni li huma suppost jiżguraw l-osservanza tagħhom, jew ikunu arbitrarji jew inġusti, minkejja li jkunu mitluba, bħala depożitarji tal-funzjoni li jingħata ġudizzju, li jiddeċiedu dwar it-tilwim sottomess lilhom minn partijiet fil-kawża (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 83 u l-ġurisprudenza ċċitata).

122

Madankollu, jidher essenzjali, sabiex tinżamm l-indipendenza tal-qrati u jiġi evitat li s-sistema dixxiplinari tkun tista’ tiġi ddevjata mill-għanijiet leġittimi tagħha u użata għal finijiet ta’ kontroll politiku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jew ta’ pressjoni fuq l-imħallfin, li l-fatt li deċiżjoni ġudizzjarja jkun fiha żball possibbli fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, jew fl-evalwazzjoni tal-fatti u l-evalwazzjoni tal-provi, ma jkunx jista’, waħdu, iwassal għar-responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallef kkonċernat (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 84 u l-ġurisprudenza ċċitata).

123

Konsegwentement, huwa importanti li l-istabbiliment tar-responsabbiltà dixxiplinari ta’ imħallef bħala riżultat ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jkun limitat għal każijiet totalment eċċezzjonali, bħal dawk imsemmija fil-punt 121 ta’ dan id-digriet, u limitat, f’dan ir-rigward, bi kriterji oġġettivi u verifikabbli, ibbażati fuq rekwiżiti tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, kif ukoll fuq garanziji intiżi sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ pressjonijiet esterni fuq il-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u għalhekk jippermetti li jiġi eskluż, fil-ħsieb tal-partijiet fil-kawża, kwalunkwe dubju leġittimu dwar l-impermeabbiltà tal-imħallfin ikkonċernati u n-newtralità tagħhom fir-rigward tal-interessi konfliġġenti (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata).

124

F’dan il-każ, l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talbiet għal deċiżjoni preliminari ma jurux li r-responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin nazzjonali tal-qrati ordinarji minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, prevista fl-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004, li l-formulazzjoni tiegħu ma fiha l-ebda kundizzjoni oħra, hija limitata għall-każijiet totalment eċċezzjonali msemmija fil-punt 121 ta’ dan id-digriet, kuntrarjament għall-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 122 u 123 ta’ dan id-digriet.

125

Minn dan isegwi li l-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, sakemm id-dritt nazzjonali jiżgura l-indipendenza tal-imsemmija Qorti Kostituzzjonali fil-konfront b’mod partikolari tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, bħalma huwa meħtieġ minn dawn id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u l-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kull nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali mill-Imħallfin nazzjonali tal-qrati ordinarji huwa ta’ natura li joħloq ir-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 242).

126

F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fir-rigward ta’ kawżi fejn il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, eżami separat tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jista’ biss jikkorrobora l-konklużjoni diġà esposta fil-punt preċedenti, ma jidhirx meħtieġ sabiex tingħata risposta għad-domandi tal-qorti tar-rinviju u għas-soluzzjoni tat-tilwim li hija adita bih.

– Fuq is‑supremazija tad-dritt tal-Unjoni

127

Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tirriżulta mis-sentenzi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li fir-rigward tagħha hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni, għandha, konformement mal-Artikolu 147(4) tal-Kostituzzjoni Rumena, natura obbligatorja u għandha tiġi osservata mill-qrati nazzjonali, taħt piena għall-membri tagħhom li jingħataw sanzjoni dixxiplinari skont l-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jipprekludix tali leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali u jawtorizzax lil qorti nazzjonali sabiex tħalli mhux applikata ġurisprudenza ta’ din in-natura, mingħajr ma l-membri tagħha jkunu esposti għar-riskju li jkunu suġġetti għal sanzjoni dixxiplinari.

128

F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fil-punti 245 sa 248 tas-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034), il-ġurisprudenza stabbilita tagħha dwar it-Trattat KEE li stabbilixxiet il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju bħala li jagħmel parti mill-karatteristiċi essenzjali tal-ordinament ġuridiku Komunitarju, filwaqt li ppreċiżat li dawn il-karatteristiċi essenzjali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u l-importanza tal-osservanza li hija dovuta lilha ġew, barra minn hekk, ikkonfermati permezz tar-ratifika, mingħajr riżerva, tat-Trattati li jemendaw it-Trattat KEE u, b’mod partikolari, tat-Trattat ta’ Lisbona. Hija żżid, fil-punt 249 ta’ din is-sentenza, li l-Artikolu 4(2) TUE jipprevedi li l-Unjoni tosserva l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati. Issa, l-Unjoni tista’ tosserva tali ugwaljanza biss jekk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, jinvokaw, kontra l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, miżura unilaterali, tkun xi tkun.

129

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat, b’mod konsistenti, il-ġurisprudenza preċedenti dwar il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, prinċipju li jimponi fuq l-istanzi kollha tal-Istati Membri l-obbligu li jagħtu effett sħiħ lid-diversi regoli tal-Unjoni, u d-dritt tal-Istati Membri ma jistax jaffettwa l-effett irrikonoxxut lil dawn id-diversi regoli fit-territorju tal-imsemmija Stati (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).

130

Għalhekk, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li Stat Membru jinvoka dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, anki jekk ta’ natura kostituzzjonali, ma jistax jippreġudika l-unità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita sew, l-effetti marbuta mal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni huma imposti fuq il-korpi kollha ta’ Stat Membru, mingħajr, b’mod partikolari, ma d-dispożizzjonijiet interni, inklużi ta’ natura kostituzzjonali, jkunu jistgħu jostakolaw dan (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).

131

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, b’mod partikolari, li l-prinċipju ta’ supremazija jimponi fuq il-qorti nazzjonali inkarigata li tapplika, fil-qafas tal-kompetenza tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni l-obbligu, fin-nuqqas li tkun tista’ tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali skont ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, li tiżgura l-effett sħiħ tar-rekwiżiti ta’ dan id-dritt fit-tilwima li hija adita biha filwaqt li tħalli mhux applikati, jekk meħtieġ, fuq l-awtorità tagħha stess, kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali, anki sussegwenti, li hija kuntrarja għal dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett, mingħajr ma jkollha titlob jew tistenna l-eliminazzjoni minn qabel ta’ din il-leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali b’mezzi leġiżlattivi jew bi kwalunkwe proċess kostituzzjonali ieħor (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 252 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

132

Issa, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija f’dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE kif ukoll il-punti ta’ riferiment stabbiliti fl-anness tad-Deċiżjoni 2006/928 huma fformulati f’termini ċari u preċiżi u ma huma suġġetti għall-ebda kundizzjoni, biex għalhekk għandhom effett dirett (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 253 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

133

F’dan il-kuntest, għandu jiġi speċifikat li, konformement mal-Artikolu 19 TUE, għalkemm huma l-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja li għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha kif ukoll il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li l-partijiet fil-kawża jisiltu minn dan id-dritt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni esklużiva biex tipprovdi l-interpretazzjoni finali tal-imsemmi dritt. Issa, fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, fl-aħħar mill-aħħar hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tispeċifika l-portata tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan id-dritt, b’din il-portata ma tkunx tista’ tiddependi mill-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, u lanqas mill-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni adottata minn qorti nazzjonali, li ma tikkorrispondix ma’ dik tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għal dan l-għan, il-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE, li tikkostitwixxi l-qofol tas-sistema ġudizzjarja stabbilita mit-Trattati, tistabbilixxi djalogu bejn imħallef u ieħor bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati tal-Istati Membri bl-għan li tiġi żgurata l-unità ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, biex għalhekk jiġu żgurati l-koerenza, l-effett sħiħ u l-awtonomija tiegħu kif ukoll, fl-aħħar mill-aħħar, in-natura speċifika tal-dritt stabbilit mit-Trattati (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 254 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

134

F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont il-Kostituzzjoni Rumena, hija marbuta bil-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u ma tistax, taħt piena li l-membri tagħha jiġu esposti għar-riskju ta’ proċedura jew sanzjonijiet dixxiplinari, tħalli din il-ġurisprudenza mhux applikata, anki jekk tqis, fid-dawl ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-imsemmija ġurisprudenza hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.

135

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja torbot lill-qorti nazzjonali, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Għalhekk, il-qorti tar-rinviju li eżerċitat il-fakultà jew ikkonformat mal-obbligu li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE ma tistax tiġi prekluża milli tagħti, immedjatament, lid-dritt tal-Unjoni applikazzjoni konformi mad-deċiżjoni jew mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bil-konsegwenza li jitnaqqas l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni. Għandu jingħad ukoll li s-setgħa li jsir, fil-mument stess ta’ din l-applikazzjoni, dak kollu li huwa meħtieġ biex titwarrab leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li tista’ tikkostitwixxi ostakolu għall-effettività sħiħa tal-istandards tad-dritt tal-Unjoni hija parti integrali tal-kariga ta’ mħallef tal-Unjoni li hija r-responsabbiltà tal-qorti nazzjonali inkarigata biex tapplika, fil-qafas tal-ġurisdizzjoni tagħha, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, sabiex l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa jikkostitwixxi garanzija inerenti fl-indipendenza ġudizzjarja li tirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punti 256257 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

136

Għalhekk, tkun inkompatibbli mar-rekwiżiti inerenti għan-natura stess tad-dritt tal-Unjoni kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li jkollha l-effett li tnaqqas l-effettività tad-dritt tal-Unjoni billi tiċħad lill-qorti li għandha kompetenza sabiex tapplika dan id-dritt, mis-setgħa li tagħmel, fil-mument stess ta’ din l-applikazzjoni, dak kollu li jkun meħtieġ biex tiġi mwarrba dispożizzjoni jew prattika nazzjonali li tista’ possibbilment tikkostitwixxi ostaklu għall-effettività sħiħa tar-regoli tal-Unjoni li jkollhom effett dirett (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, RS (Effett tas-Sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali), C‑430/21, EU:C:2022:99, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata).

137

Issa, leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali fejn is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, meta dawn tal-aħħar iqisu, fid-dawl ta’ sentenza preliminari mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn is-sentenzi kostituzzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, hija ta’ natura li tipprekludi lil dawn il-qrati milli jiżguraw l-effett sħiħ tar-rekwiżiti ta’ dan id-dritt, effett ta’ impediment li jista’ jiġi msaħħaħ mill-fatt li d-dritt nazzjonali jikklassifika n-nuqqas eventwali ta’ osservanza ta’ din il-ġurisprudenza kostituzzjonali bħala ksur dixxiplinari (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 259).

138

F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 267 TFUE jipprekludi kull leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali ta’ natura li tipprevjeni lill-qrati nazzjonali, skont il-każ, milli jużaw il-fakultà jew milli jikkonformaw mal-obbligu, previsti f’dan l-Artikolu 267, li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 116 ta’ dan id-digriet, il-fatt li l-imħallfin nazzjonali ma jkunux esposti għal proċeduri jew għal sanzjonijiet dixxiplinari talli eżerċitaw il-fakultà li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tagħhom, jikkostitwixxi garanzija inerenti fl-indipendenza tagħhom. Bl-istess mod, fil-każ li, wara r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja, imħallef ta’ qorti nazzjonali ordinarja jqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-fatt li dan l-imħallef nazzjonali iħalli mhux applikata l-imsemmija ġurisprudenza, konformement mal-prinċipju ta’ supremazija ta’ dan id-dritt, bl-ebda mod ma jista’ jkun ta’ natura li tiġi skattata r-responsabbiltà dixxiplinari tiegħu (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 260 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

139

Minn dan isegwi li l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali fejn il-qrati ordinarji nazzjonali huma marbuta bis-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, minħabba dan il-fatt u bil-konsegwenza li jikkommettu ksur dixxiplinari, iħallu mhux applikata, bl-awtorità tagħhom stess, il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn is-sentenzi, meta jikkunsidraw li, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-ġurisprudenza hija kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE jew id-Deċiżjoni 2006/928 (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et, C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punt 262).

140

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-tieni u t-tielet domanda fil-Kawżi C‑859/19, C‑926/19 u C‑929/19 għandha tkun li

l-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, sakemm id-dritt nazzjonali jiggarantixxi l-indipendenza tal-imsemmija Qorti Kostituzzjonali fil-konfront b’mod partikolari tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, kif jeħtiġilha minn dawn id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u l-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kull nuqqas ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali mill-qrati nazzjonali ordinarji huwa ta’ natura li tiġi skattata r-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom;

il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema l-qrati ordinarji nazzjonali huma marbuta b’deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, minħabba f’hekk u taħt piena li jikkommettu ksur dixxiplinari, iħallu mhux applikati, bl-awtorità tagħhom stess, il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet, minkejja li huma jikkunsidraw li, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-ġurisprudenza hija kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għall-Artikolu 325(1) TFUE jew għad-Deċiżjoni 2006/928.

Fuq l-ispejjeż

141

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

L-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmata fi Brussell fis‑26 ta’ Lulju 1995, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat‑13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema s-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ma jkunux ngħataw, fl-ewwel istanza, minn kulleġġi ġudikanti speċjalizzati f’dan il-qasam jew, fl-appell, minn kulleġġi ġudikanti li l-membri kollha tagħhom inħatru bix-xorti, huma nulli b’mod assolut b’tali mod li l-kawżi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikkonċernati għandhom, jekk meħtieġ wara rikors straordinarju kontra sentenzi finali, jiġu eżaminati mill-ġdid fl-ewwel u/jew fit-tieni istanza, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni jew ta’ din il-prattika nazzjonali hija ta’ natura li toħloq riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati serji ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali. L-obbligu li jiġi żgurat li tali reati jkunu s-suġġett ta’ sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva ma jeżentax lill-qorti tar-rinviju milli tivverifika r-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali ma tiġix applikata meta din tkun ta’ natura li toħloq tali riskju sistemiku ta’ impunità.

 

2)

L-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, sakemm id-dritt nazzjonali jiggarantixxi l-indipendenza tal-imsemmija Qorti Kostituzzjonali fil-konfront b’mod partikolari tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, kif jeħtiġilha minn dawn id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u l-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kull nuqqas ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali mill-qrati nazzjonali ordinarji huwa ta’ natura li tiġi skattata r-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom.

 

3)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema l-qrati ordinarji nazzjonali huma marbuta b’deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, minħabba f’hekk u taħt piena li jikkommettu ksur dixxiplinari, iħallu mhux applikati, bl-awtorità tagħhom stess, il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet, minkejja li huma jikkunsidraw li, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-ġurisprudenza hija kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għall-Artikolu 325(1) TFUE jew għad-Deċiżjoni 2006/928.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.

Top