This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0799
Case C-799/19: Request for a preliminary ruling from the Okresný súd Košice I (Slovakia) lodged on 30 October 2019 — NI, OJ, PK v Sociálna poisťovňa
Kawża C-799/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Košice I (is-Slovakkja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – NI, OJ u PK vs Sociálna poisťovňa
Kawża C-799/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Košice I (is-Slovakkja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – NI, OJ u PK vs Sociálna poisťovňa
ĠU C 19, 20.1.2020, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Košice I (is-Slovakkja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – NI, OJ u PK vs Sociálna poisťovňa
(Kawża C-799/19)
(2020/C 19/33)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Košice I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NI, OJ, PK
Konvenut: Sociálna poisťovňa
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “pretensjonijiet pendenti, ta’ ħaddiema, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg” jinkludi anki d-dannu morali mġarrab bħala riżultat tal-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post ix-xogħol? |
2) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timpjega li fil-konfront tagħha tkun tressqet talba għal ftuħ ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ dritt għal kumpens irrikonoxxut permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja għad-dannu morali kkawżat mill-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post tax-xogħol, minkejja li fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ġie ddikjarat li l-pretensjoni ma tistax tiġi rkuprata minħabba s-sitwazzjoni tal-persuna li timpjega bħala persuna bi dħul baxx, tali persuna li timpjega tkun tinsab ukoll fi stat ta’ insolvenza? |