EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0772

Kawża C-772/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Bartosch Airport Supply Services

OJ C 27, 27.1.2020, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Bartosch Airport Supply Services

(Kawża C-772/19)

(2020/C 27/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bartosch Airport Supply Services GmbH

Konvenut: Zollamt Wien

Domanda preliminari

L-intestatura 8705 tan-Nomenklatura Magħquda (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt din l-intestatura vetturi bil-mutur mingħajr vireg għall-irmunkar li għandhom winċ tal-irmunkar mgħammar b’ċinturin għall-ġbid li jservi għall-ġbid ta’ inġenji tal-ajru u li għandhom tagħmir għall-irfigħ elettro-idrawliku li jservi għall-imbuttar ta’ inġenji tal-ajru?


(1)  Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


Top