Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0627

Kawża C-627/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie vs ZB

ĠU C 383, 11.11.2019, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/45


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie vs ZB

(Kawża C-627/19)

(2019/C 383/54)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: ZB

Domanda preliminari

Meta mandat ta’ arrest Ewropew ikun intiż għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ priġunerija imposta permezz ta’ deċiżjoni eżekuttiva ta’ mħallef jew ta’ qorti u jkun inħareġ minn prosekutur pubbliku li jipparteċipa fl-amminstrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, u li l-indipendenza tiegħu hija ggarantita fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu inerenti fil-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, huwa wkoll meħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja diretta kontra d-deċiżjoni li jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew – u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonali ta’ tali deċiżjoni – li jissodisfa b’mod sħiħ ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva?


Top