EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0621

Kawża C-621/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Weindel Logistik Service SR spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

OJ C 363, 28.10.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Weindel Logistik Service SR spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-621/19)

(2019/C 363/16)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Weindel Logistik Service SR spol. s r.o.

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 167 u l-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq l-oġġetti importati huwa suġġett għad-dritt għall-proprjetà fuq dawn l-oġġetti jew għad-dritt li tiddisponi minnhom inkwantu proprjetarja?

2)

L-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq l-oġġetti importati jirriżulta biss jekk dawn l-oġġetti jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjoniijet taxxabbli tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, bħall-bejgħ ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali, il-kunsinna fi Stat Membru ieħor jew l-esportazzjoni lejn pajjiż terz?

3)

Il-kundizzjoni ta’ rabta diretta u immedjata bejn l-oġġetti akkwistati u t-tranżazzjonijiet tal-output hija ssodisfatta f’dawn iċ-ċirkustanzi; fi kliem ieħor, huwa possibbli li l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa li tibbaża fuq ir-rabta diretta u immedjata bejn l-oġġetti akkwistati u t-tranżazzjonijiet tal-output tiġi applikata fir-rigward tal-infiq għall-komponenti tal-prezz li ma tħallasx għal dawn l-oġġetti u li għalhekk ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni fil-prezz tat-tranżazzjoni tal-output?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


Top