EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0578

Kawża C-578/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2019 — X vs Kuoni Travel Ltd

OJ C 328, 30.9.2019, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2019 — X vs Kuoni Travel Ltd

(Kawża C-578/19)

(2019/C 328/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenuta: Kuoni Travel Ltd

Domandi preliminari

1)

In-nuqqas’ ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ħażina tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut ma’ konsumatur għall-provvista ta’ vjaġġ kollox kompriż li għalih tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, fejn in-nuqqas’ ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni ħażina hija r-riżultat tal-azzjonijiet ta’ impjegat tal-kumpannija ta’ lukanda li tipprovdi servizzi relatati ma’ dan il-kuntratt:

a)

jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2); u, fil-każ ta’ risposta affermattiva,

b)

abbażi ta’ liema kriterji l-qorti nazzjonali għandha tevalwa l-applikabbiltà ta’ din l-eżenzjoni?

2)

Meta organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut jikkonkludi kuntratt ma’ konsumatur għall-provvista ta’ vjaġġ kollox kompriż li għalih tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, u meta kumpannija ta’ lukanda tipprovdi servizzi relatati ma’ dan il-kuntratt, impjegat innifsu ta’ din il-kumpannija ta’ lukanda għandu jiġi kkunsidrat “fornitur tas-servizzi” għall-finijiet tal-eżenzjoni taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132.


Top