EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0560

Kawża C-560/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia (Spanja) fit-23 ta’ Lulju 2019 – GT vs Air Nostrum Líneas Aéreas del Mediterráneo S.A.

OJ C 372, 4.11.2019, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia (Spanja) fit-23 ta’ Lulju 2019 – GT vs Air Nostrum Líneas Aéreas del Mediterráneo S.A.

(Kawża C-560/19)

(2019/C 372/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GT

Konvenuta: Air Nostrum Líneas Aéreas del Mediterráneo S.A.

Domandi preliminari

1)

Huwa possibbli li jitqies li l-impriża li għandha bħala l-għan tagħha t-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, li tbiegħ il-biljett iżda ma toperax it-titjiria, jiġifieri li ma twettaqx effettivament it-titjira, hija inkluża fil-kunċett ta’ “trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera li jwettaq […] titjira”?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, id-dritt għal kumpens fi flus favur il-passiġġieri previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament [Nru ]261/2004 (1) jeżisti anki meta t-titjira tkun diviża f’diversi partijiet u minħabba dewmien żgħir (ta’ inqas minn tliet siegħat) f’waħda mill-partijiet tat-titjira, jirriżulta dewmien kbir (ta’ iktar minn tliet siegħat) għall-wasla fid-destinazzjoni finali minħabba t-telf tal-konnessjoni? F’każ ta’ risposta pożittiva, fil-każ li t-trasportaturi li effettivament iwettqu d-diversi partijiet tat-titjira jkunu differenti, it-trasportatur li effettivament iwettaq il-parti mit-titjira li tintlaqat minn dewmien żgħir (ta’ inqas minn tliet siegħat) li wassal għat-telf tal-konnessjoni u b’hekk ikkawża dewmien kbir (ta’ iktar minn tliet siegħat) għall-wasla fid-destinazzjoni finali huwa obbligat iħallas il-kumpens fi flus previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament [Nru] 261/2004 ?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8. p. 10).


Top