EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0555

Kawża C-555/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Lulju 2019 – Fussl Modestraße Mayr GmbH vs SevenOne Media GmbH

OJ C 357, 21.10.2019, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Lulju 2019 – Fussl Modestraße Mayr GmbH vs SevenOne Media GmbH

(Kawża C-555/19)

(2019/C 357/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fussl Modestraße Mayr GmbH

Konvenuta: SevenOne Media GmbH

Domandi preliminari

1.

a)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE (1),

b)

il-prinċipju ta’ ugwaljanza tad-dritt tal-Unjoni u

c)

id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi x-xandir reġjonali ta’ reklamar fi programmi tax-xandir awtorizzati għall-Istat Membru kollu?

2.

L-evalwazzjoni tal-ewwel domanda tkun differenti jekk id-dritt nazzjonali jippermetti dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jipprovdu li x-xandir reġjonali ta’ reklamar jista’ jiġi awtorizzat legalment u jeżiġi, f’dan il-każ, awtorizzazzjoni amministrattiva supplimentari?

3.

L-evalwazzjoni tal-ewwel domanda tkun differenti jekk il-possibbiltà deskritta fit-tieni domanda ta’ awtorizzazzjoni ta’ reklamar reġjonali effettivament ma tintużax u għaldaqstant ir-reklamar reġjonali jkun kompletament ipprojbit?

4.

L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik deskritta fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet domanda?


(1)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU 2010, L 95, p. 1; rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15).


Top