This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0506
Case C-506/19 P: Appeal brought on 2 July 2019 by Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH against the judgment of the General Court (Second Chamber) delivered on 8 May 2019 in Case T-434/15: Islamic Republic of Iran Shipping Lines e.a. v Council
Kawża C-506/19 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2019 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-434/15, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill
Kawża C-506/19 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2019 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-434/15, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill
ĠU C 319, 23.9.2019, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/25 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2019 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-434/15, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill
(Kawża C-506/19 P)
(2019/C 319/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, R. Blakeley, Barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tiddikjara li l-Kunsill, bl-inklużjoni tal-appellanti, wettaq ksur suffiċjentement serju ta’ liġi intiża li tikkonferixxi drittijiet lil individwi; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddetermina l-applikazzjoni kontinġenti għal miżuri istruttorji inklużi fl-applikazzjoni, u imbagħad (sussugwentement) tiddetermia l-kwistjonijiet ta’ rabta kawżali u ta’ kwantifikazzjoni; u |
— |
tordna lill-Kunsill iħallas lill-appellanti l-ispejjeż tal-appell u l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sal-lum. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet ħames żbalji ta’ liġi li abbażi tagħhom għandha tiġi annullata s-sentenza:
1. |
żball fl-applikazzjoni tal-konklużjoni li l-Kunsill ma kellu l-ebda diskrezzjoni; |
2. |
żball fl-applikazzjoni tar-raġunament fis-sentenza ta’ annullament IRISL [2013] għall-eżami ta’ ksur suffiċjentement serju; |
3. |
nuqqas ta’ bażi fid-dritt għad-distinzjoni “nuqqas ta’ prova”/“prova mhux adegwata, li kienet li fi kwalunkwe każ inapplikabbli; |
4. |
żball ta’ liġi meta pprovat tibbaża ruħha fuq evidenza li ma tinsabx quddiem il-Qorti; u |
5. |
żball ta’ liġi meta applikat [is-sentenza fil-Kawża Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS)] bħala “issue estoppel” jew res judicata. |