EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0092

Kawża C-92/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Frar 2019 — Burgo Group SpA vs Gestore dei Servizi Energetici SpA — GSE

OJ C 182, 27.5.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Frar 2019 — Burgo Group SpA vs Gestore dei Servizi Energetici SpA — GSE

(Kawża C-92/19)

(2019/C 182/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Burgo Group SpA

Konvenuta: Gestore dei Servizi Energetici SpA — GSE

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2004/8/KE (1) (b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tagħha) tipprekludi interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 6 tad-Digret Leġiżlattiv Nru 20/2007, fis-sens li jippermettu r-rikonoxximent tal-vantaġġi previsti fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 79/1999 (b’mod partikolari, dawk previsti fl-Artikolu 11, kif ukoll fid-Deċiżjoni 42/02 tad-19 ta’ Marzu 2002 tal-Autorità dell’energia elettrica e del gas (l-Awtorità tal-Elettriku u tal-Gass), li tikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni preċedenti) ukoll għall-impjanti ta’ koġenerazzjoni mhux ta’ effiċjenza għolja, anki wara l-31 ta’ Diċembru 2010?

2)

L-Artikolu 107 TFUE jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 6 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 20/2007, fis-sens indikat taħt (a), sa fejn din id-dispożizzjoni, interpretata b’dan il-mod, tista’ timplika “għajnuna mill-Istat”, u għalhekk, tikkontradixxi l-prinċipju ta’ kompetizzjoni libera?

3)

Korrelattivament ma’ dak li huwa espost taħt (a) u (b), u b’kunsiderazzjoni għal dak li huwa espressament sostnut mir-rikorrenti, leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti ż-żamma ta’ skemi ta’ sostenn għall-koġenerazzjoni li ma hijiex [ta’ effiċjenza għolja] sal-31 ta’ Diċembru 2015 tosserva l-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni tad-dritt Komunitarj, peress li din tista’ tkun l-interpretazzjoni tad-dritt Taljan b’riżultat tal-Artikolu 25(11)(c)(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28 tat-3 ta’ Marzu 2011, li jabroga d-dispożizzjonijiet iċċitati tal-Artikolu 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 79/1999 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016, jew issa pjuttost b’effett mid-19 ta’ Lulju 2014 (b’riżultat tal-Artikolu 10(15) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 102 tal-4 ta’ Lulju 2014).


(1)  Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta’ l-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 3, p. 3)


Top