This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0287
Judgment of the Court (First Chamber) of 11 November 2020.#DenizBank AG v Verein für Konsumenteninformation.#Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof.#Reference for a preliminary ruling – Consumer protection – Directive (EU) 2015/2366 – Payment services in the internal market – Article 4(14) – Concept of ‘payment instrument’ – Personalised multifunctional bank cards – Near-field communication (NFC) functionality – Article 52(6)(a) and Article 54(1) – Information to be provided to users – Change in the conditions of a framework contract – Tacit consent – Article 63(1)(a) and (b) – Rights and obligations related to payment services – Derogation for low-value payment instruments – Conditions under which applicable – Payment instrument that does not allow its blocking – Payment instrument used anonymously – Limitation of the temporal effects of the judgment.#Case C-287/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2020.
DenizBank AG vs Verein für Konsumenteninformation.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva (UE) 2015/2366 – Servizzi ta’ pagament fis-suq intern – Artikolu 4(14) – Kunċett ta’ strument ta’ pagament – Kards bankarji ppersonalizzati u multifunzjonali – Funzjoni ta’ Near-Field Communication (NFC) – Artikolu 52(6)(a) u Artikolu 54(1) – Informazzjoni li għandha tiġu pprovduta lill-utent – Bidla fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas – Kunsens taċitu – Artikolu 63(1)(a) u (b) – Drittijiet u obbligi marbuta mas-servizzi ta’ pagament – Deroga għall-istrumenti ta’ pagament ta’ valur baxx – Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni – Strument ta’ pagament li ma jistax jiġi mblukkat – Strument ta’ pagament użat b’mod anonimu – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza.
Kawża C-287/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2020.
DenizBank AG vs Verein für Konsumenteninformation.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva (UE) 2015/2366 – Servizzi ta’ pagament fis-suq intern – Artikolu 4(14) – Kunċett ta’ strument ta’ pagament – Kards bankarji ppersonalizzati u multifunzjonali – Funzjoni ta’ Near-Field Communication (NFC) – Artikolu 52(6)(a) u Artikolu 54(1) – Informazzjoni li għandha tiġu pprovduta lill-utent – Bidla fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas – Kunsens taċitu – Artikolu 63(1)(a) u (b) – Drittijiet u obbligi marbuta mas-servizzi ta’ pagament – Deroga għall-istrumenti ta’ pagament ta’ valur baxx – Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni – Strument ta’ pagament li ma jistax jiġi mblukkat – Strument ta’ pagament użat b’mod anonimu – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza.
Kawża C-287/19.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:897
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (l-Ewwel Awla)
11 ta’ Novembru 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva (UE) 2015/2366 – Servizzi ta’ pagament fis-suq intern – Artikolu 4(14) – Kunċett ta’ strument ta’ pagament – Kards bankarji ppersonalizzati u multifunzjonali – Funzjoni ta’ Near-Field Communication (NFC) – Artikolu 52(6)(a) u Artikolu 54(1) – Informazzjoni li għandha tiġu pprovduta lill-utent – Bidla fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas – Kunsens taċitu – Artikolu 63(1)(a) u (b) – Drittijiet u obbligi marbuta mas-servizzi ta’ pagament – Deroga għall-istrumenti ta’ pagament ta’ valur baxx – Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni – Strument ta’ pagament li ma jistax jiġi mblukkat – Strument ta’ pagament użat b’mod anonimu – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”
Fil-Kawża C‑287/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Jannar 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-5 ta’ April 2019, fil-proċedura
DenizBank AG
vs
Verein für Konsumenteninformation,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (l-Ewwel Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen, C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen (relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-13 ta’ Frar 2020,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal DenizBank AG, minn G. Ganzger u A. Egger, Rechtsanwälte, |
– |
għal Verein für Konsumenteninformation, minn S. Langer, Rechtsanwalt, |
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u S. Šindelková, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, S. Jaulino u G. Fonseca, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, T. Scharf u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat-30 ta’ April 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(14) u tal-Artikolu 52(6)(a) moqrija flimkien mal-Artikolu 54(1) u mal-Artikolu 63(1)(a) u (b) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU 2015, L 337, p. 35, rettifika fil-ĠU 2018, L 102, p. 97). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn DenizBank AG, kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijaku, u l-Verein für Konsumenteninformation (l-Assoċjazzjoni għall-Informazzjoni tal-Konsumaturi, l-Awstrija, iktar ’il quddiem il-“VKI”), dwar il-validità ta’ klawżoli kuntrattwali dwar l-użu ta’ kards bankarji ppersonalizzati u multifunzjonali mgħammra, b’mod partikolari, bil-funzjoni ta’ Near-Field Communication (iktar ’il quddiem il-“funzjoni NFC”), komunement imsejħa funzjoni ta’ “pagament mingħajr kuntatt”. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-Direttiva 93/13/KEE
3 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), jistipula: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
|
4 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur. […] 3. L-Anness għandu jkun fih lista indikattiva u mhux eżawrjenti tal-klawżoli li jistgħu jiġu kkunsidrati inġusti.” |
5 |
Skont kliem l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva: “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.” |
6 |
L-Artikolu 8 tal-istess direttiva jipprevedi li “[l]-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur”. |
7 |
L-Anness tad-Direttiva 93/13, li jinkludi lista indikattiva u mhux eżawrjenti tal-“[k]lawżoli msemmija fl-Artikolu 3(3)” ta’ din tal-aħħar, isemmi, fil-paragrafu (1)(j) il-“[k]lawżoli li għandhom l-għan jew l-effett li: […] (j) jawtorizzaw lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jibdel il-klawżoli ta’ kuntratt minn naħa waħda biss mingħajr raġuni valida li tkun speċifikata fil-kuntratt”. Il-paragrafu (2) ta’ dan l-anness jiddetermina l-portata tal-imsemmi subparagrafu (j). |
Id-Direttiva (UE) 2015/2366
8 |
Id-Direttiva (UE) 2015/2366 ħassret id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU L 187, p. 5), b’effett mit-13 ta’ Jannar 2018. |
9 |
Skont il-premessi 6, 53, 54, 55, 63, 81, 91 u 96 tad-Direttiva 2015/2366:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
10 |
L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”, huwa fformulat kif ġej: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]
[…]
[…]” |
11 |
It-Titolu III tad-Direttiva 2015/2366, intitolat “Trasparenza tal-kundizzjonijiet u rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament”, jinkludi l-Kapitolu 1, dwar ir-“Regoli ġenerali”, kompost mill-Artikoli 38 sa 42 ta’ din id-direttiva. |
12 |
L-Artikolu 38 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”, jistipula, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Dan it-Titolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi, kuntratti qafas u tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minnhom. Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li t-Titolu ma għandux japplika b’mod sħiħ jew parzjali meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur.” |
13 |
L-Artikolu 42 tal-istess direttiva, intitolat “Deroga minn rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi”, jipprevedi: “1. il-każijiet ta’ strumenti ta’ pagament li, skont il-kuntratt qafas rilevanti, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150 jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150:
[…]” |
14 |
It-Titolu III tad-Direttiva 2015/2366 jinkludi l-Kapitolu 3, dwar il-“Kuntratti qafas”, kompost mill-Artikoli 50 sa 58 tagħha. |
15 |
L-Artikolu 51 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Informazzjoni ġenerali minn qabel”, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri għandhom jesiġu li, fi żmien biżżejjed qabel l-utent ta’ servizz ta’ pagament jintrabat b’xi kuntratt qafas jew offerta, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament bil-miktub jew fuq mezz durevoli ieħor, l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet għandhom jingħataw fi kliem li jinftiehem faċilment u f’forma ċara u li tista’ tiftiehem, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizz ta’ pagament jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula mill-partijiet.” |
16 |
L-Artikolu 52 ta’ din id-direttiva, intitolat “Informazzjoni u kundizzjonijiet”, jistipula: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin jingħataw lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament: […]
[…]” |
17 |
L-Artikolu 54 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas jew fl-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandhom ikunu proposti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data ta’ applikazzjoni proposta tagħhom. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta l-bidliet qabel id-data proposta għad-dħul fis-seħħ tagħhom. Fejn applikabbli skont il-punt (6)(a) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li huwa ser jitqies li aċċetta dawk il-bidliet jekk ma jgħarrafx lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li mhumiex aċċettati. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu wkoll jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li, fl-eventwalità li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta dawk il-bidliet, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ħlas u b’effett fi kwalunkwe mument sad-data li fiha l-bidla kienet tapplika.” |
18 |
It-Titolu IV tad-Direttiva 2015/2366, intitolat “Drittijiet u obbligi fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ pagament”, jinkludi l-Kapitolu 1, dwar id-“Dispożizzjonijiet komuni”, kompost mill-Artikoli 61 sa 63 tagħha. |
19 |
L-Artikolu 63 ta’ din id-direttiva, intitolat “Deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament li skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150, jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li:
[…]” |
20 |
It-Titolu IV tad-Direttiva 2015/2366 jinkludi wkoll il-Kapitolu 2, dwar l-“Awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament”, kompost mill-Artikoli 64 sa 77 tagħha. |
21 |
L-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva, intitolat “Obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-istrumenti ta’ pagament u tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-utent ta’ servizzi ta’ pagament intitolat juża strument ta’ pagament għandu: […]
|
22 |
L-Artikolu 70 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament”, jistipula, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkun qed joħroġ strument ta’ pagament għandu: […]
[…]” |
23 |
L-Artikolu 72 tal-istess direttiva, intitolat “Evidenza tal-awtentiċità [awtentikazzjoni] u l-esekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament”, jipprevedi: “1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta’ pagament tkun twettqet skorrettament, huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li għandu jagħti prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u li ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew xi difett ieħor tas-servizz provdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Jekk tinbeda tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li tiegħu huwa inkarigat. 2. Meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita, l-użu ta’ strument ta’ pagament irreġistrat mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif xieraq, ma għandux fih innifsu jkun neċessarjament biżżejjed bħala prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata mill-pagatur jew li l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti jew naqas b’intenzjoni jew negliġenza serja milli jissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi skont l-Artikolu 69. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż, fejn xieraq, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għandu jipprovdi evidenza ta’ sostenn biex jagħti prova ta’ frodi jew negliġenza kbira min-naħa tal-utent ta’ servizz ta’ pagament.” |
24 |
L-Artikolu 73 tad-Direttiva 2015/2366, intitolat “Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati”, huwa fformulat kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss, wara li jkun ħa nota jew ġie notifikat tat-tranżazzjoni, minbarra meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi u jikkomunika dawk ir-raġunijiet bil-miktub lill-awtorità nazzjonali rilevanti. Fejn applikabbli, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tal-pagatur għandu jerġa’ jġib il-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħitx it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. Dan għandu jiżgura wkoll li d-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. 2. Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jħallas lura minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata u, meta applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih dan kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata ma seħħitx. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, huwa għandu jikkumpensa minnufih lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, fuq talba tiegħu, għat-telf li dan ġarrab jew ammont li ħallas bħala riżultat tar-rimborż lill-pagatur, inkluż l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. F’konformità mal-Artikolu 72(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera tal-kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li huwa tiegħu huwa inkarigat. 3. Jista’ jiġi stabbilit kumpens finanzjarju ulterjuri skont il-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew il-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jekk applikabbli.” |
25 |
L-Artikolu 74 ta’ din id-direttiva, intitolat “Responsabbiltà tal-pagatur għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati”, jistipula, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu: “1. B’deroga mill-Artikolu 73, il-pagatur jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk:
Il-pagatur għandu jbati t-telf kollu marbut ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jekk huma jkunu ġġarrbu mill-pagatur billi aġixxa b’mod frodulenti jew ikun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi fl-Artikolu 69 b’intenzjoni jew b’negliġenza serja. F’tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika. Fejn il-pagatur la jkun aġixxa b’mod frodulenti u lanqas ma jkun naqas intenzjonalment milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 69, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-responsabbiltà msemmija f’dan il-paragrafu, billi jqisu, b’mod partikolari, in-natura tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun intilef, insteraq jew ġie miżapproprjat l-istrument ta’ pagament. […] 3. Il-pagatur ma għandu jbati l-ebda konsegwenza finanzjarja li tirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat wara n-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1), għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jipprovdix mezzi xierqa għan-notifika fi kwalunkwe ħin ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat, kif meħtieġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 70(1), il-pagatur ma għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta’ dak l-istrument ta’ pagament, għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti.” |
26 |
Previst fit-Titolu VI tad-Direttiva 2015/2366 dwar “Dispożizzjonijiet finali”, l-Artikolu 107 tagħha, intitolat “Armonizzazzjoni sħiħa”, jistipula: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 32, l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(3), l-Artikolu 61(2) u (3), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 63(2) u (3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 86, sa fejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonjiet minbarra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. […] 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma jidderogawx, għad-detriment tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, mid-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ħlief meta jkun previst b’mod espliċitu. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiddeċiedu li jagħtu termini aktar favorevoli lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.” |
Ir-Regolament Delegat(UE) 2018/389
27 |
Skont il-premessi 9 u 11 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU 2018, L 69, p. 23):
[…]
|
28 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat 2018/389, intitolat “Suġġett”, jistipula: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu rispettati mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà li jippermettulhom jagħmlu dan li ġej:
[…]” |
29 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament delegat, intitolat “Rekwiżiti ġenerali tal-awtentikazzjoni”, jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu: “Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi li jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet li jippermettulhomjaqbdu tranżazzjonijiet tal-pagament mhux awtorizzati jew frodulenti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1.” |
30 |
L-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament delegat, intitolat “Pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ”, huwa fformulat kif ġej: “Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jitħallew ma japplikawx l-awtentikazzjoni b’saħħitha tal-konsumatur, soġġetti għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2, meta l-pagatur jibda tranżazzjoni ta’ pagament elettroniku mingħajr kuntatt diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
31 |
VKI hija assoċjazzjoni stabbilita fl-Awstrija li, konformement mal-leġiżlazzjoni Awstrijaka, hija awtorizzata tressaq azzjoni legali sabiex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi. |
32 |
DenizBank hija stabbiliment bankarju li teżerċita l-attivitajiet tagħha fit-territorju Awstrijak. Fil-kuntest tar-relazzjonijiet mal-klijenti tagħha, din il-kumpannija tuża kundizzjonijiet ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ kards bankarji mgħammra bil-funzjoni NFC. L-imsemmija funzjoni, li tiġi attivata awtomatikament meta l-klijent juża l-kard tiegħu għall-ewwel darba, tippermetti l-ħlas ta’ ammonti żgħar, sa EUR 25 għal kull unità, mingħajr ma tiddaħħal il-kard fit-terminal ta’ pagament u mingħajr il-ħtieġa li jiddaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni personali (iktar ’il quddiem il-“kodiċi PIN”), meta jkun hemm reġistri mgħammra bit-tagħmir xieraq. Min-naħa l-oħra, il-pagament ta’ ammonti ogħla huwa suġġett għal awtentikazzjoni permezz ta’ kodiċi PIN. |
33 |
Il-kontenut tal-klawżoli ta’ dawn il-kundizzjonijiet ġenerali li huma rilevanti f’din il-kawża jista’ jiġi miġbur fil-qosor kif ġej:
|
34 |
Permezz ta’ att tad-9 ta’ Awwissu 2016, VKI ressqet azzjoni ta’ inibizzjoni quddiem il-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija), sabiex titlob li DenizBank tiġi pprojbita milli tuża s-sitt klawżoli msemmija iktar ’il fuq, minħabba n-nullità tagħhom. Fid-difiża tagħha, DenizBank argumentat li l-Klawżola 14 hija leċita u li d-diversi funzjonijiet ta’ pagament tal-kards mgħammra bil-funzjoni NFC għandhom jiġu evalwati b’mod separat. |
35 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ April 2017, il-qorti tal-ewwel istanza laqgħet it-talba ta’ VKI. Hija ddeċidiet li l-klawżola 14 kienet tikkawża preġudizzju serju u li l-funzjoni NFC ma kinitx koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ deroga previsti għall-istrumenti ta’ pagament relatati ma’ ammonti żgħar, minħabba li l-kard setgħet tintuża wkoll għal tipi oħra ta’ pagamenti u li fiha nnifisha l-funzjoni NFC ma tistax titqies li hija strument ta’ pagament. |
36 |
Permezz ta’ sentenza tal-20 ta’ Novembru 2017, l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija), li ġiet adita fl-appell, ikkonfermat parzjalment is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza. L-imsemmija qorti qieset, b’mod partikolari, li l-użu tal-funzjoni NFC ma kinitx tikkostitwixxi l-użu ta’ strument ta’ pagament, iżda huwa assimilabbli għal tranżazzjonijiet b’kards tal-kreditu mwettqa bil-posta jew bit-telefon. F’dan ir-rigward, hija osservat li l-funzjoni NFC kienet tiġi attivata awtomatikament, b’kuntrast għall-“kartiera elettronika”, u li l-kard mgħammra b’din il-funzjoni ma kinitx anonimizzata iżda kienet fl-istess ħin ippersonalizzata u protetta permezz ta’ kodiċi. |
37 |
Il-qorti tar-rinviju, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), ġiet adita b’appelli għal reviżjoni, ippreżentati minn VKI u minn DenizBank, kontra s-sentenza hekk mogħtija fl-appell. |
38 |
Dik il-qorti tesponi, l-ewwel nett, li hija repetutament iddeċidiet li bidla kbira fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas, mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, ma tistax tkun is-suġġett ta’ kunsens taċitu, mill-klijent, bħal dak li jirriżulta mill-klawżola 14 tal-kundizzjonijiet ġenerali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Hija tqis li tali bidla tmur kemm kontra l-Artikolu 52(6)(a) u l-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2015/2366, li ġiet trasposta f’termini identiċi fl-ordinament ġuridiku Awstrijak permezz taz-Zahlungsdienstegesetz 2018 (il-Liġi dwar is-Servizzi ta’ Pagament tal-2018, BGBl. I, 17/2018), kif ukoll kontra l-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi indikat fil-premessa 63 ta’ din id-direttiva. Hija tkompli tesponi li jkun jixraq, fl-opinjoni tagħha, li l-imsemmija klawżola tiġi suġġetta għal stħarriġ addizzjonali abbażi tad-Direttiva 93/13. Hija tindika li l-ġurisprudenza tagħha msemmija iktar ’il fuq ġiet, madankollu, ikkritikata minn parti mid-duttrina Awstrijaka, li sostniet, b’mod partikolari, li l-interessi tal-impriżi għandhom jiġu bbilanċjati ma’ dawk tal-konsumaturi, li barra minn hekk jistgħu jiksbu benefiċċju minn bidla ta’ din in-natura. |
39 |
It-tieni nett, filwaqt li tagħmel riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari għall-punti 33 u 35 tas-sentenza tad-9 ta’ April 2014, T-Mobile Austria (C‑616/11, EU:C:2014:242), il-qorti tar-rinviju tqis li l-bidu ta’ ordni ta’ pagament permezz tal-użu tal-funzjoni NFC ta’ kard bankarja assoċjata ma’ kont bankarju speċifiku jista’ jikkostitwixxi “sett ta’ proċeduri” mhux ippersonalizzat, u għalhekk “strument ta’ pagament”, fis-sens tal-Artikolu 4(14) ta’ din id-direttiva. |
40 |
Fil-każ li dan ikun il-każ, hija tistaqsi, it-tielet nett, jekk pagament imwettaq permezz tal-funzjoni NFC ta’ tali kard ippersonalizzata jistax jitqies bħala użu “anonimu” ta’ strument ta’ pagament, fis-sens tal-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366, jew jekk din il-kwalifikazzjoni tapplikax biss meta l-pagament twettaq fl-istess ħin permezz ta’ kard mhux assoċjata ma’ kont individwalizzat u mingħajr ebda element ieħor ta’ awtentikazzjoni, bħal dawk iddefiniti fl-Artikolu 4(29) u (30) tal-imsemmija direttiva. |
41 |
Ir-raba’ nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jixtieq juża d-deroga prevista fl-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 huwiex obbligat li jipprova li, fid-dawl tal-aħħar għarfien xjentifiku disponibbli, l-istrument ta’ pagament ma jistax jiġi mblukkat jew li t-tkomplija tal-użu tiegħu ma tistax tiġi impedita. Dik il-qorti xxaqleb favur risposta affermattiva, minn perspettiva ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u fid-dawl tal-fatt li, skont il-premessa 91 tad-Direttiva 2015/2366, l-imsemmi fornitur huwa responsabbli mill-miżuri ta’ sigurtà. Hija tispeċifika li, f’dan il-każ, DenizBank ma kkontestatx l-allegazzjoni tal-VKI li tgħid li tali mblukkar huwa teknikament possibbli. |
42 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
43 |
Fis-26 ta’ Novembru 2019, b’applikazzjoni tal-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet talba għal kjarifika lill-qorti tar-rinviju fejn stednitha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom kien hemm lok li jitqies li d-Direttiva 2015/2366, l-istess bħal-leġiżlazzjoni Awstrijaka li ttrasponietha, kienet applikabbli ratione temporis għat-tilwima fil-kawża prinċipali, minkejja li r-rikors promotur ġie ppreżentat minn VKI fid-9 ta’ Awwissu 2016, data li fiha kienet għadha fis-seħħ id-Direttiva 2007/64, sa fejn it-tħassir tagħha seħħ fit-13 ta’ Jannar 2018. |
44 |
Fit-tweġiba tagħha li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta’ Jannar 2020, il-qorti tar-rinviju speċifikat li, peress li hija adita b’rikors dwar ordni li l-klawżoli kuntrattwali li huma s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali ma jintużawx fil-ġejjieni, hija ser ikollha tevalwa l-legalità ta’ dawn il-klawżoli fid-dawl mhux biss tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ meta kien hemm il-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja, iżda wkoll f’dak tad-dispożizzjonijiet applikabbli wara t-tħassir tad-Direttiva 2007/64. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
45 |
Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tagħha, għandux jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li kkonkluda kuntratt qafas ma’ utent ta’ dawn is-servizzi jista’ jiftiehem ma’ dan tal-aħħar li huwa ser jiġi preżunt li aċċetta bidla tal-kuntratt qafas tagħhom, taħt il-kundizzjonijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż meta l-utent għandu l-kwalità ta’ konsumatur u irrispettivament mill-klawżoli kuntrattwali suġġetti għal din il-preżunzjoni. |
46 |
Skont l-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jiġi informat bil-fatt li, jekk jiġi miftiehem hekk bejn il-partijiet għall-kuntratt qafas, huwa jitqies li aċċetta l-bidla tal-kundizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt li hija proposta mill-fornitur ta’ dawn is-servizzi konformement mal-Artikolu 54(1) tal-imsemmija direttiva, sakemm ma jkunx innotifika r-rifjut tiegħu lill dan il-fornitur qabel id-data prevista għad-dħul fis-seħħ tal-bidla kkonċernata. |
47 |
Għandu jiġi osservat li l-preżunzjoni ta’ kunsens taċitu tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, li l-applikazzjoni tagħha ġiet miftiehma mal-fornitur ta’ dawn is-servizzi, tirrigwarda biss, hekk kif jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet, il-“bidliet” tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas, jiġifieri l-bidliet li ma jaffettwawx il-kundizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt qafas fi grad tali li l-proposti li ġejjin mill-fornitur ikunu fil-verità jikkonsistu fil-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid. Hija l-qorti nazzjonali adita b’tilwima li tirrigwarda tali kunsens taċitu li għandha tivverifika jekk din l-aħħar modalità hijiex implimentata b’mod korrett. |
48 |
Min-naħa l-oħra, il-formulazzjoni tal-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tagħha, ma tinkludi ebda preċiżazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, kif huwa previst fl-ewwel domanda. Issa, meta l-kwalità ta’ “konsumatur”, fis-sens tal-Artikolu 4(20) ta’ din id-direttiva, tikkostitwixxi element determinanti, id-dispożizzjonijiet tagħha jispeċifikaw dan b’mod espliċitu, hekk kif jiġri, b’mod partikolari, fl-Artikolu 38 tagħha. |
49 |
Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366 japplika kemm għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li għandhom il-kwalità ta’ konsumaturi kif ukoll għall-utenti li ma għandhomx din il-kwalità. |
50 |
Barra minn hekk, mill-formulazzjoni tal-imsemmi Artikolu 52(6)(a) moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 54(1), jirriżulta li l-għan waħdieni tal-ewwel dispożizzjoni huwa li jiġu imposti rekwiżiti fil-qasam ta’ informazzjoni minn qabel, u mhux li jiġi ddeterminat il-kontenut tal-bidliet ta’ kuntratt qafas li jistgħu jiġu aċċettati b’mod taċitu, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jillimitaw ruħhom li jirrikonoxxu l-possibbiltà ta’ tali bidliet u li jimponu trasparenza sħiħa fir-rigward tas-suġġett tagħhom, mingħajr ma jiddefinixxu s-sustanza tagħhom. |
51 |
Din l-analiżi hija kkonfermata minn interpretazzjoni kuntestwali tal-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tagħha. |
52 |
Fil-fatt, kemm l-imsemmi Artikolu 52, intitolat “Informazzjoni u kundizzjonijiet”, kif ukoll l-imsemmi Artikolu 54, intitolat “Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas”, jinstabu fil-Kapitolu 3 tad-Direttiva 2015/2366, dwar it-tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn kuntratt qafas, li jaqa’ taħt it-Titolu III tagħha, intitolat “Trasparenza tal-kundizzjonijiet u rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament”. Minn dan isegwi li l-imsemmija Artikoli 52 u 54 huma intiżi li jirregolaw biss il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament huwa obbligat li jikkomunika lill-utent tas-servizzi tiegħu, u mhux li jiddefinixxu l-kontenut tal-impenji reċiproċi li dawn il-persuni huma awtorizzati li jidħlu għalihom kuntrattwalment, kontenut li huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta’ din id-direttiva, intitolat “Drittijiet u obbligi fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ pagament”. |
53 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2015/2366, li wkoll jaqa’ taħt it-Titolu III tagħha u li huwa intitolat “Deroga minn rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi”, jindika b’mod ċar li l-imsemmija Artikoli 52 u 54 jirrigwardaw l-informazzjoni dwar is-servizzi ta’ pagament li għandha, ħlief għal deroga awtorizzata espliċitament, tiġi pprovduta mill-fornitur tagħhom. |
54 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 51 ta’ din id-direttiva jispeċifika li l-provvista mill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-informazzjoni u tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 52 tagħha għandha sseħħ, fuq mezz durevoli kif ukoll f’forma ċara u li tista’ tinftiehem, fi żmien biżżejjed qabel ma l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkun marbut minn kuntratt qafas jew minn offerta, sabiex l-utent ikun jista’ jagħmel għażla f’għarfien sħiħ tal-fatti, hekk kif dan jirriżulta mill-premessa 54 tal-imsemmija direttiva. |
55 |
Il-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq ma humiex kontradetti mill-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tagħha. |
56 |
Huwa minnu li, hekk kif josservaw il-qorti tar-rinviju u l-VKI, il-premessa 63 ta’ din id-direttiva tistipula li, “[s]abiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fl-interessi tal-konsumatur, iżommu jew jintroduċu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet dwar bidliet unilaterali fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas, pereżempju jekk m’hemmx raġuni ġustifikata għal tali bidla”. |
57 |
Madankollu, mill-Artikolu 107 tad-Direttiva 2015/2366 jirriżulta li l-Artikolu 52(6)(a) u l-Artikolu 54(1) tagħha huma intiżi għar-realizzazzjoni ta’ armonizzazzjoni totali fil-qasam irregolat minn dawn id-dispożizzjonijiet, jiġifieri, fid-dawl tal-formulazzjoni tagħhom, fil-qasam tal-informazzjoni minn qabel fir-rigward tal-kunsens taċitu għal bidliet ta’ kuntratt qafas fil-każ li l-partijiet jiftiehmu f’dan is-sens, u li la l-Istati Membri u lanqas il-fornituri ta’ tali servizzi ma jistgħu jidderogaw minnu, ħlief sa fejn dawn il-fornituri jiddeċiedu li jagħtu kundizzjonijiet iktar favorevoli lill-utenti tas-servizzi tagħhom. |
58 |
Għalhekk, l-Artikolu 52(6)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2015/2366, ma jistax jiġi interpretat, fid-dawl tal-premessa 63 tagħha, fis-sens li dan jistabbilixxi restrizzjonijiet fir-rigward kemm tal-kwalità tal-utent kif ukoll tat-tip ta’ klawżoli kuntrattwali li jistgħu jkunu kkonċernati minn tali ftehimiet dwar il-bidliet aċċettabbli b’mod taċitu. |
59 |
Fl-istess ħin, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. Minn din il-perspettiva, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tislet mill-informazzjoni kollha pprovduta mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, ir-regoli u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex indikati espliċitament fid-domandi magħmula lilha mill-imsemmija qorti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-19 Diċembru 2019, Airbnb Ireland,C‑390/18, EU:C:2019:1112, punt 36, kif ukoll tat-12 ta’ Marzu 2020, Caisse d’assurance retraite et de la santé au travail d’Alsace-Moselle, C‑769/18, EU:C:2020:203, punti 39 u 40). |
60 |
F’dan il-każ, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju stabbilixxiet, ġustament, rabta’ bejn il-klawżola 14 tal-kundizzjonijiet ġenerali li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali, li l-kontenut tagħha huwa espost fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13 dwar il-klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi. Barra minn hekk, dik il-qorti tqis li l-klawżola kontenzjuża tista’, fil-prattika, twassal għal bidla unilaterali tal-kuntratt qafas permezz tal-preżunzjoni ta’ kunsens prevista fih, peress li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ma janalizzawx suffiċjentement tajjeb l-implikazzjonijiet ta’ tali klawżoli. |
61 |
Abbażi ta’ dan, għandu jiġi kkonstatat li, f’dak li jirrigwarda l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li għandhom il-kwalità ta’ “konsumatur” fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/13, l-istħarriġ tan-natura inġusta ta’ klawżola dwar il-kunsens taċitu għal bidliet ta’ kuntratt qafas bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. |
62 |
Fil-fatt, mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2015/2366, b’mod partikolari fid-dawl tal-premessa 55 tagħha, jirriżulta li testi oħra tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, bħal, b’mod partikolari, id-Direttiva 2011/83, jibqgħu applikabbli. B’konsegwenza ta’ dan, meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu l-kwalità ta’ konsumatur, id-Direttiva 2015/2366 tista’ tkun tapplika fl-istess ħin mad-Direttiva 93/13, kif emendata bid-Direttiva 2011/83, u għalhekk bla ħsara għall-miżuri adottati mill-Istati Membri sabiex jittrasponu din tal-aħħar, li, fil-qasam li hija tirregola, twettaq biss armonizzazzjoni minima u tawtorizza, għalhekk, l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ miżuri nazzjonali iktar stretti, kompatibbli mat-Trattat, sabiex jiġi żgurat livell għola ta’ protezzjoni tal-konsumaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ April 2020, Condominio di Milano, via Meda, C‑329/19, EU:C:2020:263, punt 33). |
63 |
Għalhekk, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 jiddefinixxi b’liema mod klawżola li tinstab f’kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur tista’ tiġi ddikjarata inġusta. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 3 jagħmel riferiment għall-Anness tal-imsemmija direttiva, li jinkludi lista indikattiva ta’ tali klawżoli, li fosthom hemm, fil-punt 1(j) ta’ dan l-anness il-“[k]lawżoli li għandhom l-għan jew l-effett li […] jawtorizzaw lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jibdel il-klawżoli ta’ kuntratt minn naħa waħda biss mingħajr raġuni valida li tkun speċifikata fil-kuntratt”. Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 jipprevedi li klawżola inġusta, fis-sens ta’ din id-direttiva, ma torbotx lill-konsumatur, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt nazzjonali applikabbli. L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva jispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu, fil-qasam li hija tirregola, dispożizzjonijiet li joffru protezzjoni ikbar għal konsumatur minn dawk previsti minn din tal-aħħar, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat. |
64 |
Għaldaqstant hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-klawżola 14 tal-kundizzjonijiet ġenerali li tirrigwarda l-bidla taċita tal-kuntratt qafas konkluż mal-konsumaturi, li hija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex jew le ta’ natura inġusta, u, skont il-każ, li tislet il-konsegwenzi fil-każ li jiġi kkonstatat li din il-klawżola hija inġusta, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13, u mhux fid-dawl tal-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tagħha. |
65 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’dak li jirrigwarda klawżoli standardizzati li jippermettu adattament unilaterali tal-kuntratti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ bona fides, ta’ ekwilibriju u ta’ trasparenza meħtieġa mid-Direttiva 93/13 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 2013, RWE Vertrieb, C‑92/11, EU:C:2013:180, punt 47). |
66 |
B’konsegwenza ta’ dan, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirregola l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jixtieq jiftiehem, mal-utent tas-servizzi tiegħu, dwar preżunzjoni ta’ kunsens fir-rigward tal-bidla, konformement mal-modalitajiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet, tal-kuntratt qafas li huma kkonkludew, iżda li dan ma jistabbilixxix restrizzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-kwalità tal-utent jew it-tip ta’ klawżoli kuntrattwali li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali ftehim, bla ħsara madankollu, meta l-utent għandu l-kwalità ta’ konsumatur, għal eventwali stħarriġ tan-natura inġusta ta’ dawn il-klawżoli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13. |
Fuq il-punt a) tat-tieni domanda
67 |
Permezz tal-punt a) tat-tieni domanda tagħha(a) il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-funzjoni NFC li biha hija mgħammra kard bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali u li tippermetti li jitwettqu pagamenti ta’ ammonti żgħar addebitu tal-kont bankarju assoċjat ma’ din il-kard, tikkostitwixxi “strument ta’ pagament”, kif iddefinit f’din id-dispożizzjoni. |
68 |
L-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “strument ta’ pagament”, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, bħala li jfisser “apparat(i) personalizzat(i) u/jew sett ta’ proċeduri miftiehma bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u li jintuża sabiex tinbeda ordni ta’ pagament”. |
69 |
Ifformulat f’termini ekwivalenti, l-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “strument ta’ pagament”, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, bħala li jfisser “kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta’ proċeduri rigward liema jkun sar ftehim bejn l-utent ta’ servizzi tal-ħlas [pagament] u l-fornitur ta’ servizzi tal-ħlas u użati mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas sabiex jagħti bidu għal ordni ta’ ħlas”. |
70 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fil-punt 31 tas-sentenza tad-9 ta’ April 2014, T-Mobile Austria (C‑616/11, EU:C:2014:242), dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat, qabel kollox, li kienet teżisti ċerta diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni, f’dak li jirrigwarda l-użu tal-aġġettiv “personalizzat” b’relazzjoni mal-frażi “kwalunkwe apparat” u/jew mal-frażi “sett ta’ proċeduri” skont l-imsemmija verżjonijiet. Wara dan hija fakkret, fil-punt 32 ta’ dik is-sentenza, il-ġurisprudenza stabbilita li tgħid li, minn-naħa, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom ikunu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea u li, min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha. Fl-aħħar nett, fil-punt 33 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, biex ikun ikkwalifikat bħala “ppersonalizzat”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, strument ta’ pagament għandu jippermetti li l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament jivverifika li l-ordni ta’ pagament tkun inbdiet minn utent awtorizzat li jagħmel dan. |
71 |
Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-punti 34 u 35 ta’ dik l-istess sentenza, li mill-eżistenza ta’ strumenti ta’ pagament mhux ippersonalizzati, bħal dawk espliċitament indikati fl-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva, li sar l-Artikolu 63 tad-Direttiva 2015/2366, jirriżulta neċessarjament li l-kunċett ta’ “strument ta’ pagament”, iddefinit fl-imsemmi Artikolu 4(23), jista’ jkopri sett ta’ proċeduri mhux ippersonalizzati, miftiehem bejn l-utent u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u li jintuża mill-utent sabiex jibda ordni ta’ pagament. |
72 |
Huwa fid-dawl ta’ din id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “strument ta’ pagament” fis-sens tal-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64, li sar l-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366, li għandha tingħata risposta għall-punt a) tat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju f’din il-kawża. |
73 |
F’dan il-każ, dik il-qorti tqis, ġustament, li mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 70 u 71 ta’ din is-sentenza jirriżulta li ma tikkostitwixxix “apparat(i) personalizzat(i)”, fis-sens tal-ewwel ipoteżi prevista fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366, il-funzjoni NFC ta’ kard bankarja multifunzjonali assoċjata ma’ kont bankarju individwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-użu tal-imsemmija funzjoni, fih innifsu, ma jippermettix li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jivverifika li l-ordni ta’ pagament ġiet mibdija minn utent awtorizzat li jagħmel dan, b’kuntrast ma’ funzjonijiet oħra ta’ din il-kard li jeħtieġu l-użu ta’ kredenzjali ppersonalizzati ta’ sigurtà, bħalma huwa kodiċi PIN jew firma. |
74 |
Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt ta’ jekk l-użu tal-funzjoni NFC jistax jikkostitwixxi, fih innifsu, “sett ta’ proċeduri” mhux ippersonalizzati, fis-sens tat-tieni ipoteżi prevista fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366, u, għaldaqstant, “strument ta’ pagament”, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
75 |
Hekk kif sostna l-Avukat Ġenerali, fil-punti 37 sa 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-użu tal-funzjoni NFC ta’ kard bankarja assoċjata ma’ kont bankarju individwali jirrappreżenta sett ta’ proċeduri mhux ippersonalizzati li għandu jkun ġie miftiehem bejn l-utent u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u li jintuża sabiex jinbeda ordni ta’ pagament, b’tali mod li din il-funzjoni tikkostitwixxi “strument ta’ pagament”, fis-sens tat-tieni ipoteżi prevista fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366. |
76 |
Fil-fatt, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-funzjoni NFC, wara l-attivazzjoni tagħha mid-detentur tal-kont bankarju assoċjat ma’ tali kard, tista’, abbażi tal-kuntratt konkluż bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u dan l-utent, tintuża minn kull individwu li jkun fil-pussess tal-kard, biex jitħallsu ammonti żgħar inskritti addebitu ta’ dan il-kont, sal-limitu awtorizzat mill-imsemmi kuntratt, mingħajr il-ħtieġa li jintużaw kredenzjali ippersonalizzati ta’ sigurtà, li huma rispettivi għad-detentur tal-kont ikkonċernat, għall-finijiet ta’ “awtentikazzjoni”, jew saħansitra “awtentikazzjoni qawwija”, tal-ordni ta’ pagament, fis-sens tal-Artikolu 4(29) sa (31) ta’ din id-direttiva. |
77 |
Għandu jiġi speċifikat li l-funzjoni NFC hija, fid-dawl tal-aspetti speċifiċi tagħha, ġuridikament dissoċjabbli mill-funzjonijiet l-oħra li bihom hija mogħnija l-kard bankarja li sservi bħla medium għaliha, li min-naħa tagħhom jeħtieġu l-użu ta’ kredenzjali ppersonalizzati ta’ sigurtà, b’mod partikolari sabiex jitħallsu ammonti ta’ valur għola mil-limitu stabbilit għall-użu tal-funzjoni NFC. Għalhekk, din tal-aħħar, ikkunsidrata waħedha, tista’ tiġi kkwalifikata bħala strument ta’ pagament, fis-sens tal-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366, u taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tagħha. |
78 |
Tali interpretazzjoni hija ta’ natura li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2015/2366, minħabba li l-fatt li l-funzjoni NFC hija għalhekk direttament suġġetta għar-rekwiżiti imposti minn din id-direttiva ma jiffavorixxix biss l-iżvilupp ta’ dan il-mezz ġdid ta’ pagament fil-kuntest ta’ kompetizzjoni xierqa bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, iżda wkoll il-protezzjoni tal-utenti ta’ dawn is-servizzi, b’mod partikolari ta’ dawk li għandhom il-kwalità ta’ konsumaturi, konformement mal-linji gwida previsti fil-preambolu ta’ din id-direttiva, u b’mod partikolari mill-premessa 6 tiegħu. |
79 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (a) tat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-funzjoni NFC li biha hija mgħammra kard bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali u li tippermetti li jitwettqu pagamenti ta’ ammonti żgħar addebitu tal-kont bankarju assoċjat ma’ din il-kard, tikkostitwixxi “strument ta’ pagament”, kif iddefinit f’din id-dispożizzjoni. |
Fuq il-punt (b) tat-tieni domanda
80 |
Permezz tal-punt (b) tat-tieni domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-pagament mingħajr kuntatt ta’ ammont ta’ valur baxx permezz tal-funzjoni NFC ta’ kard bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali jikkostitwixxix użu “anonimu” tal-istrument ta’ pagament inkwistjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ta’ deroga. |
81 |
Skont l-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366, f’dak li jirrigwarda strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx, kif iddefiniti fil-frażi introduttiva tal-imsemmi paragrafu, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jiftiehem mal-utent tas-servizzi tiegħu li huma ser jidderogaw mid-dispożizzjonijiet elenkati f’dan il-punt b), meta “l-istrument ta’ pagament jintuża anonimament” jew meta “l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx f’pożizzjoni għal raġunijiet oħrajn li huma intrinsiċi għall-istrument ta’ pagament biex jagħti prova li tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata”. |
82 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li mill-Artikolu 53(1)(b) tad-Direttiva 2007/64, li sar l-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366, kien jirriżulta li ċerti strumenti ta’ pagament jintużaw b’mod anonimu, u li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma humiex obbligati li jipproduċu l-prova tal-awtentikazzjoni tat-tranżazzjoni inkwistjoni fil-każ previst fl-Artikolu 59 ta’ din l-ewwel direttiva, li sar l-Artikolu 72 ta’ din it-tieni direttiva (sentenza tad-9 ta’ April 2014, T-Mobile Austria, C‑616/11, EU:C:2014:242, punt 34). |
83 |
B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366 jippermetti li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent tas-servizzi tiegħu jidderogaw, permezz ta’ ftehim, l-ewwel nett, mill-Artikolu 72 ta’ din id-direttiva, li jimponi fuq il-fornitur l-obbligu li jipprova l-awtentikazzjoni u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament, it-tieni nett, mill-Artikolu 73 tagħha, li jistabbilixxi l-prinċipju tar-responsabbiltà tal-fornitur fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati u, it-tielet nett, mill-Artikolu 74(1) u (3) tal-imsemmija direttiva, li jidderoga parzjalment mill-imsemmi prinċipju billi jipprevedi l-qies li fih il-pagatur jista’ jkun obbligat li jsostni, sal-ammont ta’ EUR 50, it-telf marbut ma’ tali tranżazzjonijiet, ħlief wara n-notifika lill-fornitur tat-telf, tas-serq jew tal-miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament. |
84 |
Għandu jiġi enfasizzat li, minħabba n-natura ta’ deroga tiegħu, l-Artikolu 63(1)(b) ta’ din id-direttiva għandu jkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta. |
85 |
Kif indikaw il-qorti tar-rinviju u l-Kummissjoni, mill-formulazzjoni tal-imsemmi Artikolu 63(1)(b), moqri fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imsemmija fih, jirriżulta li l-karatteristika komuni taż-żewġ każijiet li fihom jista’ jsir użu mid-deroga li huwa jipprevedi hija l-inkapaċità oġġettiva tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jistabbilixxi li tranżazzjoni ta’ pagament ġiet debitament awtorizzata, jew minħabba l-użu “anonimu” tal-istrument ta’ pagament ikkonċernat, jew għal “raġunijiet oħrajn li huma intrinsiċi għall-[dan tal-aħħar]”. |
86 |
F’dan il-każ, f’dak li jirrigwarda l-punt ta’ jekk pagament imwettaq permezz tal-funzjoni NFC ta’ kard bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali jistax jiġi kkwalifikat bħala użu “anonimu”, fis-sens tal-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin. |
87 |
Minn naħa, il-kard inkwistjoni titqies li hija “ppersonalizzata” meta hija tkun assoċjata ma’ kont bankarju ta’ klijent speċifiku, jiġifieri l-“pagatur ” kif iddefinit fl-Artikolu 4(8) ta’ din id-direttiva, u meta dan il-kont jiġi addebitat wara pagament imwettaq permezz tal-funzjoni NFC. Min-naħa l-oħra, pagament ta’ dan it-tip, li huwa limitat għal ammonti ta’ valur baxx, jeħtieġ biss li jkun hemm il-pussess ta’ din il-kard, ladarba l-imsemmija funzjoni tkun ġiet attivata mill-klijent, u mhux awtentikazzjoni bl-użu ta’ kredenzjali ta’ sigurtà personali, bħal kodiċi PIN jew firma. Minn din l-aħħar ċirkustanza jirriżulta li kull individwu li għandu aċċess għall-imsemmija kard jista’ jwettaq tali pagament, sal-limitu awtorizzat, inkluż mingħajr il-kunsens tad-detentur tal-kont, fil-każ ta’ telf, ta’ serq jew ta’ miżapproprjazzjoni tal-kard. |
88 |
F’dan il-kuntest, għandha ssir distinzjoni bejn l-identifikazzjoni tad-detentur tal-kont addebitat, li tirriżulta direttament mill-personalizzazzjoni tal-kard ikkonċernata, u l-awtorizzazzjoni ta’ pagament eventwalment mogħtija minn dan id-detentur, li ma tistax tiġi kkonfermata mis-sempliċi użu tal-kard meta l-pagament inkwistjoni jitwettaq permezz tal-funzjoni NFC. Fil-fatt, il-kunsens tad-detentur fir-rigward ta’ tali pagament ma jistax jiġi inferit mis-sempliċi pussess fiżiku tal-kard mgħammra b’din il-funzjoni. |
89 |
Għaldaqstant, l-użu tal-funzjoni NFC għall-finijiet tal-pagament ta’ ammonti żgħar jikkostitwixxi użu “anonimu”, fis-sens tal-Artikolu 63(1)(b) ta’ din id-direttiva, minkejja li l-kard mogħnija bl-imsemmija funzjoni hija assoċjata ma’ kont bankarju ta’ klijent speċifiku. Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx oġġettivament kapaċi li jidentifika l-persuna li tkun ħallset permezz ta’ dan il-mezz ta’ pagament u, għaldaqstant, li jivverifika, jew saħansitra li jipprova, li t-tranżazzjoni ġiet debitament awtorizzata mid-detentur tal-kont. |
90 |
Hekk kif sostna DenizBank, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-għanijiet tad-Direttiva 2015/2366 li jikkonsistu f’li jagħmlu “possibbli l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ pagament, li huma faċli li jintużaw u li jkunu aċċessibbli, għal pagamenti b’riskju baxx, bħal pagamenti ta’ valur baxx bħala pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ”, kif stipulat fil-premessa 96 tagħha, u li “jippermettu l-ilħuq ta’ suq usa’ permezz ta’ mezzi ġodda ta’ pagament u jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-użu ta’ dawn is-servizzi ta’ pagament”, kif stipulat fil-premessa 6 ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, il-premessa 81 ta’ din id-direttiva tindika li “[s]trumenti tal-pagament ta’ valur baxx għandhom ikunu alternattiva rħisa u faċli biex tintuża fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi bi prezz baxx u ma għandhomx ikunu mgħobbija żżejjed b’rekwiżiti eċċessivi”, filwaqt li tispeċifika li “l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikollhom protezzjoni adegwata”. Fil-fatt, ma huwiex biss fl-interess tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, iżda wkoll fl-interess tal-klijent tiegħu li jkun hemm, sakemm dan tal-aħħar jixtieq u jibqa’ suffiċjentement protett, mezzi ta’ pagament innovattiva, rapidi u sempliċi li jintużaw, bħall-funzjoni NFC. |
91 |
Barra minn hekk din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366 hija konformi mal-istruttura ġenerali tal-imsemmija direttiva, sa fejn, fid-dawl tar-regoli stabbiliti minnha, klijent li għażel li jibbenefika minn strument ta’ pagament sempliċi u mingħajr bżonn ta’ identifikazzjoni għall-pagamenti ta’ valur baxx, bħall-funzjoni NFC, għandu jitqies bħala li aċċetta li eventwalment ikun espost għall-effetti tal-limiti kuntrattwali tar-responsabbiltà tal-fornitur li huma awtorizzati abbażi ta’ din id-dispożizzjoni. |
92 |
Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni, billi llimita, hekk kif dan jirriżulta mill-frażi introduttiva tal-imsemmi paragrafu 1, l-ammont ta’ telf finanzjarju li għandu jiġi potenzjalment sostnut minn klijent, jippermetti li jiġi żgurat, konformement mal-artikoli ta’ din id-direttiva moqrija fid-dawl tal-premessi ċċitati fil-punt 90 ta’ din is-sentenza, bilanċ bejn il-vantaġġi u r-riskji kkawżati minn tali strument, b’mod partikolari għall-klijenti li għandhom il-kwalità ta’ konsumaturi. |
93 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (b) tat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pagament mingħajr kuntatt ta’ ammont ta’ valur baxx permezz tal-funzjoni NFC ta’ kard bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali jikkostitwixxi użu “anonimu” tal-istrument ta’ pagament inkwistjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ta’ deroga. |
Fuq it-tielet domanda
94 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 għandux jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li għandu l-intenzjoni li juża d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni jistax jillimita ruħu li jiddikjara li huwa impossibbli li jimblokka l-istrument ta’ pagament ikkonċernat jew li jimpedixxi t-tkomplija tal-użu tiegħu, filwaqt li, fid-dawl tal-istat oġġettiv tal-għarfien tekniku disponibbli, tali impossibbiltà ma tistax tiġi stabbilita. |
95 |
Abbażi tal-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366, f’dak li jirrigwarda strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx, kif iddefiniti fil-frażi introduttiva tal-imsemmi paragrafu, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jiftiehem mal-utent tas-servizzi tiegħu li huma ser ikunu eżentati minn uħud mill-obbligi reċiproċi tagħhom, jiġifieri dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet elenkati f’dan il-punt (a), “jekk l-istrument ta’ pagament” li huwa s-suġġett tal-kuntratt qafas li huma kkonkludew “ma jippermettix l-imblokkar tiegħu” jew “il-prevenzjoni tal-użu ulterjuri tiegħu”. |
96 |
Mill-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu 63(1)(a) jirriżulta b’mod ċar li l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ deroga prevista minn din id-dispożizzjoni hija suġġetta għall-konstatazzjoni tal-impossibbiltà, intrinsika għall-istrument ta’ pagament inkwistjoni, li dan tal-aħħar jiġi mblokkat jew li l-użu ulterjuri tiegħu jiġi pprevenut. |
97 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2007/64, li għalih jikkorrispondi l-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366, kien jipprevedi li d-deroga li huwa kien jistabbilixxi kellha tapplika fil-każ konkret fejn “l-istrument tal-ħlas [ta’ pagament] ma [kienx jippermetti] l-ibblukklar tiegħu jew il-prevenzjoni ta’ aktar użu tiegħu”. |
98 |
Għaldaqstant, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jixtieq juża l-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 ma jistax, sabiex jillibera ruħu mill-obbligi rispettivi tiegħu, jikkuntenta ruħu li jsemmi, fil-kuntratt qafas dwar l-istrument ta’ pagament ikkonċernat, li ma huwiex possibbli għalih li jimblokka dan l-istrument jew li jimpedixxi t-tkomplija tal-użu tiegħu. Dan il-fornitur għandu jistabbilixxi, u fil-każ ta’ tilwima għandu l-oneru li jipproduċi l-prova, li l-imsemmi strument bl-ebda mod ma jippermetti, għal raġunijiet tekniċi, li jiġi mblukkat jew li jiġi pprevenut l-użu ulterjuri tiegħu. Jekk il-qorti adita tqis li kien materjalment possibbli li tali mblukkar jitwettaq jew li jkun hemm tali prevenzjoni ta’ użu, fid-dawl tal-istat oġġettiv tal-għarfien tekniku disponibbli, iżda li l-fornitur ma użax dan l-għarfien, ma jistax ikun hemm applikazzjoni, favur dan tal-aħħar, tal-imsemmi Artikolu 63(1)(a). |
99 |
Din l-interpretazzjoni ta’ kliem l-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 hija kkonfermata kemm minn interpretazzjoni sistematika kif ukoll minn interpretazzjoni teleoloġika tal-imsemmija dispożizzjoni. |
100 |
F’dak li jirrigwarda l-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2015/2366, għandu jitfakkar li l-Artikolu 63(1)(a) ta’ din tal-aħħar jippermetti li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent tas-servizzi tiegħu jidderogaw, permezz ta’ ftehim, mill-applikazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw, l-ewwel nett, mill-Artikolu 69(1)(b) ta’ din id-direttiva, li jġiegħel lill-utent jinforma mingħajr dewmien lill-fornitur bit-telf, bis-serq, bil-miżapproprjazzjoni jew b’kull użu mhux awtorizzat tal-istrument ta’ pagament ikkonċernat, it-tieni nett, mill-Artikolu 70(1) (c) u (d) tagħha, li jimponu fuq il-fornitur l-obbligu li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent mezzi, mingħajr ħlas, sabiex dan tal-aħħar iwettaq din in-notifika jew li jitlob l-iżblukkar tal-imsemmi strument, kif ukoll, it-tielet nett, mill-Artikolu 74(3) tal-imsemmija direttiva, li jillibera lill-pagatur, ħlief fil-każ ta’ aġiri frawdolenti min-naħa tiegħu, mill-konsegwenzi finanzjarji tal-użu tal-istrument mitluf, misruq jew miżapproprjat, li jseħħ wara n-notifika hekk prevista. |
101 |
Peress li jistabbilixxi eċċezzjoni għar-regoli li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet l-oħra msemmija fil-punt preċedenti, l-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 għandu jkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta b’tali mod li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni ma jistgħux ikunu kkonċepiti b’tali mod li jiġi eliminat l-oneru tal-prova li għandu jkollha l-persuna li tinvoka l-imsemmija eċċezzjoni u, għaldaqstant, li tali persuna tiġi eżentata mill-konsegwenzi dannużi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-imsemmija regoli. |
102 |
F’dak li jirrigwarda l-għanijiet tad-Direttiva 2015/2366, jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessi 6, 53 u 63 tagħha li din hija intiża li tipproteġi l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u, b’mod partikolari, li toffri livell għoli ta’ protezzjoni lil dawk li għandhom il-kwalità ta’ konsumaturi (ara, f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 2007/64, is-sentenzi tal-25 ta’ Jannar 2017, BAWAG, C‑375/15, EU:C:2017:38, punt 45, u tat-2 ta’ April 2020, PrivatBank, C‑480/18, EU:C:2020:274, punt 66). |
103 |
Barra minn hekk, skont kliem il-premessa 91 tad-Direttiva 2015/2366, il-fornituri ta’ tali servizzi huma responsabbli mill-miżuri ta’ sigurtà, li għandhom ikunu proporzjonali għar-riskji assoċjati ma’ dawn is-servizzi, u huma għandhom, b’mod partikolari, jistabbilixxu qafas biex itaffu r-riskji u jżommu proċeduri effettivi ta’ ġestjoni tal-inċidenti, konformement mal-Artikolu 95 ta’ din id-direttiva. Minkejja li l-premessa 96 tal-imsemmija direttiva donnha ttaffi xi ftit dawn l-obbligi f’dak li jirrigwarda l-“pagamenti ta’ valur baxx bħala pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ”, madankollu dan ma jikkonfutax il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fil-qasam ta’ sigurtà, billi tistipula li “l-eżenzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sigurtà għandhom ikunu speċifikati fl-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji”, kif jipprevedi l-Artikolu 98 tal-istess direttiva. Għalhekk, l-Artikoli 2 u 11 tar-Regolament Delegat 2018/389, moqrija fid-dawl tal-premessi 9 u 11 tiegħu, jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet l-imsemmija fornituri jistgħu jidderogaw mir-regola tal-awtentikazzjoni qawwija għal tali pagamenti mingħajr kuntatt. |
104 |
Madankollu, hekk kif jenfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 60 u 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun jista’ jeżenta ruħu mir-responsabbiltà tiegħu billi jallega sempliċement li huwa impossibbli għalih li jimblokka l-istrument ta’ pagament ikkonċernat jew li jipprevjeni l-użu ulterjuri tiegħu, huwa jkun għalhekk jista’ faċilment, billi jipproponi offerta teknikament medjokri, iqiegħed fuq l-utent tas-servizzi tiegħu l-oneru tar-riskji marbuta mal-pagamenti mhux awtorizzati. Tali trasferiment ta’ dawn ir-riskji u tal-konsegwenzi dannużi relatati magħhom la jkun konformi mal-għan ta’ protezzjoni tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, u b’mod iktar partikolari tal-konsumaturi, u lanqas mar-regola li tgħid li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jassumu r-responsabbiltà li jadottaw miżuri xierqa ta’ sigurtà, li t-tnejn li huma jiffurmaw il-bażi tas-sistema stabbilita bid-Direttiva 2015/2366. |
105 |
L-interpretazzjoni li ġiet aċċettata tal-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 ma tistax tiġi kkonfutata mill-argumenti ta’ DenizBank li jgħidu li din l-analiżi tkun ta’ ħsara għall-iżvilupp ta’ mudelli kummerċjali ġodda fil-qasam tas-servizzi ta’ pagament ta’ ammonti żgħar u tkun ta’ preġudizzju għal-libertà tal-fornituri li jipproponu kard ta’ pagament li fir-rigward tagħha jkun sempliċement iddikjarat li din ma tistax tiġi mblukkata, irrispettivament mir-raġuni. Fil-fatt, dawn l-argumenti mhux biss talli jmorru kontra l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll kontra l-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva u kontra l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti l-imsemmija dispożizzjoni. |
106 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366 għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li għandu l-intenzjoni li juża d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni ma jistax jillimita ruħu li jiddikjara li huwa impossibbli li jimblokka l-istrument ta’ pagament ikkonċernat jew li jimpedixxi t-tkomplija tal-użu tiegħu, filwaqt li, fid-dawl tal-istat oġġettiv tal-għarfien tekniku disponibbli, tali impossibbiltà ma tistax tiġi stabbilita. |
Fuq il-limitazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ din is-sentenza
107 |
Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, DenizBank talbet, essenzjalment, li l-Qorti tal-Ġustizzja tillimita l-effetti ratione temporis tas-sentenza tagħha, b’mod iktar partikolari, fil-każ fejn hija tiddeċiedi li l-funzjoni NFC ta’ kard bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali ma tikkostitwixxix “strument ta’ pagament” fis-sens tal-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366. Insostenn ta’ din it-talba, hija tinvoka l-effetti finanzjarji kunsiderevoli li s-sentenza tista’ tipproduċi u l-fatt li l-impriżi kkonċernati setgħu leġittimament jimxu ma’ interpretazzjoni differenti. |
108 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, huwa biss f’każijiet eċċezzjonali ferm li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretata bil-għan li tqiegħed inkwistjoni relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti f’bona fide. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tingħata, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-bona fide tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-10 ta’ Lulju 2019, WESTbahn Management, C‑210/18, EU:C:2019:586, punt 45, kif ukoll tat-3 ta’ Ottubru 2019, Schuch-Ghannadan, C‑274/18, EU:C:2019:828, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
109 |
Għall-kompletezza, għandu jiġi osservat li jidher li t-talba ta’ DenizBank tressqet biss fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-punt (a) tat-tieni domanda, li ma huwiex il-każ. F’kull każ, DenizBank ma pproduċiet ebda element konkret u speċifiku li jista’ jistabbilixxi l-fondatezza tat-talba tagħha, sa fejn hija tillimita ruħha li tinvoka argumenti ta’ natura ġenerali. |
110 |
Għalhekk, ma hemmx lok li l-effetti ta’ din is-sentenza jiġu limitati ratione temporis. |
Fuq l-ispejjeż
111 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn ir-raġunijiet, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.