This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0021
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 3 September 2020.#Criminal proceedings against XN and Others.#Requests for a preliminary ruling from the Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden.#Reference for a preliminary ruling – Waste – Shipments – Regulation (EC) No 1013/2006 – Waste subject to the prior written notification and consent procedure – Article 1(3) – Shipments subject to approval requirements – Directive 2008/98/EC – Article 5(1) – Concept of ‘by-products’ – Regulation (EC) No 1069/2009 – Article 3, point 1 – Concept of ‘animal by-products’ – Shipments of a mixture of animal by-products and other material.#Joined Cases C-21/19 to C-23/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2020.
Proċeduri kriminali kontra XN et.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skart – Vjeġġi – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel – Artikolu 1(3) – Vjeġġi suġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni – Direttiva 2008/98/KE – Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ ‘prodotti sekondarji’ – Regolament (KE) Nru 1069/2009 – Il-punt 1 tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ ‘prodotti sekondarji mill-annimali’ – Vjeġġi ta’ taħlita ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ materjali oħra.
Kawżi magħquda C-21/19 sa C-23/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2020.
Proċeduri kriminali kontra XN et.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skart – Vjeġġi – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel – Artikolu 1(3) – Vjeġġi suġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni – Direttiva 2008/98/KE – Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ ‘prodotti sekondarji’ – Regolament (KE) Nru 1069/2009 – Il-punt 1 tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ ‘prodotti sekondarji mill-annimali’ – Vjeġġi ta’ taħlita ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ materjali oħra.
Kawżi magħquda C-21/19 sa C-23/19.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:636
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
3 ta’ Settembru 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skart – Vjeġġi – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel – Artikolu 1(3) – Vjeġġi suġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni – Direttiva 2008/98/KE – Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ ‘prodotti sekondarji’ – Regolament (KE) Nru 1069/2009 – Il-punt 1 tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ ‘prodotti sekondarji mill-annimali’ – Vjeġġi ta’ taħlita ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ materjali oħra”
Fil-Kawżi magħquda C‑21/19 sa C‑23/19,
li għandha bħala suġġett tliet talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Qorti tal-Appell ta’ Arnhem-Leeuwarden, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjonijiet tad-19 ta’ Diċembru 2018, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-15 ta’ Jannar 2019, fil-proċeduri kriminali kontra
XN (C‑21/19),
YO (C‑22/19),
P. F. Kamstra Recycling BV (C‑23/19),
fil-preżenza ta’:
Openbaar Ministerie,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-4 ta’ Diċembru 2019,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal XN, YO u P. F. Kamstra Recycling BV, minn M. J. J. E. Stassen u R. Laan, advocaten, |
|
– |
għall-Openbaar Ministerie, minn A. C. L. van Holland, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, C. S. Schillemans u H. S. Gijzen, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn J. Traband, D. Colas, A.-L. Desjonquères u C. Mosser, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u G. Hesse, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Farrell, F. Thiran, u L. Haasbeek, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-19 ta’ Marzu 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2006, L 190, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 334, p. 46 u fil-ĠU 2015, L 277, p. 61), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 (ĠU 2012, L 46, p. 30) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1013/2006”), tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU 2009, L 300, p. 1). |
|
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra XN, YO u P. F. Kamstra Recycling BV rigward vjeġġi ta’ taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ materjali oħra mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn il-Ġermanja. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 1013/2006
|
3 |
L-Artikolu 1(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprevedi: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċeduri u reġimi ta’ kontroll għall-vjeġġi ta’ l-iskart, skond l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjaġġ, it-tip ta’ skart trasportat u t-tip ta’ trattament li għandu jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu. 2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vjeġġi ta’ skart:
[…] 3. Dan li ġej għandu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament: […]
[…]” |
|
4 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprevedi: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
[…]
[…]” |
Id-Direttiva 2008/98
|
5 |
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2008/98 jipprevedi: “Dawn li ġejjin għandhom jiġu eskluzi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sal-punt li huma koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra: […]
[…]” |
|
6 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]” |
|
7 |
Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Prodotti sekondarji”: “1. Sustanza jew oġġett, li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni, li l-għan primarju tagħhom mhuwiex il-produzzjoni ta’ dak l-artikolu, jista’ jitqies li mhuwiex skart kif imsemmi fil-punt (1) ta’ l-Artikolu 3 iżda bħala prodott sekondarju biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
[…]” |
Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali
– Ir-Regolament Nru 1774/2002
|
8 |
Intitolat “Definizzjonijiet”, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1774/2002, kien jipprevedi: “1. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]” |
|
9 |
L-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Il-Materjal ta’ Kategorija 3”, kien jipprevedi li “[m]aterjal ta’ Kategorija 3 għandu jikkomprendi prodotti sekondarji ta’ l-annimali tad-deskrizzjoni li ġejja, jew xi materjal li jikkontjeni prodotti sekondarji bħal dawn”. It-termini “jew xi materjal li jikkontjeni prodotti sekondarji bħal dawn” kienu wkoll użati għad definizzjoni tal-materjal tal-Kategoriji 1 u 2, li jinsabu fl-Artikoli 4 u 5 ta’ l-imsemmi regolament. |
|
10 |
L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1774/2002, intitolat “Il-Kunsinna ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti pproċessati lil Stati Membri oħra”, kien jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-irċevuta ta’ materjal tal-Kategoriji 1 u 2, prodotti pproċessati derivati minn dan il-materjal u proteina pproċessata tal-annimali kellha tiġi approvata mill-Istat Membru destinatarju. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 8 kien jipprevedi li l-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti pproċessati msemmija fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali jew, fejn l-imsemmi regolament jipprevedih, ċertifikat tas-saħħa, u ttrasportati direttament lejn l-impjant destinatarju, li kellu jkun ġie awtorizzat skont l-istess regolament. |
– Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009
|
11 |
Il-premessi 5, 6, 57 u 58 tar-Regolament Nru 1069/2009 jgħidu:
[…]
|
|
12 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom, biex jiġu milqugħa minn qabel u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b’mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf.” |
|
13 |
L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jipprevedi: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1. ‘prodotti sekondarji mill-annimali’ tfisser iġsma jew partijiet ta’ annimali, jew prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi ooċiti, embrijuni u semen; […] 27. ‘skart’ tfisser skart kif definit fil-,punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva [2008/98].” |
|
14 |
L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, intitolat “Kategorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu kkategorizzati f’kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġej minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, skont il-listi stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.” |
|
15 |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedu, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li fihom il-materjal fil-Kategoriji 1, 2 u 3, jekk ikun jikkostitwixxi skart, jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ koinċenerazzjoni. |
|
16 |
L-Artikolu 41 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Importazzjoni u transitu”, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “B’deroga mill-paragrafu 1, l-importazzjoni u t-transitu ta’: […]
[…]” |
|
17 |
L-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 1069/2009, intitolat “Esportazzjoni”, jipprevedi, fil-paragrafu 5 tiegħu: “B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-esportazzjoni ta’: […]
|
|
18 |
Skont l-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1069/2009, intitolat “Kontrolli għad-dispaċċ lejn Stati Membri oħrajn”: “1. Meta operatur ikun bi ħsiebu jibgħat materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u ikel ta’ laħam u għadam jew xaħam tal-annimali li jkun ġej minn materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2 lejn Stat Membru ieħor, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jiddeċiedi mal-applikazzjoni mill-operatur, f’perjodu speċifiku ta’ żmien:
[…] 6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 5, il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fihom li tħalltu jew ġew ikkontaminati ma’ kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni [2000/532] għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħrajn suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament [Nru 1013/2006]. […]” |
– Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011
|
19 |
Il-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU 2011, L 54, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1084 tal-25 ta’ Ġunju 2019 (ĠU 2019, L 171, p. 100), jinkludi mudell tad-dokument kummerċjali għat-trasport, fl-Unjoni Ewropea, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti derivati mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem, b’mod konformi mar-Regolament Nru 1069/2009. Dan id-dokument, li, skont il-punt 4 ta’ dan il-Kapitolu III, għandu jakkumpanja il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati matul it-trasport tagħhom fl-Unjoni, isemmi, fin-nota tiegħu marbuta mal-kaxxa I.31 tiegħu, intitolata “Identifikazzjoni tal-[prodotti]”, dan li ġej: “[…] Daħħal prodott magħżul mil-lista li ġejja: […] [natura tal-prodott sekondarju mill-annimali jew tal-prodott derivat] imħallta ma’ skart mhux perikoluż [il-kodiċi EURAL] […]”. |
Id-dritt Olandiż
|
20 |
L-Artikolu 1.1(6) tal-Wet milieubeheer (il-Liġi dwar l-Immaniġġar tal-Ambjent) jipprevedi: “[…]F’kull każ, il-materjali, taħlitiet jew oġġetti li huma prodotti sekondarji fis-sens tal-Artikolu 5 tad-[Direttiva 2008/98] ma humiex ikkunsidrati bħala skart meta dawn il-prodotti sekondarji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu ċċitat iktar ’il fuq u l-kriterji indikati għal dawn il-finijiet f’miżura ta’ implimentazzjoni adottata skont l imsemmi artikolu tad-[Direttiva 2008/98] jew f’regolament adottata mill Uffiċċju tal-Prosekutur tagħna.” |
|
21 |
L-Artikolu 10.60(2) ta’ din il-liġi jipprevedi: “Hija pprojbita l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet kif mfissra fl-Artikolu 2(35) tar-[Regolament Nru 1013/2006, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ ‘vjeġġ illegali’].” |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
|
22 |
Fil-kuntest ta’ tliet proċeduri kriminali, l-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkuża lil P. F. Kamstra Recycling kif ukoll lil XN u YO, żewġ persuni fiżiċi li jaħdmu għal din il-kumpannija (iktar ’il quddiem, flimkien, l-“akkużati”), li, bejn l-10 ta’ Ġunju 2011 u d-19 ta’ Ġunju 2012, ittrasferixxew mill-Pajjiżi l Baxxi lejn il-Ġermanja, mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti u/jew skont ir-Regolament Nru 1013/2006, taħlita ta’ salmura u ta’ tessuti tal-annimali, taħlita ta’ residwi ta’ xaħam u ta’ salmura, taħlita ta’ ħama tad-drenaġġ u ta’ skart ieħor (mhux magħruf), taħlita ta’ ħama tad-drenaġġ u ta’ skart (prodotti mill-ħalib), kif ukoll taħlita ta’ ħama tat-trattament ta’ ilma tal-iskart u ta’ konċentrat tal-proteina. |
|
23 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li mill-inqas waħda jew tnejn minn dawn it-taħlitiet kienu jikkonsistu parzjalment fi prodotti sekondarji mill-annimali u parzjalment f’materjal ieħor, u li l-prodotti sekondarji mill-annimali, f’dan il-każ, kienu jikkonċernaw materjali tal Kategorija 3, fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1069/2009. L-imsemmija taħlitiet kienu intiżi sabiex jintużaw f’impjant ta’ produzzjoni ta’ bijogass fil-Ġermanja. |
|
24 |
Din il-qorti tosserva li l-kwistjoni li tqum f’dawn il-kawżi hija dik dwar jekk il-vjeġġi ta’ taħlitiet imsemmija fl-akkużi jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006 jew f’dak tar-Regolament Nru 1069/2009. |
|
25 |
Hija tindika li l-Uffiċċju tal-Prosekutur iqis li r-Regolament Nru 1013/2006 huwa applikabbli, peress li t-taħlitiet imsemmija b’dan il-mod għandhom dejjem jiġu kklassifikati bħala “skart”. Fl-opinjoni tiegħu, il-kwistjoni dwar jekk humiex prodotti sekondarji mill-annimali għandha tiġi evalwata skont il-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, u abbażi tad-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali” li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar Regolament Nru 1069/2009. |
|
26 |
Il-qorti tar-rinviju żżid li l-akkużati jqisu li f’dan il-każ huwa r-Regolament Nru 1069/2009 li għandu jiġi applikat u mhux ir-Regolament Nru 1013/2006, għaliex it-taħlitiet imsemmija fl-akkużi jikkostitwixxu prodotti sekondarji mill-annimali. Fil-fatt, fil-qasam ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ir-Regolament Nru 1069/2009 jipprevali fuq ir-Regolament Nru 1013/2006. F’dan ir-rigward, l-akkużati jibbażaw id-dikjarazzjoni li t-taħlitiet imsemmija jikkostitwixxu prodotti sekondarji mill-annimali fuq id-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali” li tinsab fir-regolament preċedenti dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, jiġifieri, ir-Regolament Nru 1774/2002. Skont dan l-aħħar regolament, il-kunċett ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali” jinkludi wkoll “kull materjal/taħlita li tinkludi prodotti sekondarji mill-annimali”. |
|
27 |
Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li l-akkużati jallegaw li, minkejja li r-Regolament Nru 1069/2009 ma għadux isemmi li materjali li jinkludu prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu kklassifikati bħala prodotti sekondarji mill-annimali, huwa madankollu ma kienx intiż sabiex jemenda d-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali” li tinsab fir-Regolament Nru 1774/2002. Insostenn ta’ din il-pożizzjoni, l-akkużati rreferew għar-rapport tal-esperti tal-10 ta’ Marzu 2016, li ġie ordnat, fl-ewwel istanza, mir-rechtbank Gelderland (il-Qorti ta’ Gueldre, il Pajjiżi l-Baxxi). B’hekk, it-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali (bl-esklużjoni ta’ taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li fihom skart perikoluż) jaqgħu wkoll fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali”, li tinsab fir-Regolament Nru 1069/2009, mingħajr distinzjoni dwar il-proporzjon li l-prodotti sekondarji mill-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita meta mqabbla ma’ materjali oħra. |
|
28 |
Peress li r-rechtbank Gelderland (il-Qorti ta’ Gueldre) segwit il-parir mogħti fl-imsemmi rapport tal-esperti, hija lliberat lill-akkużati mill-fatti li bihom kienu akkużati. L-Uffiċċju tal-Prosekutur għalhekk ippreżenta appell minn dawn is-sentenzi liberatorji quddiem il-qorti tar-rinviju. |
|
29 |
Din tal-aħħar tosserva li mill-kuntest ġuridiku rilevanti jirriżulta li r-Regolament Nru 1013/2006 ma japplikax għall-vjeġġi li huma suġġetti għar-reġim ta’ rekwiżiti li għalihom hija suġġetta l-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 1069/2009. Fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, li jqis li materjal li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “prodott sekondarju”, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, jikkostitwixxi “skart”, li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, qabelxejn, dwar kif il-kunċett ta’ “prodotti sekondarji”, li jinsab fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98, jirrelata ma’ dak ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali”, li jinsab fir-Regolament Nru 1069/2009. B’mod partikolari, hija tistaqsi jekk materjal, li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “prodott sekondarju”, fis-sens ta’ din id-direttiva, jistax xorta waħda jiġi kkunsidrat bħala “prodott sekondarju mill-animali”, fis-sens ta’ dan ir-regolament u, għalhekk, ikun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006 skont l-Artikolu 1(3) tiegħu. |
|
30 |
Sussegwentement, skont il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi interpretat l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 sabiex jiġi stabbilit kif għandha tinftiehem l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tal-vjeġġi li huma suġġetti għar-rekwiżiti li għalihom hija suġġetta l-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 1069/2009. F’dan ir-rigward, tqum il-kwistjoni dwar jekk din l-esklużjoni tikkonċernax it-trasport bejn żewġ Stati Membri ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, indipendentement mill-kategorija li fihom jaqgħu dawn il-materjali, jew jekk it-trasport ta’ materjali msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1069/2009, li huma limitati għall-“prodotti sekondarji mill-annimali” jew għall-“prodotti derivati”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jiġifieri materjali tal-Kategorija 1, materjali tal-Kategorija 2, u ċerti prodotti derivati minnhom, inklużi proteini mill-annimali pproċessati derivati minn materjali tal-Kategorija 3. |
|
31 |
Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri wkoll il-vjeġġi ta’ taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ materjali oħra u, jekk fl-affermattiv, jekk il-proporzjon li l-prodotti sekondarji mill-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita meta mqabbla mal-materjali l-oħra hijiex rilevanti. |
|
32 |
Skont din il-qorti, f’dan ir-rigward, għandu jiġi stabbilit jekk id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali” li tinsab fir-Regolament Nru 1069/2009 tikkostitwixxix emenda sostantiva meta mqabbla ma’ dik li tinsab fir-Regolament Nru 1774/2002, fis-sens li, taħt ir-Regolament Nru 1069/2009, kwantità ta’ materjali mħallta ma’ kwantità ta’ prodott sekondarju minn annimali, tkun xi tkun il-proporzjon bejn dawn iż-żewġ kwantitajiet, ma tistax tibqa’ tiġi kklassifikata bħala “prodott sekondarju mill-animali”, b’tali mod li l-vjeġġ ta’ tali taħlita jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006. Hija tafferma li interpretazzjoni letterali ta’ din id-definizzjoni li tinsab fir-Regolament Nru 1069/2009 twassal għall-konklużjoni li dan ir-regolament kien intiż sabiex jintroduċi din l-emenda, iżda li, min-naħa l-oħra, abbażi tal-argumenti msemmija hawn fuq, li huma bbażati fuq ir-rapport tal-esperti, hija l-konklużjoni kuntrarja li tista’ tiġi dedotta. |
|
33 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il Qorti tal-Appell ta’ Arnhem-Leeuwarden) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi segwenti lill-Qorti tal Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
34 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98 u l-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1069/2009 għandhomx jinqraw fis-sens li materjal li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “prodott sekondarju”, fis-sens tal-ewwel dispożizzjoni, jista’ madankollu jitqies bħala “prodott sekondarju mill-annimali”, fis-sens tat-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet. |
|
35 |
Minn naħa, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, “prodott sekondarju” huwa sustanza jew oġġett li jirriżulta minn proċess ta’ produzzjoni li l-għan prinċipali tiegħu ma huwiex li tiġi prodotta din is-sustanza jew dan l-oġġett u li jissodisfa numru ta’ kundizzjonijiet elenkati f’dan l-Artikolu 5(1)(a) sa (d). Barra minn hekk, skont il-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1069/2009, il-“prodotti sekondarji mill-annimali” huma iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali, prodotti li ġejjin mill-annimali, jew prodotti oħra miksuba mill-annimali, li ma humiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ooċiti, l-embrijuni u s-semen. Għalhekk, minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kunċett ta’ “prodotti sekondarji”, li jinsab fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, u dak ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali”, iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1069/2009, ma jikkoinċidux u bl-ebda mod ma jirreferu għal xulxin. |
|
36 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98 jipprovdi li materjal li jikkostitwixxi “prodott sekondarju”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma jitqiesx bħala skart li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Għalhekk, skont l-imsemmija dispożizzjoni, il-kunċetti ta’ “prodott sekondarju” u ta’ “skart”, li jinsabu fid-Direttiva 2008/98, jeskludu reċiprokament lil xulxin. |
|
37 |
Min-naħa l-oħra, jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament Nru 1069/2009, meta dawn jipprevedu, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet li fihom prodotti sekondarji mill-annimali tal-Kategoriji 1, 2 u 3, jekk jikkostitwixxu skart, jintremew jew jiġu rkuprati permezz ta’ koinċenerazzjoni, li l-“prodotti sekondarji mill-annimali”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, jistgħu jikkostitwixxu “skart”, fis-sens tad-definizzjoni li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98, li għaliha jirreferi l-punt 27 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1069/2009. |
|
38 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98 u l-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1069/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li materjal li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “prodott sekondarju”, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, jista’ madankollu jitqies bħala “prodott sekondarju mill-annimali”, fis-sens tat-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
Fuq it-tieni domanda
|
39 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, il-vjeġġi kollha ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 1069/2009 jew biss uħud minn dawn il-vjeġġi, li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi imposti minn dan ir-regolament imsemmi l-aħħar. |
|
40 |
Għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrispondiet għal din id-domanda fis-sentenza tat-23 ta’ Mejju 2019, ReFood (C‑634/17, EU:C:2019:443), li ngħatat wara d-data tat-tressiq ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari. |
|
41 |
F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 1069/2009 huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, ħlief fil-każijiet fejn ir-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi b’mod espliċitu l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006. |
|
42 |
Dawn il-każijiet huma dawk li jinsabu fl-Artikolu 41(2)(b), fl-Artikolu 43(5)(b) u fl-Artikolu 48(6) tar-Regolament Nru 1069/2009, li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali mħallta ma’, jew ikkontaminati bi, skart perikoluż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Mejju 2019, ReFood, C‑634/17, EU:C:2019:443, punti 53 sa 55). |
|
43 |
Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni biss il-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali suġġetti għall-proċedura prevista fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament Nru 1069/2009, jiġifieri l-materjali tal-Kategoriji 1 u 2, fis-sens tal-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll ċerti prodotti derivati minn dawn il-materjali, bl-esklużjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali tal-Kategorija 3, fis-sens tal-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, li jibqgħu suġġetti għar-Regolament Nru 1013/2006 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Mejju 2019, ReFood, C‑634/17, EU:C:2019:443, punt 60). |
|
44 |
Konsegwentement, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 u, għaldaqstant, tal-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1069/2009, il-fatt li l-materjal ikkonċernat jagħmel parti mill-Kategorija 1, mill-Kategorija 2 jew mill-Kategorija 3 huwa irrilevanti. |
|
45 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 1069/2009 huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, ħlief fil-każijiet fejn ir-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi b’mod espliċitu l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006. |
Fuq it-tielet domanda
|
46 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tinftiehem billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-informazzjoni, miġbura fil-qasir fil-punti 22 u 23 ta’ din is-sentenza, li ġiet ipprovduta mill-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-materjali li huma s-suġġett tal-vjeġġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dik il-qorti tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għall-vjeġġ ta’ taħlita ta’ prodotti sekondarji mill-annimali tal-Kategorija 3, fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1069/2009, u materjali oħra, ikklassifikati bħala skart mhux perikoluż, fis-sens tar-Regolament Nru 1013/2006, u, fl-affermattiv, jekk il-proporzjon li l-prodotti sekondarji mill-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita hijiex ta’ importanza f’dan ir-rigward. |
|
47 |
Sa fejn, kif tfakkar fil-kuntest tal-eżami tat-tieni domanda, l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament il-vjeġġ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 1069/2009, ħlief fil-każijiet fejn dan ir-regolament imsemmi l-aħħar jipprevedi b’mod espliċitu l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, għandu jiġi stabbilit, sabiex tingħata risposta għat-tielet domanda, jekk ir-Regolament Nru 1069/2009 huwiex applikabbli għal taħlita ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart mhux perikoluż. |
|
48 |
Il-kunċett ta’ “prodotti sekondarji mill-annimali”, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 1774/2002, moqri flimkien mal-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-regolament, kien jinkludi “[kull] materjal li jikkontjeni prodotti sekondarji bħal dawn”. Madankollu, id-definizzjoni tal-kunċett ta’“prodotti sekondarji mill-annimali”, prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1069/2009, u l-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dan ir-regolament, li jirreferu, rispettivament, għall-materjali tal-Kategoriji 1, 2 u 3, ma jispeċifikawx b’mod iktar espliċitu li huma jinkludu “[kull] materjal li jikkontjeni prodotti sekondarji bħal dawn”. |
|
49 |
Madankollu, minn dan ma jirriżultax li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jeskludi mis-sistema stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1069/2009 l-prodotti sekondarji mill-annimali li huma mħallta ma’ materjali oħra. |
|
50 |
F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jiġi kkonstatat li, l-Artikolu 41(2)(b), u l-Artikolu 43(5)(b) tar-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedu, rispettivament, li l-importazzjoni u t-tranżitu, minn naħa, kif ukoll l-esportazzjoni, min-naħa l-oħra, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mħallta ma’ kwalunkwe skart ikklassifikat bħala perikoluż mid-Deċiżjoni 2000/532, jew ikkontaminat b’tali skart, isiru, b’deroga, biss mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1013/2006. |
|
51 |
B’mod simili, il-paragrafu 6 tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1069/2009 jispeċifika li, b’deroga mill-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-artikolu, il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti derivati koperti minn dawn il-paragrafi, jiġifieri l-materjali tal-Kategoriji 1 u 2 kif ukoll ċerti prodotti derivati minn dawn il-materjali, imħallta ma’ jew ikkontaminati b’tali skart perikoluż, jintbagħtu lejn Stati Membri oħra biss mingħajr preġudizzju għar-Regolament Nru 1013/2006. |
|
52 |
Issa, kieku t-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart kienu f’kull każ esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, l-inklużjoni f’dan tal-aħħar ta’ dispożizzjonijiet ta’ deroga rigward it-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart perikoluż ma kinitx tkun neċessarja. |
|
53 |
Fit-tieni lok, il-fatt li t-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 1069/2009 huwa kkonfermat, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 83 tal-konkużjonijiet tiegħu, mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 142/2011, kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2019/1084. Fil-fatt, minkejja li t-tibdil li sar permezz ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni ma huwiex applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li r-Regolament Nru 142/2011, fl-Anness VIII, Kapitolu III tiegħu, issa jinkludi mudell tad-dokument kummerċjali għat-trasport, fl-Unjoni, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti derivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, skont ir-Regolament Nru 1069/2009, fejn jissemmew b’mod espliċitu, fost l-oġġetti li għandhom ikunu akkumpanjati minn dan id-dokument kummerċjali matul it-trasport tagħhom fl-Unjoni, it-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart mhux perikoluż. |
|
54 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi osservat, kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punti 73 u 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, li mix-xogħol preparatorju marbut mar-Regolament Nru 1069/2009 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni eżamina b’mod speċifiku l-kwistjoni tas-sistema applikabbli għall-vjeġġi ta’ taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart mhux perikoluż u eskluda li dawn it-taħlitiet jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ deroga tal-Artikolu 41(2)(b), tal-Artikolu 43(5)(b) u tal-Artikolu 48(6) ta’ dan ir-regolament, u b’hekk eskluda li l-vjeġġi tagħhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1013/2006. |
|
55 |
B’dan il-mod, kemm mill-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet li jipprevedu sistema’ ta’ deroga applikabbli għat-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart perikoluż kif ukoll minn eżami tar-Regolament Nru 142/2011 u tal-oriġini tar-Regolament Nru 1069/2009 jirriżulta li dan tal-aħħar japplika għall-vjeġġ tat-taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart mhux perikoluż. |
|
56 |
Fir-raba’ lok, għandu jiġi osservat li din il-konklużjoni hija tali li tissalvagwardja l-effettività tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1069/2009, moqrija fid-dawl tal-għan segwit permezz ta’ dan ir-regolament. |
|
57 |
Fil-fatt, l-imsemmi regolament huwa intiż, minn naħa, sabiex jistabbilixxi qafas koerenti u komplet ta’ regoli tas-saħħa applikabbli b’mod partikolari għat-trasport tal-prodotti sekondarji mill-annimali, li jkunu fi proporzjon mar-riskji għas-saħħa li tikkawża l-manipulazzjoni ta’ dawn il-prodotti sekondarji minn operaturi fid-diversi stadji tal-katina, mill-ġbir tagħhom sal-użu tagħhom jew sar-rimi tagħhom, u li jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji għall-ambjent marbuta mad-diversi operazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-premessi 57 u 58 tar-Regolament Nru 1069/2009, dan huwa intiż ukoll, fl-interess ta’ koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex jiċċara l-interazzjonijiet bejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari r-Regolament Nru 1013/2006, fir-rigward tal-esportazzjoni, tal-importazzjoni u tal-vjeġġi bejn żewġ Stati Membri ta’ prodotti sekondarji mill-annimali (is-sentenza tat-23 ta’ Mejju 2019, ReFood, C‑634/17, EU:C:2019:443, punt 49). |
|
58 |
Għaldaqstant, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni, permezz tar-Regolament Nru 1069/2009, adottat wara r-Regolament Nru 1013/2006, li jistabbilixxi qafas komplet ta’ regoli applikabbli għat-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u jeżenta, ħlief fil-każ ta’ deroga espliċita, il-vjeġġ tal-prodotti sekondarji mill-annimali li huwa jkopri mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006 (is-sentenza tat-23 ta’ Mejju 2019, ReFood, C‑634/17, EU:C:2019:443, punt 56). |
|
59 |
Għaldaqstant, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jdaħħal il-vjeġġi kollha ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, inklużi l-vjeġġi ta’ tali prodotti sekondarji mħallta ma’ skart, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1069/2009, filwaqt li jissuġġetta għas-sistema speċjali prevista mir-Regolament Nru 1013/2006 l-vjeġġi ta’ taħlitiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ skart perikoluż. |
|
60 |
Għandu jiġi speċifikat li, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet f’dan ir-rigward fir-Regolamenti Nri 1013/2006 u 1069/2009, dawn għandhom jitqiesu li ma jipprevedu l-ebda limitu minimu fir-rigward tal-proporzjon ta’ prodotti sekondarji mill-annimali preżenti f’taħlita ta’ dawn il-prodotti u ta’ skart mhux perikoluż sabiex l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 u s-sistema stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1069/2009 jkunu applikabbli. |
|
61 |
Din il-kjarifika hija, madankollu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu, tal-korpi amministrattivi u ġudizzjarji kompetenti, li japplikaw is-sistema stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1013/2006 għas-sitwazzjonijiet li fihom jirriżulta, minn indikazzjonijiet konkreti, rilevanti u konsistenti, li l-operatur ikkonċernat daħħal, fi skart li huwa s-suġġett ta’ vjeġġ, kwantità ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li l-preżenza tagħhom hija ġġustifikata biss bl-għan li jiġi evitat ir-Regolament Nru 1013/2006 u li jikkawża, b’mod artifiċjali, l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1069/2009. |
|
62 |
Fil-fatt, f’tali każijiet, li jiżvelaw l-eżistenza ta’ prattika abbużiva, il-bżonn li tiġi ssalvagwardjata l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jitlob l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, peress li s-suġġett u l-iskop ta’ dan jipprevalu, f’dawn iċ-ċirkustanzi, fuq dawk tar-Regolament Nru 1069/2009. |
|
63 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għall-vjeġġ ta’ taħlita ta’ prodotti sekondarji mill-annimali tal-Kategorija 3, fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1069/2009, u ta’ materjali oħra, ikklassifikati bħala skart mhux perikoluż, fis-sens tar-Regolament Nru 1013/2006. Il-proporzjon li l-prodotti sekondarji mill-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward. |
Fuq l-ispejjeż
|
64 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.