Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0868

    Kawża C-868/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9 – Persuni taxxabbli – Artikolu 11 – Possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli waħda persuni li jkunu legalment indipendenti iżda li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (“grupp tal-VAT”) – Kunċett ta’ “rabtiet mill-qrib fuq livell finanzjarju” – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li soċjetajiet li s-soċji tagħhom, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla milli jkunu membru f’grupp tal-VAT – Ċertezza legali – Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni fiskali – Proporzjonalità – Newtralità tal-VAT)

    ĠU C 217, 7.6.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften

    (Kawża C-868/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9 - Persuni taxxabbli - Artikolu 11 - Possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli waħda persuni li jkunu legalment indipendenti iżda li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (“grupp tal-VAT”) - Kunċett ta’ “rabtiet mill-qrib fuq livell finanzjarju” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li soċjetajiet li s-soċji tagħhom, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla milli jkunu membru f’grupp tal-VAT - Ċertezza legali - Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni fiskali - Proporzjonalità - Newtralità tal-VAT)

    (2021/C 217/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Berlin-Brandenburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: M-GmbH

    Konvenut: Finanzamt für Körperschaften

    Dispożittiv

    L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà għal soċjetà li tifforma, mal-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla, grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kundizzjoni li s-soċji tas-soċjetà, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ikunu biss persuni integrati fil-livell finanzjarju f’din l-impriża.


    (1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


    Top