This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0561
Case C-561/19: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 6 October 2021 (request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato — Italy) — Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA v Rete Ferroviaria Italiana SpA (Reference for a preliminary ruling — Article 267 TFEU — Scope of the obligation on national courts or tribunals of last instance to make a reference for a preliminary ruling — Exceptions to that obligation — Criteria — Question on the interpretation of EU law raised by the parties to the national proceedings after the Court has given a preliminary ruling in those proceedings — Failure to state the reasons justifying the need for an answer to the questions referred for a preliminary ruling — Partial inadmissibility of the request for a preliminary ruling)
Kawża C-561/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Portata tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza li jagħmlu rinviju – Eċċezzjonijiet minn dan l-obbligu – Kriterji – Domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-partijiet fil-proċedura nazzjonali wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza preliminari f’dik il-proċedura – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà parzjali tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

ĠU C 481, 29.11.2021, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA
(Kawża C-561/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Portata tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza li jagħmlu rinviju - Eċċezzjonijiet minn dan l-obbligu - Kriterji - Domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-partijiet fil-proċedura nazzjonali wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza preliminari f’dik il-proċedura - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà parzjali tat-talba għal deċiżjoni preliminari)
(2021/C 481/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA
Konvenut: Rete Ferroviaria Italiana SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali għandha tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma quddiemha, sakemm din ma tikkonstatax li din id-domanda ma hijiex rilevanti jew li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni diġà kienet is-suġġett ta’ interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni hija tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli.
L-eżistenza ta’ tali possibbiltà għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tad-dritt tal-Unjoni, id-diffikultajiet partikolari li tagħti lok għalihom l-interpretazzjoni ta’ dan tal-aħħar u r-riskju ta’ diverġenzi fil-ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni.
Tali qorti ma tistax tinħeles mill-imsemmi obbligu għas-sempliċi raġuni li hija diġà ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-istess kawża nazzjonali. Madankollu, hija tista’ tastjeni milli tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà speċifiċi għall-proċedura quddiem dik il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.