EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0392

Kawża C-392/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 3(1) – Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” – Inkorporazzjoni, fis-sit internet ta’ terz, ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur permezz tal-proċess ta’ transklużjoni (framing) – Xogħol liberament aċċessibbli bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fis-sit internet tal-liċenzjatarju – Klawżola tal-kuntratt ta’ użu li teżiġi li l-liċenzjatarju jintroduċi miżuri tekniċi effikaċi kontra t-transklużjoni – Legalità – Drittijiet fundamentali – Artikolu 11 u Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

OJ C 182, 10.5.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz

(Kawża C-392/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Inkorporazzjoni, fis-sit internet ta’ terz, ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur permezz tal-proċess ta’ transklużjoni (framing) - Xogħol liberament aċċessibbli bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fis-sit internet tal-liċenzjatarju - Klawżola tal-kuntratt ta’ użu li teżiġi li l-liċenzjatarju jintroduċi miżuri tekniċi effikaċi kontra t-transklużjoni - Legalità - Drittijiet fundamentali - Artikolu 11 u Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 182/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VG Bild-Kunst

Konvenut: Stiftung Preußischer Kulturbesitz

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni l-inkorporazzjoni, permezz tat-teknika tat-transklużjoni, f’paġna internet ta’ terz, ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’aċċess liberu permezz tal-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur f’sit internet ieħor, meta din l-inkorporazzjoni tevita miżuri ta’ protezzjoni kontra t-transklużjoni adottati jew imposti minn dan id-detentur.


(1)  ĠU C 270, 12.08.2019


Top