Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0520

    Kawża T-520/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – BGC Partners vs EUIPO – Bankgirocentralen BGC (BGC PARTNERS)

    ĠU C 392, 29.10.2018, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/33


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – BGC Partners vs EUIPO – Bankgirocentralen BGC (BGC PARTNERS)

    (Kawża T-520/18)

    (2018/C 392/41)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BGC Partners LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (irrappreżentata minn: P. Walsh, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bankgirocentralen BGC AB (Stokkolma, l-Iżvezja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BGC PARTNERS – applikazzoni għal reġistrazzjoni Nru 3 808 185

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ annullament

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2185/2014-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn il-Bord tal-Appell iddeċieda li r-reġistrazzjoni għandha tiġi ddikjarata invalida minħabba “kwistjonijiet finanzjarji; kwistjonijiet monetarji; servizzi bankarji; servizzi finanzjarji; approvazzjoni finanzjarja” fil-klassi 36;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kawża odjerna;

    tbiddel id-deċiżjoni kkontestata inkonnessjoni mat-tqassim tal-ispejjeż u, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna lill-intervenjenti mingħajr suċċess għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u dawk fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

    Motivi invokati

    Il-Bord tal-Appell ddeċieda b’mod żbaljat li l-prova tal-użu kienet suffiċjenti sabiex jintwera użu ġenwin tat-trade mark;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top