EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0400

Kawża T-400/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs BUR

OJ C 301, 27.8.2018, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/41


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs BUR

(Kawża T-400/18)

(2018/C 301/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)

Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tat-12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2018 lill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni Bankarja (SRB/ES/SRF/2018/03) inkluż l-anness tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs BUR (1).


(1)  ĠU 2017, C 277, p. 51.


Top