Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0280

Kawża T-280/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – ABLV Bank vs BUR

OJ C 259, 23.7.2018, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807060461994202018/C 259/522802018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180503373821

Kawża T-280/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – ABLV Bank vs BUR

Top

C2592018MT3710120180503MT0052371382

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – ABLV Bank vs BUR

(Kawża T-280/18)

2018/C 259/52Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) tat-23 ta’ Frar 2018 fir-rigward tar-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha ABLV Bank Luxembourg, SA;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlettax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BUR ma kellux il-kompetenza biex jadotta d-deċiżjoni tal-istralċ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti billi ddikjara deċiżjoni formali biex ma jadottax miżuri ta’ riżoluzzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 ( 1 ).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/214

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għal smigħ u drittiijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR wettaq użu ħażin ta’ poter.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas tiegħu li jiżgura t-trattament tal-kwistjonijiet tar-rikorrenti mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni.


( 1 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti drittijiet tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1)

Top