Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0246

Kawża T-246/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Moreno Pérez vs Il-Kunsill

OJ C 200, 11.6.2018, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201805250541897082018/C 200/612462018TC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180416484811

Kawża T-246/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Moreno Pérez vs Il-Kunsill

Top

C2002018MT4810120180416MT0061481481

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Moreno Pérez vs Il-Kunsill

(Kawża T-246/18)

2018/C 200/61Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Maikel José Moreno Pérez (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tiegħu u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi naqas milli jagħtih aċċess fi żmien raġonevoli għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li naqas milli juri li r-rikorrent, fir-rwoli tiegħu ta’ President u ex Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Venezwela, appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazjia u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali.

Top