EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0185

Kawża T-185/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Lucchini vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-multa mħallsa b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni parzjalment annullata — Ċaħda ta’ talba intiża għall-ammissjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura amministrattiva miftuħa mill-ġdid wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni — Drittijiet tad-difiża — Att ineżistenti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Preskrizzjoni”)

OJ C 230, 8.7.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Lucchini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/18) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-multa mħallsa b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni parzjalment annullata - Ċaħda ta’ talba intiża għall-ammissjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura amministrattiva miftuħa mill-ġdid wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni - Drittijiet tad-difiża - Att ineżistenti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Preskrizzjoni”)

(2019/C 230/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lucchini SpA in AS (Piombino, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, G. Conte u T. Vecchi, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għar-rimbors tal-multa, ta’ ammont ta’ EUR 14 350 000, imposta fuqha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA, skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/37.956 — Vireg li jirrinforzaw il-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif ukoll tal-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tiġi ammessa tipparteċipa fil-kontinwazzjoni tal-proċedura f’dan l-istess każ u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament subiet minħabba ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea mwettaq mill-Kummissjoni fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lucchini SpA in AS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


Top