EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0098

Kawża T-98/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (MULTIFIT) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIFIT — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

OJ C 82, 4.3.2019, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/56


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (MULTIFIT)

(Kawża T-98/18) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIFIT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2019/C 82/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino, D. Walicka, M. Fischer u M. Eberl, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 846/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MULTIFIT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Multifit Tiernahrungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


Top