EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0750

Kawża C-750/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – A, B vs C

OJ C 93, 11.3.2019, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – A, B vs C

(Kawża C-750/18)

(2019/C 93/38)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B

Konvenut: C

Domanda preliminari

Kif għandha tiġi interpretata d-Direttiva 93/13/KEE (1), u, b’mod speċifiku, il-prinċipju tal-effett kumulattiv stabbilit minnha, fl-evalwazzjoni jekk l-ammont li l-konsumatur li jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu ikollu jħallas bħala kumpens (iktar ’il quddiem il-“klawżola tal-penali”) ikun sproporzjonatament għoli fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness ta’ dik id-direttiva, f’każ fejn il-klawżoli ta’ penalità jkunu assoċjati ma’ numru ta’ nuqqasijiet ta’ diversi tipi li, min-natura tagħhom stess, ma għandhomx iseħħu flimkien, u fil-fatt ma jseħħux flimkien f’dan il-każ?


(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol.2, p. 288).


Top