Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0702

Kawża C-702/18 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 minn Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-584/17 – Primart vs EUIPO

OJ C 82, 4.3.2019, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/6


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 minn Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-584/17 – Primart vs EUIPO

(Kawża C-702/18 P)

(2019/C 82/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz (rappreżentant: J. Skołuda, radca prawny)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Bolton Cile España, SA

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Ġunju 2017, fil-Każ R 1933/2016-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, u lil Bolton Cile España, SA, għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell, u tikkundanna l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 76 (1) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) (li issa sar l-Artikolu 95 (1) tar-Regolament Nru 2017/1001 (2)) u l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 2017/1001), billi jiddikjara l-argument tal-appellanti dwar l-appell dwar il-karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti inkwistjoni fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, inammissibbli peress li hija ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ewwel darba (punti 87 sa 90 tas-sentenza appellata).

a.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba teżamina l-motivi, anki jekk jiġu ppreżentati għall-ewwel darba quddiemha, meta l-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea kellu jikkunsidrhom ex officio.

b.

It-tifsira tal-parti ta’ trade mark f’lingwa tal-Unjoni huwa fatt magħruf li, bħala tali, għandha tiġi eżaminata ex officio mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-mezzi biex tiġi ttrattata għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa mill-Qorti Ġenerali, inklużi dawk invokati għall-ewwel darba quddiemha.

ċ.

L-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali għandha d-dritt tikkontesta l-evalwazzjoni tal-fatti magħrufa mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, billi tipproduċi provi ġodda insostenn ta’ dawn il-motivi inkluż billi tippreżenta motivi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali u tipproduċi provi ġodda insostenn ta’ dawn il-motivi.

d.

Fin-nuqqas li teżamina l-mezzi li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea kellu jikkunsidra ex officio (inkluż il-fatti magħrufa li għandhom x’jaqsmu mas-sinjifikat tat-trade marks kunfliġġenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni), il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli ta’ proċedura ġenerali u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti relevanti tal-każ quddiem il-Bord tal-Appell kienet ivvizzjata bi żbalji.

2)

Jekk il-Qorti Ġenerali kienet ikkunsidrat il-fatt magħruf li l-kelma “PRIMA” għandha tifsira ta’ tifħir (kif innutat mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-appellanti), li tfisser “l-ewwel, l-iktar importanti/l-aħjar, l-ewlenija” hija kienet tasal għal konklużjoni oħra fir-rigward tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark PRIMA, irreġistrata bin-numru ES-2 578 815, u l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea PRIMART MAREK ŁUKASIEWICZ, irreġistrata bin-Nru 013 682 299, fi kliem ieħor, hija għandha tikkonkludi li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn dawn it-trade marks.

a.

It-trade marks eżaminati jikkoinċidu fil-livell ta’ element li huwa distintiv b’mod dgħajjef u li ma għandux pożizzjoni indipendenti fit-trade mark ikkontestata. Dan il-fatt, flimkien ma’ grad medju ta’ xebh viżiv, nuqqas ta’ xebh kunċettwali kif ukoll grad baxx (jew saħansitra assenza) ta’ xebh fonetiku, jipprekludi kwalunkwe probabbiltà ta’ konfużjoni bejn dawn it-trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1)


Top