This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0676
Case C-676/18: Action brought on 30 October 2018 — European Commission v Kingdom of Belgium
Kawża C-676/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
Kawża C-676/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
ĠU C 16, 14.1.2019, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/30 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-676/18)
(2019/C 16/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, C. Cattabriga, G. von Rintelen, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skont l-Atikolu 28(1) tal-imsemmija direttiva; |
|
— |
timponi fuq ir-Renju tal-Belġju, konformement mal-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagament ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 49 906,50 għal kuljum b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/36/UE li għandu jsir f’kont li jiġi indikat mill-Kummissjoni; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-Istati Membri kienu marbuta, skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2014/36/UE, jieħdu l-miżuri nazzjonali meħtieġa sabiex jittrasponu l-obbligi ta’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2016. Fl-assenza ta’ notifika tal-miżuri kollha ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva mill-Belġju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lil-Qorti tal-Ġustizzja.
Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi impost fuq il-Belġju pagament ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 49 906,50. L-ammont tal-pagament ta’ penalità ġie kkalkolat billi ttieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità, it-tul tal-ksur u kif ukoll l-effett dissważiv fid-dawl tal-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.
(1) Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU 2014 L 94, p. 375).