This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Case C-552/18: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 29 August 2018 — Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno v Ufficio Territoriale del Governo Taranto
Kawża C-552/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto
Kawża C-552/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto
OJ C 436, 3.12.2018, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto
(Kawża C-552/18)
(2018/C 436/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno
Konvenut: Ufficio Territoriale del Governo Taranto
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u preċiżament l-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) dwar l-akkwist pubbliku, flimkien mal-premessa 101 tal-istess direttiva u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik ineżami f’dan il-każ, li tiddefinixxi l-“kondotta professjonali ħażina serja” bħala kawża ta’ esklużjoni obbligatorja ta’ operatur ekonomiku u tistabbilixxi li, fil-każ fejn il-kondotta professjonali ħażina tkun ikkawżat ix-xoljiment antiċipat ta’ kuntratt, l-operatur jista’ jiġi eskluż biss jekk ix-xoljiment ma jiġix ikkontestat jew jekk jiġi kkonfermat bħala riżultat ta’ proċedura ġudizzjarja?
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65 u rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).