EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0546

Kawża C-546/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – FN et

OJ C 427, 26.11.2018, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – FN et

(Kawża C-546/18)

(2018/C 427/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FN, GM, Adler Real Estate AG, HL, Petrus Advisers LLP

Konvenuta: Übernahmekommission

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 4 u 17 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (1), moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu interpretazzjoni li permezz tagħha deċiżjoni definittiva tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE, li tikkonstata ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jittrasponu din id-direttiva mwettaq minn persuna, ma jkollha ebda natura vinkolanti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva li tkun tmexxiet sussegwentement minn din l-awtorità superviżorja kontra din l-istess persuna, b’mod li din tal-aħħar tkun tista’ mill-ġdid tinvoka l-motivi u l-provi kollha sabiex tikkontesta, fil-fatt u fid-dritt, il-ksur diġà kkonstatat preċedentement minn din id-deċiżjoni definittiva?

2)

L-Artikoli 4 u 17 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu interpretazzjoni li permezz tagħha deċiżjoni definittiva tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE, li tikkonstata ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jittrasponu din id-direttiva mwettaq minn persuna ġuridika, ma jkollha ebda natura vinkolanti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva li tkun tmexxiet sussegwentement minn din l-awtorità superviżorja kontra l-korp awtorizzat li jirrappreżenta din il-persuna ġuridika, b’mod li l-imsemmija persuna (il-korp) tkun tista’ mill-ġdid tinvoka l-motivi u l-provi kollha sabiex tikkontesta, fil-fatt u fid-dritt, il-ksur diġà kkonstatat preċedentement minn din id-deċiżjoni definittiva?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludi li prattika nazzjonali li tipprovdi li n-natura vinkolanti hija rrikonoxxuta lil deċiżjoni definittiva tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE li tikkonstata ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jittrasponu din id-direttiva mwettaq minn persuna fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva li tkun tmexxiet sussegwentement minn din l-awtorità superviżorja kontriha, b’mod li hija ma tistax tikkontesta, fil-fatt jew fid-dritt, il-ksur ikkonstatat preċedentement b’mod definittiv?

4)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda:

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludi li prattika nazzjonali li tipprovdi li n-natura vinkolanti hija rrikonoxxuta lil deċiżjoni definittiva tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE li tikkonstata ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jittrasponu din id-direttiva mwettaq minn persuna ġuridika, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva li tmexxiet sussegwentement minn din l-awtorità superviżorja kontra l-korp rappreżentattiv ta’ din il-persuna ġuridika, b’mod li hija (il-korp) ma tistax tikkontesta, fil-fatt jew fid-dritt, il-ksur ikkonstatat preċedentement b’mod definittiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


Top