EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0484

Kawża C-484/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-20 ta’ Lulju 2018 – Société de perception et de distribution des droits des artistes-interprètes de la musique et de la danse (SPEDIDAM), PG, GF vs Institut national de l’audiovisuel

OJ C 352, 1.10.2018, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-20 ta’ Lulju 2018 – Société de perception et de distribution des droits des artistes-interprètes de la musique et de la danse (SPEDIDAM), PG, GF vs Institut national de l’audiovisuel

(Kawża C-484/18)

(2018/C 352/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société de perception et de distribution des droits des artistes-interprètes de la musique et de la danse (SPEDIDAM), PG, GF

Konvenut: Institut national de l’audiovisuel

Partijiet oħra: Syndicat indépendant des artistes-interprètes (SIA-UNSA), Syndicat français des artistes-interprètes (CGT)

Domanda preliminari

L-Artikoli 2(b), 3(2)(a) u 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 49, II, tal-loi no 86-1067 du 30 septembre 1986 relative à la liberté de communication (Liġi Franċiża Nru 86-1067 tat-30 ta’ Settembru 1986 dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni), emendata permezz tal-Artikolu 44 tal-loi no 2006-961 (Liġi Nru 2006-961) tal-1 ta’ Awwissu 2006, tistabbilixxi, favur l-Institut national de l’audiovisuel (istitut nazzjonali tal-awdjoviżiv), benefiċjarju, fuq l-arkivji awdjoviżivi, tad-drittijiet ta’ użu mill-kumpanniji nazzjonali tal-programmi, sistema derogatorja li tipprevedi li l-kundizzjonijiet għall-użu tas-servizzi tal-artisti interpreti u r-remunerazzjonijiet li jagħti lok għalihom dan l-użu huma rregolati minn ftehimiet konklużi bejn l-artisti interpreti nfushom jew l-organizzazzjonijiet ta’ impjegati li jirrappreżentaw lill-artisti interpreti u dan l-istitut, fejn dawn il-ftehimiet għandhom b’mod partikolari jispeċifikaw il-livell tar-remunerazzjonijiet u l-modalitajiet għall-ħlas ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230


Top