Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0428

Kawża C-428/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Jörg Paul Konrad Fritz Bode vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

OJ C 364, 8.10.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Jörg Paul Konrad Fritz Bode vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

(Kawża C-428/18)

(2018/C 364/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jörg Paul Konrad Fritz Bode

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

Domanda preliminari

L-Artikolu 48 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għal pensjoni tal-irtirar antiċipat, li l-ammont tal-pensjoni li għandha tiġi riċevuta għandu jkun ogħla mill-ammont minimu ta’ pensjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt li tirċievi skont din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-kunċett ta’ “pensjoni li għandha tiġi riċevuta” jinftiehem bħala l-pensjoni effettiva li titħallas unikament mill-Istat Membru kompetenti (f’dan il-każ, Spanja), mingħajr ma tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-pensjoni effettiva li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tirċievi abbażi ta’ benefiċċji oħra tal-istess natura li jitħallsu minn Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra?


Top