Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0267

Kawża C-267/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ April 2018 – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

OJ C 249, 16.7.2018, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806290191986782018/C 249/152672018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180417101122

Kawża C-267/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ April 2018 – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

Top

C2492018MT1020120180417MT0015102112

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ April 2018 – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

(Kawża C-267/18)

2018/C 249/15Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA

Konvenuta: Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ( 1 ) jista’ jiġi interpretat fis-sens li x-xoljiment ta’ kuntratt għal xogħlijiet pubbliċi għar-raġuni li parti mix-xogħlijiet ngħatat bħala subappalt mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kontraenti tikkostitwixxi nuqqas sinjifikattiv jew persistenti fit-twettiq ta’ rekwiżit sostantiv taħt kuntratt pubbliku preċedenti li jwassal biex operatur ekonomiku jiġi eskluż milli jipparteċipa fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?


( 1 ) ĠU 2014, L 94, p. 65.

Top