EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0223

Kawża C-223/18: Appell ippreżentat fis-27 ta Marzu 2018 minn Deichmann SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/16 – Deichmann vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

OJ C 249, 16.7.2018, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806290261986482018/C 249/062232018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201803273423

Kawża C-223/18: Appell ippreżentat fis-27 ta Marzu 2018 minn Deichmann SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/16 – Deichmann vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Top

C2492018MT330120180327MT00063342

Appell ippreżentat fis-27 ta Marzu 2018 minn Deichmann SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/16 – Deichmann vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-223/18)

2018/C 249/06Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea; Munich, SL

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/17;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fl-4 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 2345/2014-4;

jew, alternattivament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel ustanza kif ukoll għal dawk tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li s-sentenza appellata tikser minn diversi lati l-Artikolu 5[0](1)(a), u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (li saru l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma ddeterminatx b’mod korrett is-sens tat-terminu “trade mark” imsemmi fl-Artikolu 5[0](1)(a) u fl-Arikolu 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

1)

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-importanza u l-konsegwenzi legali tad-determinazzjoni tat-tip ta’ trade mark ikkonċernata. Hija assumiet b’mod żbaljat li l-kwistjoni dwar jekk it-trade mark kinitx waħda ta’ pożizzjoni jew inkella trade mark figurattiva ma kinitx rilevanti. Issa, fil-verità, id-distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ trade marks għandha effett importanti fuq l-iskop tagħhom u l-mod kif dawn jintużaw. L-użu tat-trade mark ikkontestata bħala trade mark figurattiva ikun differenti ħafna mill-użu bħala trade mark ta’ pożizzjoni.

2)

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma ddeterminatx b’mod korrett l-iskop tat-trade mark ikkontestata, iżda, għall-kuntrarju, tqis li din kienet trade mark ta’ pożizzjoni. It-trade mark ikkontestata hija trade mark figurattiva, peress li din saret applikazzjoni għaliha u sussegwentement ġiet irreġistrata bħala trade mark figurattiva u magħha ma ġiex mehmuża l-ebda deskrizzjoni jew dikjarazzjoni ta’ rinunzja li tissuġġerixxi l-kuntrarju. Is-sempliċi użu ta’ linji mhux kompluti ma jistax jittrasforma trade mark figurattiva fi trade mark ta’ pożizzjoni.

3)

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li Munich S.L kienet stabbilixxiet użu ġenwin mit-trade mark tagħha billi tat prova tal-bejgħ ta’ żraben miksija b’żewġ strixxi msallba fuq il-ġenb tagħhom. Dan it-tip ta’ użu huma sinonimu ma’ trade mark ta’ pożizzjoni u mhux ma’ trade mark figurattiva bħal dik ikkontestata.


( 1 ) ĠU 2017 L 154, p. 1.

Top