Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0210

Kawża C-210/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Marzu 2018 – WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

OJ C 231, 2.7.2018, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806150451954832018/C 231/122102018CJC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180323101122

Kawża C-210/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Marzu 2018 – WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

Top

C2312018MT1020120180323MT0012102112

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Marzu 2018 – WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

(Kawża C-210/18)

2018/C 231/12Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schienen-Control Kommission

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WESTbahn Management GmbH

Konvenuta: ÖBB-Infrastruktur AG

Domandi preliminari

1.

Il-punt 2(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorija “stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn” imsemmija fih tinkludi l-element tal-infrastruttura ferrovjarja “pjattaformi għall-passiġġieri” skont it-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

2.

Il-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorija “l-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja” msemmija fih tinkludi l-użu tal-pjattaformi għall-passiġġieri skont it-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva?


( 1 ) ĠU 2012, L 343, p. 32.

Top