EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0183

Kawża C-183/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

OJ C 221, 25.6.2018, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806080501931642018/C 221/061832018CJC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL201803095622

Kawża C-183/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

Top

C2212018MT520120180309MT00065262

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

(Kawża C-183/18)

2018/C 221/06Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)

Konvenuta: Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(a), 9(3) u 20(1) u (2)(b) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji ( 1 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita, li imponiet sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika, għandha tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni minkejja li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-deċiżjoni qafas ma jipprovdux għall-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi tali sanzjoni fuq persuna ġuridika?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-terminu “persuna ġuridika” msemmi fl-Artikoli 1(a) u 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI għandu jiġi interpretat:

a.

skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat emittenti (Artikolu 1(c));

b.

skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (Artikolu 1(d));

c.

bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni;

u konsegwentement, dan jinkludi wkoll fergħa ta’ persuna ġuridika, minkejja li tali fergħa ta’ persuna ġuridika ma għandhiex personalità ġuridika fl-Istat ta’ eżekuzzjoni?


( 1 ) ĠU 2006 L 159M

Top