EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CJ0305
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 8 May 2019.#Associazione "Verdi Ambiente e Società - Aps Onlus" (VAS) and “Movimento Legge Rifiuti Zero per l'Economia Circolare” Aps v Presidente del Consiglio dei Ministri and Others.#Request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.#Reference for a preliminary ruling — Environment — Directive 2008/98/EC — Disposal or recovery of waste — Establishment of an integrated waste management system guaranteeing national self-sufficiency — Construction of incineration facilities or increase in capacity of existing facilities — Classification of incineration facilities as ‘strategic infrastructure and installations of major national importance’ — Compliance with the ‘waste hierarchy’ principle — Directive 2001/42/EC — Need to carry out an ‘environmental assessment’.#Case C-305/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019.
Verdi Ambiente e Società (VAS) - Aps Onlus u Movimento Legge Rifiuti Zero per l'Economia Circolare Aps vs Presidente del Consiglio dei Ministri et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2008/98/KE – Irkupru jew rimi ta’ skart – Stabbiliment ta’ sistema integrata ta’ immaniġġar ta’ skart li tiggarantixxi l-awtosuffiċjenza nazzjonali – Bini ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni jew żieda fil-kapaċità ta’ impjanti eżistenti – Klassifikazzjoni tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni bħala ‘infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti’ – Osservanza tal-prinċipju ta’ ‘ġerarkija tal-iskart’ – Direttiva 2001/42/KE – Neċessità li ssir ‘evalwazzjoni ambjentali’.
Kawża C-305/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019.
Verdi Ambiente e Società (VAS) - Aps Onlus u Movimento Legge Rifiuti Zero per l'Economia Circolare Aps vs Presidente del Consiglio dei Ministri et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2008/98/KE – Irkupru jew rimi ta’ skart – Stabbiliment ta’ sistema integrata ta’ immaniġġar ta’ skart li tiggarantixxi l-awtosuffiċjenza nazzjonali – Bini ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni jew żieda fil-kapaċità ta’ impjanti eżistenti – Klassifikazzjoni tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni bħala ‘infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti’ – Osservanza tal-prinċipju ta’ ‘ġerarkija tal-iskart’ – Direttiva 2001/42/KE – Neċessità li ssir ‘evalwazzjoni ambjentali’.
Kawża C-305/18.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:384
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
8 ta’ Mejju 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2008/98/KE – Irkupru jew rimi ta’ skart – Stabbiliment ta’ sistema integrata ta’ immaniġġar ta’ skart li tiggarantixxi l-awtosuffiċjenza nazzjonali – Bini ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni jew żieda fil-kapaċità ta’ impjanti eżistenti – Klassifikazzjoni tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni bħala ‘infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti’ – Osservanza tal-prinċipju ta’ ‘ġerarkija tal-iskart’ – Direttiva 2001/42/KE – Neċessità li ssir ‘evalwazzjoni ambjentali’”
Fil-Kawża C‑305/18,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑28 ta’ Frar 2018, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑4 ta’ Mejju 2018, fil-proċedura
Verdi Ambiente e Società (VAS) – Aps Onlus,
Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare Aps
vs
Presidenza del Consiglio dei Ministri,
Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare,
Regione Lazio
Regione Toscana,
Regione Lombardia
fil-preżenza ta’:
Associazione Mamme per la Salute e l’Ambiente Onlus,
Comitato Donne 29 Agosto,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn C. Toader (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas u M. Safjan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: G. Hogan,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Verdi Ambiente e Società (VAS) – Aps Onlus u għall-Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare Aps, minn F. Pernazza u A. Ciervo, avvocati, |
– |
għall-Mamme per la Salute e l’Ambiente Onlus u għall-Comitato Donne 29 Agosto, minn C. Auriemma, avvocatessa, |
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Santoro, avvocato dello Stato, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara, M. Noll‑Ehlers u F. Thiran, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157, iktar ’il quddiem id-“Direttiva IEPP”), kif ukoll tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3, iktar ’il quddiem id-“Direttiva ‘skart’”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, l-assoċjazzjonijiet għad-difiża tal-ambjent Verdi Ambiente e Società (VAS) – Aps Onlus u Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare Aps, u, min-naħa l-oħra, il-Presidenza del Consiglio dei Ministri (il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, l-Italja) et, dwar rikors intiż għall-annullament tad-decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri – Individuazione della capacità complessiva di trattamento degli impianti di incenerimento di rifiuti urbani e assimilabili in esercizio o autorizzati a livello nazionale, nonché individuazione del fabbisogno residuo da coprire mediante la realizzazione di impianti di incenerimento con recupero di rifiuti urbani e assimilati (id-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri dwar id-Determinazzjoni tal-Kapaċità Globali ta’ Trattament tal-Impjanti ta’ Inċinerazzjoni ta’ Skart Muniċipali u ta’ Skart Simili, Operattivi jew Awtorizzati fuq Livell Nazzjonali, u d-Determinazzjoni ta’ Inċinerazzjoni għall-Irkupru ta’ Skart Muniċipali u ta’ Skart Simili), tal‑10 ta’ Awwissu 2016 (GURI Nru 233, tal‑5 ta’ Ottubru 2016, iktar ’il quddiem id-“Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva IEPP
3 |
Skont il-premessi 4 u 15 sa 18 tad-Direttiva IEPP:
[…]
|
4 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, bit-titolu “Għanijiet”, jipprovdi: “L-għan ta’ din id-Direttiva hu li jsiru disposizzjonijiet għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u biex issir kontribuzzjoni għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi bil-għan li jkun jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, billi jkun assigurat li, skond din id-Direttiva, issir stima ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.” |
5 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
[…]” |
6 |
Skont l-Artikolu 3 tal-Direttiva IEPP, bit-titolu “Kamp ta’ Applikazzjoni”: “1. L-istima ambjentali, skond l-Artikoli 4 sa 9, għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 li x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti. 2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,,
[…]” |
7 |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva IEPP jipprovdi: “L-istima ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 għandha ssir matul il-preparazzjoni ta’ xi pjan jew programm u qabel l-adozzjoni jew is-sottomissjoni għall-proċedura leġislattiva.” |
8 |
L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, bit-titolu “Konsultazzjonijiet”, jipprovdi, fil-paragrafu (2) tiegħu: “L-awtoritajiet […] u l-pubbliku […] għandhom jingħataw opportunità bikrija u effettiva f’limitu ta’ żmien li jkun xieraq sabiex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-pjan jew il-programm jew is-sottomissjoni tiegħu għall-proċedura leġislattiva.” |
Id-Direttiva “skart”
9 |
Skont il-premessi 6, 8, 28 u 31 tad-Direttiva “skart”:
[…]
[…]
[…]
|
10 |
Il-Kapitolu I ta’ din id-direttiva, bit-titolu “Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet”, jinkludi l-Artikoli 1 sa 7 tagħha. L-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart, u permezz tat-tnaqqis ta’ l-impatti ġenerali ta’ l-użu ta’ riżorsi u t-titjib ta’ l-effiċjenza ta’ tali użu.” |
11 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva “skart”, bit-titolu “Ġerarkija ta’ l-iskart”, jipprovdi: “1 Il-ġerarkija ta’ l-iskart, kif inhi hawn taħt, għandha tapplika bħala prinċipju ta’ gwida fil-prevenzjoni ta’ l-iskart u fil-leġiżlazzjoni u l-politika ta’ l-immaniġġar:
2. Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija ta’ l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista’ jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta’ skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ tali skart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u tal-politika ta’ l-iskart ikun proċess trasparenti għalkollox, li jkun jirrispetta r-regoli nazzjonali eżistenti li jikkonċernaw il-konsultazzjoni u s-sehem taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ġenerali, fir-rigward ta’ protezzjoni ambjentali, ta’ prekawzjoni u sostenibbiltà, fattibbiltà teknika u vijabbiltà ekonomika, protezzjoni tar-riżorsi kif ukoll jieħdu kont ta’ l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem, u l-impatti ekonomiċi u soċjali ġenerali, skond l-Artikoli 1 u 13.” |
12 |
Il-Kapitolu II ta’ din id-direttiva, bit-titolu “Rekwiżiti ġenerali”, jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha, bit-titolu “Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent”, li jipprevedi: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-immaniġġar ta’ l-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem, u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari:
|
Id-dritt Taljan
13 |
L-Artikolu 35 tad-decreto-legge no 133 (id-Digriet-Liġi Nru 133), tat‑12 ta’ Settembru 2014 (GURI Nru 212 tat‑12 ta’ Settembru 2014), maqlub f’liġi, b’emendi, permezz tal-Liġi Nru 164, tal‑11 ta’ Novembru 2014 (GURI Nru 262 tal‑11 ta’ Novembru 2014) (iktar ’il quddiem id-“Digriet-Liġi Nru 133/2014”), jipprovdi, fil-paragrafu (1) tiegħu: “F’terminu ta’ 90 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li qalbet dan id-digriet f’liġi, il-President tal-Kunsill tal-Ministri, fuq proposta tal-Ministru għall-Ambjent u għall-Protezzjoni tat-Territorju u tal-Baħar, wara konsultazzjoni mal-Konferenza Permanenti għar-Relazzjonijiet bejn l-Istat, ir-Reġjuni u l-Provinċji Awtonomi ta’ Trento u ta’ Bolzano, għandu jiddetermina permezz ta’ digriet fuq livell nazzjonali l-kapaċità globali ta’ trattament ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni operattivi, jew awtorizzati fuq livell nazzjonali, billi jindika speċifikament il-kapaċità ta’ kull impjant, kif ukoll l-impjanti ta’ inċinerazzjoni għall-irkupru tal-enerġija mill-iskart muniċipali u mill-iskart simili li għandhom jinbnew sabiex tiġi koperta l-ħtieġa residwali, iddeterminata bil-għan ta’ bilanċ mill-ġdid progressiv, fil-qasam soċjali u dak ekonomiku, bejn iż-żoni tat-territorju nazzjonali u b’osservanza tal-għanijiet ta’ ġbir separat u ta’ riċiklaġġ, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-ippjanar reġjonali. L-impjanti hekk indikati jikkostitwixxu infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti, jistabbilixxu sistema integrata u moderna ta’ mmaniġġar ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili, filwaqt li jiggarantixxu s-sigurtà nazzjonali u l-awtosuffiċjenza, jippermettu s-soluzzjoni u l-prevenzjoni tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ ksur sussegwenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ traspożizzjoni tar-regoli Ewropej tas-settur u jillimitaw ir-rimi ta’ skart fir-radam |
14 |
Id-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016 ġie adottat fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni. |
15 |
L-Artikolu 1 tad-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016, bit-titolu “Għan”, huwa fformulat kif ġej: “1. Bis-saħħa tal-Artikolu 35(1) tad-[Digriet-Liġi Nru 133/2014], dan id-digriet huwa intiż:
|
16 |
L-Artikoli 3 sa 5 tad-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016 jinkludu tabelli li jindikaw tliet kategoriji ta’ impjanti, jiġifieri l-impjanti ta’ inċinerazzjoni operattivi, bl-indikazzjoni tal-kapaċità ta’ trattament awtorizzata u tal-kapaċità ta’ trattament ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili (Tabella A), l-impjanti ta’ inċinerazzjoni awtorizzati li ma humiex operattivi, bl-indikazzjoni tal-kapaċità potenzjali ta’ trattament u tal-lokalizzazzjoni fuq bażi reġjonali (Tabella B) u l-impjanti li għandhom jinbnew jew jiġu rrinforzati, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-programmazzjoni reġjonali (Tabella C). Għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji, it-tabelli rispettivi jindikaw ukoll il-kapaċità nazzjonali globali ta’ trattament tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart operattivi f’Novembru 2015 (Tabella A), il-kapaċità potenzjali nazzjonali ta’ trattament li tirriżulta mill-impjanti awtorizzati, iżda li ma kinux operattivi f’din l-istess data (Tabella B) kif ukoll ir-reġjuni li fihom l-impjanti neċessarji sabiex tiġi ssodisfatta l-ħtieġa nazzjonali għandhom jinbnew jew jiġu rrinforzati u l-kapaċità relatata (Tabella C). |
17 |
Skont l-Artikolu 6 tad-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016, bit-titolu “Dispożizzjonijiet finali”: “1. […] l-impjanti identifikati fit-Tabelli A, B u C huma infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti u jikkostitwixxu sistema integrata u moderna ta’ mmaniġġar ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili, filwaqt li jiggarantixxu s-sigurtà nazzjonali u l-awtosuffiċjenza taċ-ċiklu ta’ mmaniġġar integrat tal-iskart, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 16 tad-[Direttiva ‘skart’]. 2. Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali u l-awtosuffiċjenza u b’osservanza għall-għanijiet ta’ bilanċ mill-ġdid progressiv fil-qasam soċjali u dak ekonomiku bejn iż-żoni tat-territorju nazzjonali, […] il-kapaċità inqas ta’ trattament ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni minħabba l-politiki previsti fl-Artikolu 6(6) għandha tiġi mqassma mill-ġdid fi ħdan l-istess makrożona skont il-kriterji ġenerali u l-proċeduri ta’ indikazzjoni stabbiliti fl-Anness III.” |
18 |
It-tliet annessi tad-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016 jindikaw il-modalitajiet li ppermettew li jiġu ddeterminati t-tliet kategoriji li jinsabu fit-tliet Tabelli A, B u C. B’mod iktar preċiż, l-Anness I jinkludi l-elementi li jiddeterminaw il-kapaċità nazzjonali attwali ta’ trattament tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili, tal-impjanti operattivi, jew awtorizzati, iżda mhux operattivi f’Novembru 2015. L-Anness II jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-ħtieġa residwali ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili ġiet stabbilita, b’diviżjoni tal-kalkolu għal kull reġjun meħud individwalment. L-Anness III jispeċifika wkoll il-“kriterji ġenerali”, previsti fl-Artikolu 35(1) tad-Digriet-Liġi Nru 133/2014, użati sabiex jiġu ddeterminati l-impjanti li għandhom jinbnew jew jiġu rrinforzati sabiex tiġi ssodisfatta l-ħtieġa residwali nazzjonali ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali jew ta’ skart simili. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
19 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-assoċjazzjonijiet VAS u Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare ppreżentaw quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio, l-Italja), rikors intiż għall-annullament tad-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016, li fil-kuntest tiegħu huma ressqu ħames motivi. |
20 |
Dawn il-motivi jistgħu, essenzjalment, jinqasmu f’żewġ gruppi. L-ewwel grupp jiġbor flimkiem dawk ibbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart”, previst fl-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva “skart”, inkwantu d-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016 ikklassifika impjanti ta’ inċinerazzjoni bħala “infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti”. Issa, skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-inċinerazzjoni tal-iskart għandha tintuża biss bħala l-aħħar rimedju, meta ma jkunx għadu possibbli jintużaw it-tekniki ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ. It-tieni grupp ta’ motivi huwa bbażat fuq ksur tad-Direttiva IEPP, inkwantu l-adozzjoni ta’ dan id-digriet ma kinitx ġiet ippreċeduta minn evalwazzjoni ambjentali tal-effetti tiegħu. |
21 |
Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-konvenuti fil-kawża prinċipali llimitaw ruħhom jipprovdu, fl-istadju tal-istruttorja, dokumenti u rapport, mingħajr ma żiedu magħhom kitbiet jew noti. Minn dan jirriżulta li, għall-finijiet tad-difiża tagħhom, dawn sempliċement argumentaw dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni. |
22 |
Din il-qorti tar-rinviju, minn naħa, tqis li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi għal interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart” kif previst fid-Direttiva “skart”. Min-naħa l-oħra, hija tistaqsi jekk l-awtorità nazzjonali setgħetx, mingħajr ma twettaq evalwazzjoni ambjentali minn qabel, iżżid il-kapaċità tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart. |
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
24 |
Permezz tad-digriet tiegħu tat‑3 ta’ Lulju 2018, Associazione Verdi Ambiente e Società – Aps Onlus et (C‑305/18, mhux ippubblikat, EU:C:2018:549), il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li ma jilqax it-talba tal-qorti tar-rinviju intiża sabiex din il-kawża tkun suġġetta għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
25 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart” kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva “skart” u moqri fid-dawl tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikklassifika l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart bħala “infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti”. |
26 |
Id-dubji ta’ din il-qorti jidhru li jirriżultaw mill-fatt li klassifikazzjoni simili ma ġietx adottata fid-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016 fir-rigward tal-impjanti intiżi għat-trattament tal-iskart għal finijiet ta’ riċiklaġġ u ta’ użu mill-ġdid, filwaqt li l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jobbliga lill-Istati Membri japplikaw, fil-leġiżlazzjoni tagħhom u fil-politika tagħhom fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-immaniġġar tal-iskart, ġerarkija tal-operazzjonijiet ta’ trattament. |
27 |
Hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “skart” jipprovdi li “[i]l-ġerarkija ta’ l-iskart […] għandha tapplika bħala prinċipju ta’ gwida fil-prevenzjoni ta’ l-iskart u fil-leġiżlazzjoni u l-politika ta’ l-immaniġġar: (a) prevenzjoni; (b) preparazzjoni għal użu mill-ġdid; (ċ) riċiklaġġ; (d) irkupru ieħor, eż. irkupru ta’ enerġija; u (e) rimi”. |
28 |
Din id-dispożizzjoni, li tistabbilixxi l-ġerarkija tal-iskart hekk kif għandha tiġi applikata fil-leġiżlazzjoni u fil-politika fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-immaniġġar ta’ skart, ma tippermettix li jiġi dedott li jeħtieġ li tingħata l-prijorità lil sistema li tippermetti lill-produtturi ta’ skart iwettqu r-rimi ta’ dan l-iskart huma stess. Fil-fatt, ir-rimi tal-iskart jinsab biss fl-aħħar post f’din il-ġerarkija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Diċembru 2014, SETAR, C‑551/13, EU:C:2014:2467, punt 44). |
29 |
Għandu jingħad ukoll li l-ġerarkija tal-iskart tikkostitwixxi għan, li jħalli marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri, billi dawn tal-aħħar ma humiex obbligati jagħżlu soluzzjoni ta’ prevenzjoni u ta’ mmaniġġar speċifika. |
30 |
Għalhekk, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva “skart”, meta jimplimentaw il-prinċipju tal-“ġerarkija tal-iskart”, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista’ jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta’ skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun iġġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ tali skart. |
31 |
Għandu jingħad ukoll li, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva “skart”, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-immaniġġar tal-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, b’mod partikolari mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, il-pjanti jew l-annimali. |
32 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, għalkemm dan l-Artikolu 13 ma jippreċiżax il-kontenut konkret tal-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-immaniġġar tal-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, xorta jibqa’ l-fatt li l-imsemmi artikolu jorbot lill-Istati Membri fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq, filwaqt li jħallilhom marġni ta’ diskrezzjoni fl-evalwazzjoni tal-ħtieġa ta’ tali miżuri (sentenza tas‑6 ta’ April 2017, Il‑Kummissjoni vs Is‑Slovenja, C‑153/16, mhux ippubblikata, EU:C:2017:275, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
33 |
F’dan il-każ, il-fatt li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikklassifika l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart bħala “infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti” ma jfissirx li l-leġiżlatur nazzjonali kellu l-intenzjoni li ma jsegwix l-indikazzjonijiet li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart”, hekk kif previst mid-Direttiva “skart”. |
34 |
Fil-fatt, minn naħa, hekk kif jaqblu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-imsemmija klassifikazzjoni nazzjonali tapplika biss għal dawn l-impjanti. |
35 |
Issa, il-fatt li leġiżlazzjoni nazzjonali tikklassifika l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart bħala “prijoritarji” ma jistax ifisser li l-operazzjonijiet ta’ trattament relatati għandhom l-istess kwalitajiet u, sussegwentement, li dawn l-operazzjonijiet jingħataw xi grad ta’ prijorità fuq l-operazzjonijiet l-oħra ta’ prevenzjoni u ta’ mmaniġġar tal-iskart. |
36 |
Min-naħa l-oħra, hekk kif isostni l-Gvern Taljan, tali klassifikazzjoni hija intiża li tissimplifika u li tiffaċilita l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, sabiex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta’ netwerk nazzjonali adegwat ta’ mmaniġġar tal-iskart, ikkonstatat f’sentenzi preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑26 ta’ April 2007, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑135/05, EU:C:2007:250), tal‑14 ta’ Ġunju 2007, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑82/06, mhux ippubblikata, EU:C:2007:349), tal‑4 ta’ Marzu 2010, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑297/08, EU:C:2010:115), tal‑15 ta’ Ottubru 2014, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑323/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2290), tat‑2 ta’ Diċembru 2014, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑196/13, EU:C:2014:2407), kif ukoll tas‑16 ta’ Lulju 2015, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑653/13, mhux ippubblikata, EU:C:2015:478). |
37 |
F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 260(1) TFUE, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonstata li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattati, dan l-Istat ikun marbut jieħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
38 |
Fl-aħħar nett, għalkemm huma l-Istati Membri li għandhom jagħżlu l-metodu l-iktar adegwat sabiex jiġi osservat il-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart”, dawn għandhom madankollu jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-direttiva li jipprevedu obbligi iktar speċifiċi. |
39 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart”, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva “skart” u moqri fid-dawl tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikklassifika l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart bħala “infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti”, sakemm din il-leġiżlazzjoni tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-direttiva li jipprevedu obbligi iktar speċifiċi. |
Fuq it-tielet domanda
40 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva IEPP għandhiex tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, komposta minn leġiżlazzjoni bażika u minn leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, li żżid il-kapaċità tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart eżistenti u li tipprevedi l-bini ta’ impjanti ġodda ta’ dan it-tip, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva, li jista’ jkollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u li għandha, konsegwentement, tkun suġġetta għal evalwazzjoni ambjentali minn qabel. |
41 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża li żżid il-kapaċità operattiva ta’ 40 impjant ta’ inċinerazzjoni tal-skart mit-42 impjant eżistenti u operattivi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru kif ukoll li tibni impjanti ġodda ta’ dan it-tip. Tali leġiżlazzjoni nazzjonali timplimenta l-għażliet strateġiċi ta’ Stat Membru fil-qasam tal-irkupru jew tar-rimi tal-iskart, bħall-kalkolu tal-ħtieġa residwali nazzjonali kkwantifikata għal 1818000 tunnellata/sena u t-tqassim ta’ din tal-aħħar bejn il-makrożoni, iż-żieda fl-attività tal-impjanti eżistenti sa ma tintlaħaq il-kapaċità rispettiva awtorizzata tagħhom, kif ukoll il-lokalizzazzjoni reġjonali tal-impjanti l-ġodda. |
42 |
Għandu jiġi ddeterminat jekk tali leġiżlazzjoni taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva IEPP. |
43 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3 tad-Direttiva jipprevedi li ċerti pjanijiet jew ċerti programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali. |
44 |
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva IEPP jiddefinixxi l-“pjanijiet u programmi” koperti minnha bħala dawk li jissodisfaw żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, minn naħa, li jkunu ġew ippreparati u/jew adottati minn awtorità fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew li jkunu ġew ippreparati minn awtorità bil-għan tal-adozzjoni tagħhom mill-Parlament jew mill-Gvern, permezz ta’ proċedura leġiżlattiva u, min-naħa l-oħra, li jkunu meħtieġa mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi. |
45 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat din id-dispożizzjoni fis-sens li għandhom jitqiesu li huma “meħtieġa”, fis-sens u għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva IEPP, u, għaldaqstant, li huma suġġetti għall-evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-direttiva, dawk il-pjanijiet u l-programmi li l-adozzjoni tagħhom hija rregolata minn liġijiet jew minn regolamenti nazzjonali, li jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex jadottawhom kif ukoll il-proċedura għall-preparazzjoni tagħhom (sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-Digriet tal‑10 ta’ Awwissu 2016 jissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, peress li dan ġie adottat mill-President tal-Kunsill, abbażi tal-Artikolu 35 tad-Digriet-Liġi Nru 133/2014. |
47 |
Għandu jingħad ukoll li, skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva IEPP, huma suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali sistematika dawk il-pjanijiet u l-programmi ppreparati għal ċerti setturi u li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad‑Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44, iktar ’il quddiem id-Direttiva “IEA”), tista’ tiġi awtorizzata fil-futur. |
48 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, fost is-setturi msemmija f’din id-dispożizzjoni hemm l-immaniġġar tal-iskart, b’tali mod li l-ewwel wieħed minn dawn il-kriterji huwa ssodisfatt. |
49 |
Fit-tieni lok, l-installazzjonijiet tar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni u kull bidla jew estensjoni tagħhom huma previsti fil-punti 9, 10 u 24 tal-Anness I tad-Direttiva IEA kif ukoll, meta dawn ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija iktar ’il fuq, fil-punt 11(b) tal-Anness II tad-Direttiva IEA. |
50 |
Fir-rigward tal-punt dwar jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tiddefinixxix il-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” huwa relatat ma’ kull att li jistabbilixxi, billi jiddefinixxi regoli u proċeduri ta’ kontroll applikabbli għas-settur ikkonċernat, ġabra sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ proġett wieħed jew iktar li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent (sentenzi tas‑27 ta’ Ottubru 2016, D’Oultremont et, C‑290/15, EU:C:2016:816, punt 49; tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punt 53; u tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Thybaut et, C‑160/17, EU:C:2018:401, punt 54). |
51 |
F’dan ir-rigward, il-kliem “ġabra sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet” għandu jinftiehem b’mod kwalitattiv. Fil-fatt, għandhom jiġu evitati strateġiji possibbli ta’ evitar tal-obbligi stabbiliti mid-Direttiva IEPP li jistgħu jimmaterjalizzaw ruħhom minn frammentazzjoni ta’ miżuri, li għalhekk inaqqsu l-effett utli ta’ din id-direttiva (sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punt 55; kif ukoll tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Thybaut et, C‑160/17, EU:C:2018:401, punt 55). |
52 |
Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi”, li tinkludi mhux biss il-preparazzjoni tagħhom, iżda wkoll il-modifika tagħhom, hija intiża li tiżgura li rekwiżiti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni ambjentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punti 54 kif ukoll 58). |
53 |
Hija l-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 50 sa 52 ta’ din is-sentenza, li għandha tivverifika jekk leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiddefinixxix il-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti tista’ tiġi awtorizzata. |
54 |
Jekk dan ikun il-każ, għandu jiġi kkonstatat li din il-leġiżlazzjoni, li l-għan tagħha huwa mfakkar fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, tista’ tipproduċi effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
55 |
Fuq kollox, hekk kif tissuġġerixxi din il-qorti, iż-żieda fil-kapaċità operattiva tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart tippermetti li tiġi ddubitata n-natura suffiċjenti tal-evalwazzjonijiet imwettqa preċedentement għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni eżistenti. |
56 |
Barra minn hekk, il-fatt li evalwazzjoni ambjentali fis-sens tad-Direttiva IEPP titwettaq iktar tard, waqt l-ippjanar fuq livell reġjonali, huwa irrilevanti fir-rigward tal-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ tali evalwazzjoni. Fil-fatt, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent imwettqa skont id-Direttiva IEA ma tistax teżenta mill-obbligu li titwettaq l-evalwazzjoni ambjentali meħtieġa mid-Direttiva IEPP, sabiex jiġu indirizzati l-aspetti ambjentali speċifiċi għaliha (sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Thybaut et, C‑160/17, EU:C:2018:401, punt 64). |
57 |
Minbarra dan, u f’kull każ, ma tistax tiġi milqugħa l-oġġezzjoni magħmula mill-Gvern Taljan li peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi biss kuntest ta’ riferiment, it-tieni kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva IEPP ma hijiex issodisfatta. Fil-fatt, il-fatt li leġiżlazzjoni nazzjonali hija ta’ ċertu livell astratt u ssegwi għan ta’ trasformazzjoni tal-kuntest eżistenti jikkostitwixxi illustrazzjoni tad-dimensjoni programmatika jew pjanifikattriċi tagħha u ma jipprekludix l-inklużjoni tagħha fil-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” (sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punt 60 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
58 |
Tali interpretazzjoni hija kkorroborata, minn naħa, mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva IEPP, moqri fid-dawl tal-premessi 15 sa 18 tagħha, sa fejn din id-direttiva hija intiża mhux biss sabiex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent, iżda wkoll sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali. Min-naħa l-oħra, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, “[l]-istima ambjentali […] għandha ssir matul il-preparazzjoni ta’ xi pjan jew programm u qabel l-adozzjoni jew is-sottomissjoni għall-proċedura leġislattiva.” Bl-istess mod, mill-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-evalwazzjoni ambjentali hija mistennija li titwettaq fi stadju kemm jista’ jkun bikri sabiex il-konklużjonijiet tagħha jkunu għadhom jistgħu jinfluwenzaw l-eventwali deċiżjonijiet meħuda. Fil-fatt, huwa f’dan l-istadju li jkunu jistgħu jiġu analizzati d-diversi għażliet u li jkunu jistgħu jitwettqu l-għażliet strateġiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑20 ta’ Ottubru 2011, Seaport (NI) et, C‑474/10, EU:C:2011:681, punt 45, kif ukoll tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punt 63). |
59 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa r-realtà u l-portata tagħhom fid-dawl tal-leġiżlazzjoni kkonċernata, għandu jitqies li leġiżlazzjoni nazzjonali li żżid il-kapaċità tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart eżistenti u li tibni impjanti ġodda ta’ dan it-tip, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva IEPP, u għandha tkun suġġetta għal evalwazzjoni ambjentali. |
60 |
Minn dan isegwi li r-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(a), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva IEPP għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, komposta minn leġiżlazzjoni bażika u minn leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, li żżid il-kapaċità tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart eżistenti u li tipprevedi l-bini ta’ impjanti ġodda ta’ dan it-tip, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta hija jista’ jkollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u għandha, konsegwentement, tkun suġġetta għal evalwazzjoni ambjentali minn qabel. |
Fuq l-ispejjeż
61 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.