Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0407

Kawża C-407/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Is-Slovenja) — Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ kreditu ipotekarju — Att notarili direttament infurzabbli — Stħarriġ ġudizzjarju tal-klawżoli inġusti — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata — Nuqqas ta’ kompetenza tal-qorti adita bit-talba għal eżekuzzjoni forzata — Protezzjoni tal-konsumatur — Prinċipju ta’ effettività — Interpretazzjoni konformi)

OJ C 280, 19.8.2019, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Is-Slovenja) — Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d.

(Kawża C-407/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ kreditu ipotekarju - Att notarili direttament infurzabbli - Stħarriġ ġudizzjarju tal-klawżoli inġusti - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata - Nuqqas ta’ kompetenza tal-qorti adita bit-talba għal eżekuzzjoni forzata - Protezzjoni tal-konsumatur - Prinċipju ta’ effettività - Interpretazzjoni konformi)

(2019/C 280/09)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aleš Kuhar, Jožef Kuhar

Konvenut: Addiko Bank d.d.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema l-qorti nazzjonali adita b’talba għal eżekuzzjoni forzata ta’ kuntratt ta’ kreditu ipotekarju, konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur fil-forma ta’ att notarili direttament infurzabbli, ma għandhiex, jew fuq talba tal-konsumatur, jew ex officio, il-possibbiltà li teżamina jekk il-klawżoli inklużi f’tali att għandhomx natura inġusta, fis-sens ta’ din id-direttiva, u, fuq din il-bażi, li tissospendi l-eżekuzzjoni forzata mitluba


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


Top