EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0080

Kawżi Magħquda C-80/18 u C-83/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) (C-80/18), Endesa Generación SA (C-82/18) vs Administración General del Estado, Iberdrola Generación Nuclear SAU (C-80/18 u C-82/18) u Endesa Generación SA (C-81/18), Iberdrola Generación Nuclear SAU (C-83/18) vs Administración General del Estado (C-81/18 u C-83/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72/KE – Artikoli 3(1) u (2) – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Finanzjament tad-defiċit tariffarju – Taxxi li huma suġġetti għalihom biss l-impriżi li jużaw l-enerġija nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku)

ĠU C 10, 13.1.2020, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) (C-80/18), Endesa Generación SA (C-82/18) vs Administración General del Estado, Iberdrola Generación Nuclear SAU (C-80/18 u C-82/18) u Endesa Generación SA (C-81/18), Iberdrola Generación Nuclear SAU (C-83/18) vs Administración General del Estado (C-81/18 u C-83/18)

(Kawżi Magħquda C-80/18 u C-83/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas - Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/72/KE - Artikoli 3(1) u (2) - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Finanzjament tad-defiċit tariffarju - Taxxi li huma suġġetti għalihom biss l-impriżi li jużaw l-enerġija nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku)

(2020/C 10/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) (C-80/18), Endesa Generación SA (C-82/18), Endesa Generación SA (C-81/18), Iberdrola Generación Nuclear SAU (C-83/18)

Konvenuti: Administración General del Estado, Iberdrola Generación Nuclear SAU (C-80/18 et C-82/18), Administración General del Estado (C-81/18 et C-83/18)

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxi fuq il-produzzjoni u l-ħażna ta’ kombustibbli u ta’ skart nukleari, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li huma suġġetti għalihom biss l-impriżi li jipproduċu l-elettriku bl-użu tal-enerġija nukleari u li l-għan ewlieni tagħha ma jikkonsistix fil-protezzjoni tal-ambjent, iżda ż-żieda fil-volum tad-dħul tas-sistema finanzjarja tal-elettriku.

2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, meta l-għan ambjentali u l-karatteristiċi tat-taxxi ambjentali previsti minnha ma humiex speċifikati fil-parti vinkolanti ta’ din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 182, 28.05.2018.


Top